qari mill-ktieb ta’ bin sirak sir 1, 1-10

30
Qari mill- Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 1, 1-10 L-għerf kien maħluq qabel kollox.

Upload: orsin

Post on 15-Jan-2016

162 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 1, 1-10. L-għerf kien maħluq qabel kollox. L-għerf kollu ġej mill-Mulej, u qiegħed miegħu għal dejjem. Ramel il-baħar, qtar ix-xita, u jiem l-eternità, min jista’ jgħoddhom? L-għoli tas-smewwiet, il-wisa’. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Qari mill-Ktieb

ta’

Bin SirakSir 1, 1-10

L-għerf

kien maħluq qabel kollox.

Page 2: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

L-għerf kollu ġej mill-Mulej, u qiegħed miegħu għal dejjem. Ramel il-baħar, qtar ix-xita, u jiem l-eternità, min jista’ jgħoddhom? L-għoli tas-smewwiet, il-wisa’

Page 3: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

tal-art, l-abbiss, u l-għerf, min jista’ jiflihom? L-għerf kien maħluq qabel kollox, u l-għarfien bil-għaqal kien minn dejjem. Għajn ta’għerf hi kelmet Alla fl-għoli tas-smewwiet, u

Page 4: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

triqatu huma l-kmandamenti ta’ dejjem. Il-bidu tal-għerf lil min ġie mgħarraf, u l-għeġubijiet tiegħu min jafhom? Lil min intwera tagħlim l-għerf?

Page 5: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

U min fehem il-kotra ta’ triqatu? Wieħed hu għaref; u hu ta’ biża’ kbir meta joqgħod fuq it-tron tiegħu, il-Mulej. Il-Mulej innifsu ħalaq l-għerf, rah u qiesu, u xerrdu fuq dak kollu li

Page 6: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

għamel. L-għerf qiegħed ma’ kull bniedem skont id-don tiegħu, u qassmu lil dawk li jħobbuh.

Page 7: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 8: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Salm Responsorjali

R:/ Il-Mulej isaltan, il-kobor libes

Page 9: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Il-Mulej isaltan, il-kobor libes,

libes il-Mulej u tħażżem bil-qawwa.

Page 10: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

R:/ Il-Mulej isaltan, il-kobor libes

Page 11: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Iżomm sħiħa d-dinja, qatt ma titħarrek.

Imwaqqaf it-tron tiegħek fis-sod minn dejjem;

minn dejjem ta’dejjem int.

Page 12: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

R:/ Il-Mulej isaltan, il-kobor libes

Page 13: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Il-kmandamenti tiegħek ta’ min joqgħod fuqhom; qdusija lil darek tixraq,

Mulej, sakemm itul iż-żmien.

Page 14: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

R:/ Il-Mulej isaltan, il-kobor libes

Page 15: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

Is-Salvatur tagħna Kristu Gesú qered il-mewt,

u dawwal il-ħajja permezz tal-Evanġelju.Hallelujah, Hallelujah

Page 16: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Qarimill-Evanġelju skont

San MarkMk 9, 14-29

R:/ Glorja lilekMulej

Jiena nemmen. Għinni fil-fidi nieqsa tiegħi.

Page 17: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù, Pietru, Ġakbu u Ġwanni, niżlu minn fuq il-muntanja u ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba

Page 18: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

jitlewmu magħhom. In-nies, kif rawh, ilkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu. U hu staqsiehom:“Fuqiex qegħdin titlewmu

magħhom?”

Page 19: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

U wieħed mill-kotra qallu:“Mgħallem, ġibtlek lil ibni

għax għandu spirtu mbikkem. U kull fejn

jaħkmu jsabbtu mal-art u hu joħroġ ir-ragħwa minn ħalqu, jgħażżeż snienu u

Page 20: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

jibbies. Għedt lid-dixxipli tiegħek biex ikeċċuh

minnu, u ma kellhomx ħila.”

Qalilhom Ġesù:“Ja nies bla fidi! Kemm se

ndum magħkom? Kemm

Page 21: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

se ndumnissaportikom?

Ġibuhuli quddiemi.”U ressquhulu quddiemu. L-ispirtu, malli lemaħ lil Ġesù, beda jħabbtu ’l hawn u ’l hemm bir-ragħwa

Page 22: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

f’ħalqu.“Xi kemm ilu jagħtih

hekk?staqsa Ġesù lil missieru. Qallu:

“Minn ċkunitu, u sikwit ġie li tefgħu fin-nar u

Page 23: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

fl-ilma biex jeqirdu. Imma int, jekk tista’ tagħmel xi

ħaġa, għinna u ħenn għalina.”

Qallu Ġesù: “Jekk tista’! Kollox jista’ jkun għal min jemmen.”

Page 24: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Missier it-tifel minnufih beda jgħajjat u jgħidlu:

“Jiena nemmen! Għinni fil-fidi nieqsa tiegħi!”

Ġesù, meta ra l-kotra tiżdied, hedded bl-aħrax lill-ispirtu ħażin u qallu:

Page 25: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

“Ja spirtu mbikkem utrux, jiena nordnalek:

oħroġ minnu, u la terġax tidħol fih, qatt iżjed.”

U filwaqt li qabad jixher u jħabbtu ħafna, ħareġ minnu, u t-tifel inxteħet

Page 26: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

għal mejjet, hekk li l-kotra tan-nies bdiet tgħid:

“Miet.”Imma Ġesù qabdu minn idu u qajmu, u hu waqaf fuq saqajh.Meta mbagħad Ġesù raġa’

Page 27: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

daħal id-dar, id-dixxiplitiegħu staqsewh rasu u rashom:“Għaliex ma rnexxilniex

inkeċċuh?”Qalilhom:

Page 28: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

“Spirtu bħal dak, ma jista’ jitkeċċa b’xejn ħlief

bit-talb.”

Page 29: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 30: Qari  mill-Ktieb  ta’ Bin  Sirak Sir  1, 1-10

ĦSIEB