rapport 2014 dwar is-segwitu tar-rapporti speċjali tal-qorti ......rapport 2014 dwar is-segwitu...

56
Rapport Speċjali Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri MT 2016 Nru 02 ILQORTI EWROPEA TALAWDITUR I

Upload: others

Post on 30-Mar-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Rapport Speċjali Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

MT 2016 Nru 02

ILQORTIEWROPEA TALAWDITURI

Page 2: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

IL‑QORTI EWROPEA TAL‑AWDITURI 12, rue Alcide De Gasperi 1615 Luxembourg LUXEMBOURG

Tel. +352 4398‑1

E‑mail: eca‑[email protected] Internet: http://eca.europa.eu

Twitter: @EUAuditorsECA YouTube: EUAuditorsECA

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l‑Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l‑Internet. Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas‑server Europa (http://europa.eu).

Il‑Lussemburgu: L‑Uffiċċju tal‑Pubblikazzjonijiet tal‑Unjoni Ewropea, 2016

Print ISBN 978‑92‑872‑3970‑9 ISSN 1831‑0907 doi:10.2865/74454 QJ‑AB‑15‑026‑MT‑CPDF ISBN 978‑92‑872‑3994‑5 ISSN 1977‑5741 doi:10.2865/64242 QJ‑AB‑15‑026‑MT‑NEPUB ISBN 978‑92‑872‑3957‑0 ISSN 1977‑5741 doi:10.2865/819903 QJ‑AB‑15‑026‑MT‑E

© L‑Unjoni Ewropea, 2016Ir‑riproduzzjoni hija awtorizzata kemm‑il darba jissemma s‑sors oriġinali.

Page 3: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

(skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE)

Rapport Speċjali

MT 2016 Nru 02

Page 4: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

02Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jagħtu r-riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità tagħha li jikkonċernaw oqsma baġitarji jew suġġetti ta’ ġestjoni speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex ikollhom impatt massimu billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni ġie prodott mill-Awla CEAD (Koordinazzjoni, Evalwazzjoni, Aċċertament, u Żvilupp) - im-mexxija minn Igors Ludboržs, Membru tal-QEA.

L-awditu tmexxa minn John Sweeney, maniġer prinċipali u Csaba Hatvani, kap tal-kompitu, b’appoġġ u kontribuzzjoni-jiet minn Neil Usher, direttur; Philippe Froidure, direttur; Paul Stafford, maniġer prinċipali; Emmanuel Rauch, maniġer prinċipali; Jukka Nurmio, ElisabethTürk-Saggel, Eddy Struyvelt, Katja Mattfolk, Hubert Deville, Stéphane Clot, Ivo Koppel-maa, Ramona Bortnowschi, Carlos Sanchez Rivero, Jesús Nieto Muñoz, Maciej Szymura, Niels Sorensen, Alison Ballantine-Smith, Danielle Pottier, Gediminas Macys, u Shane Enright.

Il-Membru relatur responsabbli għal dan il-kompitu kien Kevin Cardiff, Membru tal-QEA.

Mix-xellug għal-lemin: K. Cardiff, J. Sweeney, H. Deville, Cs. Hatvani, J. Nurmio.

Page 5: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

03Werrej

Paragrafu

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

I – VI Sommarju eżekuttiv

1 – 4 Introduzzjoni

5 – 8 Ambitu u approċċ

9 – 12 L-implimentazzjoni mill-Kummissjoni ta' 44 rakkomandazzjoni

9 – 11 Introduzzjoni

12 It-titjib fil-ġestjoni finanzjarja rriżulta mill-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, madankollu xi kwistjonijiet jibqgħu mhux indirizzati

13 – 23 Awditu tas-sistemi u l-proċeduri ta' segwitu tal-Kummissjoni

13 – 15 Introduzzjoni

16 – 18 Arranġamenti ta' kontroll intern tal-Kummissjoni

19 Il-Kummissjoni għamlet xi titjib fis-sistema u l-proċeduri tagħha għas-segwitu, iżda għad baqa' nuqqasijiet importanti

20 Adegwatezza u affidabbiltà tal-informazzjoni ta' ġestjoni

21 – 23 Monitoraġġ tar-rakkomandazzjonijiet parzjalment implimentati

24 – 25 L-aħjar prattiki rigward sistemi u proċeduri oħra

26 – 29 Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Page 6: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

04Werrej

Anness I — Ħarsa ġenerali lejn ir-rakkomandazzjonijiet analizzati mill-Qorti

Anness II — Agrikoltura: strumenti ta' ġestjoni applikati għas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

Anness III — Agrikoltura: riforma tas-suq taz-zokkor

Anness IV — Agrikoltura: miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni ultraperiferiċi u tal-gżejjer tal-Eġew

Anness V — Koeżjoni: infiq tal-Fond Soċjali Ewropew fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien

Anness VI — Azzjonijiet esterni: kontribuzzjonijiet imwassla permezz ta' Organizzazzjonijiet tan-NU

Anness VII — Azzjonijiet esterni: sigurtà alimentari

Anness VIII — Azzjonijiet esterni: CRIS

Anness IX — Politiki interni: għajnuna mill-Istat

Anness X — Kriterji ġenerali għal sistema effettiva ta' segwitu

Risposta tal-Kummissjoni

Page 7: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

05Akronimi u abbrevjazzjonijiet

ABAC: Is-sistema Kontabilistika Bbażata fuq id-Dovuti, tal-Kummissjoni

CH: Awla

CRIS: Sistema Komuni ta’ Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni

FEŻ: Fond Ewropew għall-Iżvilupp

IAS: Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

LISO: Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Informazzjoni Lokali

MMO: Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib

PETRA: Applikazzjoni ta’ Rappurtar taż-Żmien meħud għall-Ispiża ta’ Proġett

POSEI: Programme d’Options Spécifiques à l’Éloignement et l’Insularité (Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità) - Ir-reġjuni ultraperifieriċi tal-UE jibbenefikaw mill-arranġamenti tal-POSEI fis-settur agrikolu

RAD: Rakkomandazzjonijiet, Azzjonijiet, Kwittanza - għodda tal-IT għall-monitoraġġ

RS: Rapport Speċjali

SAM: Proġett ta’ Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat

SARI: Interfaċċja ta’ Rappurtar dwar l-Għajnuna mill-Istat

SM: Stat Membru

TFUE: Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Page 8: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

06Sommarju eżekuttiv

IDan ir-rapport jippreżenta r-riżultati tar-raba’ analiżi tagħna tas-segwitu mill-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħna li saru f’Rapporti Speċjali (RS) preċedenti. Wara r-rapporti konsolidati għall-2011 (RS Nru 19/2012) u għall-2012 (RS Nru 19/2013) dwar l-istess suġġett, fl-2013 ir-riżultati nġabru fil-qosor fil-paragrafi 10.53 sa 10.55 tar-Rap-port Annwali.

IIAħna vvalutajna jekk il-Kummissjoni kinitx ħadet l-azzjonijiet meħtieġa biex timmaniġġja u ssegwi b’mod xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti billi indirizzajna żewġ sottomistoqsijiet: Il-Kummissjoni kienet indirizzat b’mod xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar fl-RS magħżula, u s-sistema ta’ segwitu tal-Kummissjoni kienet robusta?

IIIAħna inkludejna eżaminar tas-segwitu mill-Kummissjoni ta’ kampjun ta’ 44 rakkomandazzjoni minn 8 mill-RS tagħna mill-perjodu 2009-2012. Għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet aħna vvalutajna s-sitwazzjoni attwali u l-informazzjoni relatata ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni.

IVL-analiżi tagħna wriet li l-Kummissjoni implimentat bis-sħiħ 60 % tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, filwaqt li 29 % ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, 8 % f’xi aspetti, u 3 % ma ġewx implimentati.

VIl-Kummissjoni għamlet xi titjib fis-sistema u l-proċeduri tagħha għas-segwitu, b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil, l-informazzjoni, il-konformità, u l-faċilità għall-utent tal-applikazzjoni tal-IT fir-rigward tas-segwitu. Madankollu, attwalment is-sistema ma tiżgurax bis-sħiħ rendikont suffiċjenti tal-entrati tal-azzjonijiet li ttieħdu, u lanqas ma tipprevedi valutazzjoni interna tal-adegwatezza ta’ dawn l-azzjonijiet, u tal-monitoraġġ tar-rakkoman-dazzjonijet parzjalment implimentati.

VIFid-dawl tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistema attwali ta’ segwitu tal-Kummissjoni, kif ukoll tar-rikonoxximent preċedenti mill-Kummissjoni tal-ħtieġa għal titjib, il-Kummissjoni għandha twettaq it-titjib meħtieġ (RS Nru 19/2013) sabiex iġġib il-prattiki tagħha f’konformità mal-istandards rilevanti ta’ kontroll intern.

Page 9: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

07Introduzzjoni

01 Skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar, is-segwitu tar-rapporti tal-awditjar huwa l-istadju finali fiċ-ċiklu ta’ ppjanar, eżekuzzjoni u segwitu tal-awditjar tal-prestazzjoni. Is-segwitu tar-rapporti tal-awditjar tal-prestazzjoni huwa element meħtieġ fiċ-ċiklu tal-obbligu ta’ rendikont u jħeġġeġ l-implimentazzjoni effet-tiva, mill-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħna.

02 Dan huwa t-tielet rapport konsolidat dwar is-segwitu mill-Qorti. L-osservazzjoni-jiet mill-eżerċizzju ta’ segwitu għall-2013 ġew ippubblikati f’forma ta’ sommarju fir-Rapport Annwali 2013.

03 L-ewwel rapport ta’ segwitu tagħna fl-2012 (RS Nru 19/2012) osserva li s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tagħna mill-Kummissjoni kien jeħtieġ tisħiħ. It-tieni rapport ta’ segwitu tagħna fl-2013 (RS Nru 19/2013) irrakkomanda li l-Kummissjoni għandha tirfina l-għodda tal-IT tagħha għall-monitoraġġ, l-applika-zzjoni “RAD” (Rakkomandazzjonijiet, Azzjonijiet, Kwittanza) biex tirrifletti aħjar rakkomandazzjonijiet li kienu ġew biss parzjalment implimentati.

04 Dan ir-rapport attwali jippreżenta r-riżultati tal-analiżi tagħna għall-2014 tas-seg-witu mill-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru fl-RS preċedenti tagħna, kif ukoll bidliet li saru għall-applikazzjoni RAD.

Page 10: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

08Ambitu u approċċ

05 L-objettivi tagħna kienu tnejn: (a) li nwettqu analiżi limitata tal-azzjonijiet ta’ segwitu li ttieħdu mill-Kummissjoni dwar kampjun tar-rakkomandazzjonijiet tal-RS mill-Qorti, u (b) li nwettqu awditu biex nivvalutaw jekk is-sistema ta’ segwitu tal-Kummissjoni (teknika u proċedurali) hijiex robusta, billi nivverifikaw l-adegwa-tezza u l-affidabbiltà tas-sistema attwali u nidentifikaw oqsma għal titjib.

06 L-awditu tas-sistema tal-Kummissjoni eżamina l-modifiki li saru għas-sistema (RAD) mill-aħħar analiżi tagħna fl-2012 ‘il hawn. Aħna qabbilna wkoll l-operazz-jonijiet u l-karatteristiki tas-sistema RAD u dawk ta’ sistemi oħra ta’ segwitu fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni, bl-għan li nidentifikaw prattiki tajba.

07 L-iskop tal-analiżi tagħna fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ segwitu fuq ir-rakkoman-dazzjonijiet preċedenti tagħna kien li tiddetermina s-sitwazzjoni attwali, il-puntwalità tal-implimentazzjoni tagħhom, u kwistjonijiet pendenti u/jew ġodda li huma rilevanti (jekk ikun hemm), li jeħtieġu jiġu indirizzati. L-ewwel nett, tmien RS intgħażlu abbażi ta’ jekk mill-inqas sentejn kinux għaddew mill-pubblikazzjoni tagħhom, biex b’hekk il-Kummissjoni kien ikollha biżżejjed żmien biex tindi-rizza r-rakkomandazzjonijiet, u t-tieni nett b’referenza għar-rilevanza kontin-wata tar-rakkomandazzjonijiet. Ir-rapporti inklużi f’din l-analiżi jiġu ppreżentati fit-Tabella 1.

08 Meta nkunu qed nivvalutaw l-istatus tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni-jiet, aħna nużaw il-kategoriji li ġejjin: implimentata bis-sħiħ, issodisfata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, issodisfata f’xi aspetti, mhux implimentata, ma setgħetx tiġi vverifikata, jew ma għadhiex rilevanti.

Page 11: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

09Ambitu u approċċ

Lista ta’ Rapporti Speċjali magħżula

Nru Nru tar-Rapport Titolu

1 RS Nru 14/2009 L-għodda tal-ġestjoni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib laħqu l-objettivi prinċipali tagħhom?

2 RS Nru 6/2010 Ir-riforma tas-suq taz-zokkor laħqet l-għanijiet prinċipali tagħha?

3 RS Nru 10/2010 Il-miżuri speċifiċi favur l-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod u tal-gżejjer minuri tal-Eġew

4 RS Nru 25/2012 Ġew stabbiliti għodod għall-monitoraġġ tal-effettività tal-infiq tal-Fond Soċjali Ewropew fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien?

5 RS Nru 3/2011 L-effiċjenza u l-effettività tal-kontribuzzjonijiet tal-UE mwassla permezz ta’ Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f’pajjiżi milquta minn kunflitti

6 RS Nru 1/2012 L-effettività tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea għas-sigurtà alimentari fl-Afrika sub-Saħarjana

7 RS Nru 5/2012 Is-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni (CRIS)

8 RS Nru 15/2011 Il-proċeduri tal-Kummissjoni jassiguraw il-ġestjoni effettiva tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat?

Tabe

lla 1

Page 12: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

10L-implimentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ 44 rakkomandazzjoniIntroduzzjoni

09 Din it-taqsima tippreżenta r-riżultati tal-analiżi mill-Qorti tal-implimentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ kampjun ta’ 44 rakkomandazzjoni mit-8 RS magħżula li nħarġu mill-Qorti fil-perjodu 2009-2012. L-Anness I juri r-riżultat tal-valutazzjoni ta’ kull waħda mill-44 rakkomandazzjoni eżaminata, filwaqt li l-Annessi II sa IX jipprovdu sommarju qasir tal-awditi rilevanti, tar-rakkomandazzjonijiet, tal-azzjonijiet sussegwenti ta’ segwitu li ttieħdu mill-Kummissjoni, u ta’ kwalunkwe kwistjoni li jkun għad fadal li teħtieġ tiġi indirizzata.

10 Mill-44 rakkomandazzjoni eżaminata, 3 rakkomandazzjonijiet ma kinux għadhom rilevanti1 u l-azzjonijiet ta’ segwitu għal 3 rakkomandazzjonijiet ma setgħux jiġu vverifikati, billi l-evidenza meħtieġa kienet disponibbli biss, jew fil-biċċa l-kbira disponibbli, fil-livell tal-Istati Membri2.

11 Mid-38 rakkomandazzjoni li jifdal, li setgħu jiġu vvalutati, aħna sibna li l-Kummis-sjoni kienet implimentat bis-sħiħ 60 % tar-rakkomandazzjonijiet3 tagħna, 29 % ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, 8 % f’xi aspetti, u 3 % ma ġewx implimentati.

It-titjib fil-ġestjoni finanzjarja rriżulta mill-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, madankollu għad fadal xi sfidi għal żviluppi ulterjuri

12 Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ titjib miksub u ta’ sfidi li jifdal, li jirriżultaw mill-azzjonijiet li ttieħdu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tagħna.

Kaxx

a 1 Regolamentazzjoni u monitoraġġ imtejba (ara l-Annessi II u III)

Regolamentazzjoni aħjar u monitoraġġ aktar mill-qrib ġew innotati fis-setturi tal-ħalib u taz-zokkor. Fis-suq tal-ħalib, deregolamentazzjoni progressiva, akkoppjata mas-superviżjoni mill-Kummissjoni u sett ta’ miżuri li saru disponibbli għall-Istati Membri, ippermettiet li l-produzzjoni tal-ħalib fl-UE tirrispondi aħjar għad-domanda fis-suq u kkontribwiet għall-evitar ta’ ritorn lejn produzzjoni eċċessiva strutturali, li tkun issussidjata. Fit-terminu l-qasir, madankollu, il-produtturi tal-ħalib xorta jistgħu jiffaċċjaw volatilità fid-domanda u fil-prezzijiet. Filwaqt li l-Kummissjoni tkompli timmonitorja mill-qrib il-prezzijiet tal-ħalib u taz-zokkor, l-influ-wenza tagħha fuq dawn il-prezzijiet hija limitata.

1 Fil-każ tar-Rakkomandazzjoni 1 tal-RS Nru 6/2010 r-reġim tal-kwoti taz-zokkor jintemm fl-2016/2017, fil-każ tar-Rakkomandazzjoni 3 tal-RS Nru 5/2012, strateġija differenti u ġdida tal-IT ġiet adottata mill-Kummissjoni, u fil-każ tar-Rakkomandazzjoni 1 tal-RS Nru 5/2012 il-CRIS se tiġi sostitwita bis-sistema kontabilistika ABAC.

2 Ir-Rakkomandazzjoni 3 tal-RS Nru 10/2010 u r-Rakkomandazzjonijiet 5 u 6 tal-RS Nru 6/2010.

3 Dan jinkludi rakkomandazzjoni (RS Nru 15/2011 Nru 11) li ġiet oriġinarjament irrifjutata mill-Kummissjoni.

Page 13: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

11L-implimentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ 44 rakkomandazzjoni

Kaxx

a 2

Kaxx

a 3

Kwalità aħjar tad-data

(a) Huwa essenjali li jiġu pprovduti informazzjoni u taħriġ suffiċjenti lill-uffiċjali tan-NU u tal-Kummissjoni li huma responsabbli għall-programmi tal-UE. Pereżempju issa, wara r-rakkomandazzjonijiet tagħna, l-atturi rilevanti tal-miżuri tas-sigurtà alimentari huma issa informati u mħarrġa fuq bażi regolari dwar kwist-jonijiet li jikkonċernaw il-ġlieda kontra l-ġuħ (ara l-Anness VII). Barra minn hekk, issa qed tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar l-ispejjeż imġarrba bit-twassil ta’ finanzjament permezz ta’ Organizzazzjonijiet tan-NU f’pajjiżi milquta minn konflitti, sabiex il-kosteffettività tal-kanali ta’ finanzjament tkun tista’ titqies għal azzjonijiet futuri (ara l-Anness VI).

(b) Il-gestjoni tad-data qed issir dejjem aktar importanti fil-ġestjoni ta’ politiki u programmi tal-UE. Pereżempju,

(i) fir-rigward tas-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni (CRIS), li hija sistema ta’ informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni biex tappoġġa l-ġestjoni ta’ azzjonijiet esterni, il-kontrolli tal-kwalità tad-data ġew infurzati u r-responsabbiltajiet għall-ġestjoni tas-sigurtà tad-data ġew ik-kjarifikati (ara l-Anness VIII);

(ii) attwalment, il-kontroll tal-Għajnuna mill-Istat huwa attwalment mgħammar aħjar b’sistemi tal-IT, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-Applikazzjoni ta’ Rappurtar taż-Żmien meħud għall-Ispiża ta’ Proġett (PETRA) imtejba, għar-rappurtar taż-żmien u tal-ġestjoni, u l-Interfaċċja ta’ Rappurtar dwar l-Għajnuna mill-Istat (SARI) bħala għodda ta’ komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, li ilha operazzjonali mill-2012 ‘il hawn (ara l-Anness IX).

Informazzjoni mtejba dwar il-prestazzjoni

(a) Xi sistemi ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni li jikkonċernaw il-programmi POSEI/tal-Eġew, programmi għal ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien u li jinsabu qiegħda kif ukoll fil-qasam tas-sigurtà alimentari, ittejbu b’mod sinifikanti bl-użu ta’ indikaturi tal-prestazzjoni obbligatorji fir-rappurtar annwali mill-Istati Membri.

Madankollu, il-provvediment ta’ data suffiċjenti u li hija konsistentement affidabbli jippreżenta sfidi għall-Istati Membri (ara l-Annessi IV, V, u VII).

(b) Fil-qasam tas-sigurtà alimentari (ara l-Anness VII), 50 profil dettaljat tal-pajjiżi issa jagħtu ħarsa ġenerali globali lejn kull pajjiż, b’indikaturi li jkopru l-kuntest tas-sigurtà alimentari. Barra minn hekk, għal pro-grammi li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien (ara l-Anness V), il-Kummissjoni tejbet id-dokumentazzjoni tal-kontrolli tagħha billi introduċiet listi ta’ kontroll 2014-20 maħluqa ftit ilu, u għaldaqstant tejbet id-dokumentazzjoni u l-kopertura tal-azzjonijiet;

(c) Aħna rrakkomandajna titjib fl-obbligi ta’ rappurtar dwar il-kontribuzzjonijiet tal-UE mwassla permezz ta’ Organizzazzjonijiet tan-NU, inklużi indikaturi SMART, rapporti komparattivi, pjanijiet dettaljati ta’ ħidma, u baġits dettaljati komprensibbli. Issa, dawn huma issa previsti fil-”Linji Gwida Konġunti” maħruġa fl-2011 (ara l-Anness VI).

Page 14: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

12Awditu tas-sistemi u l-proċeduri ta’ segwitu tal-KummissjoniIntroduzzjoni

13 Taħt l-Istandards ta’ Kontroll Intern4 (ICS) tal-Kummissjoni, il-maniġment tal-Kummissjoni jeħtieġ iwaqqaf miżuri superviżorji biex jiżgura li l-implimentazzjoni tal-attivitajiet qed topera b’mod effiċjenti u effettiv filwaqt li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli (ICS 9 Management Supervision (Superviżjoni mill-Maniġment)). Dan jinkludi r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) Il-maniġment jeħtieġ iżomm rekord ta’ kwistjonijiet prinċipali u jiżgura s-segwitu ta’ awditu aċċettat u ta’ rakkomandazzjonijiet oħra. Is-superviżjoni mill-maniġment tkopri kemm l-aspetti ta’ legalità u regolarità kif ukoll il-prestazzjoni operazzjonali u tinkludi s-superviżjoni ta’ korpi esterni fdati bil-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit;

(b) Id-Diretturi Ġenerali jeħtieġu jinformaw lill-Kummissarju responsabbli dwar kwalunkwe kwistjoni potenzjalment sinifikanti relatata mal-kontroll intern u l-awditu, kif ukoll dwar kwistjonijiet baġitarji u finanzjarji materjali li jista’ jkollhom impatt fuq il-ġestjoni tajba tal-approprjazzjonijiet jew li jistgħu jfixklu l-ilħuq tal-objettivi ssettjati.

14 L-istandard jidentifika wkoll il-kriterji li ġejjin fost oħrajn li l-maniġment jista’ jkun irid iqis meta jkun qed jivvaluta l-effettività tal-kontroll:

(a) jekk hemmx segwitu sistematiku ta’ kwistjonijiet sinifikanti li jkunu ġew iden-tifikati permezz tal-attivitajiet superviżorji;

(b) jekk il-korpi ta’ implimentazzjoni humiex responsabbli għat-twettiq ta’ azz-jonijiet (eż. fl-Istati Membri jew fl-aġenziji), jekk ġewx stabbiliti superviżjoni xierqa jew segwitu xieraq mis-servizz responsabbli tal-Kummissjoni.

15 Fil-gwida konsultattiva tagħhom dwar il-prattika, l-Istandards Internazzjonali għall-Prattika Professjonali tal-Awditjar Intern5 jipprovdu wkoll li l-awdituri interni jevalwaw l-adegwatezza, l-effettività u l-puntwalità tal-azzjonijiet li ttieħdu mill-maniġment fuq osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet irrappurtati, inklużi dawk li saru minn awdituri esterni u oħrajn.

4 Il-kontroll intern huwa proċess imfassal biex jipprovdi aċċertament raġonevoli rigward l-ilħuq tal-objettivi fl-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet, l-affidabbiltà tar-rappurtar finanzjarju, u l-konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. http://www.coso.org/resources.htm (Kumitat tal-Organizzazzjonijiet li Jisponsorjaw il-Kummissjoni Treadway). L-istandards ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni u l-qafas ta’ bażi jistgħu jinstabu fid-dokument li ġej: “Communication on the revision of the Internal Control Standards and Underlying Framework - Strengthening Control Effectiveness” (Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Istandards ta’ Kontroll Intern u l-Qafas ta’ Bażi - Tisħiħ tal-Effettività tal-Kontroll) (SEC(2007)1341).

5 L-Istandards Internazzjonali għall-Prattika Professjonali tal-Awditjar Intern (Standards). Primary Related Standard 2500.A1 (Standard Relatat Primarju 2500.A1) u Practice Advisory 2500.A1.1: Follow-up process (Konsulenza dwar il-Prattika 2500.A1.1: Proċess ta’ segwitu). Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni jwettaq xogħlu skont dawn l-istandards.

Page 15: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

13Awditu tas-sistemi u l-proċeduri ta’ segwitu tal-Kummissjoni

Arranġamenti ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni

16 Il-monitoraġġ tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, kif meħtieġ taħt l-ICS 9, jaqa’ l-ewwel nett f’idejn il-maniġment innifsu. L-informazzjoni dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet u dwar it-talbiet mill-awtorità ta’ kwittanza tiddaħħal mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni RAD, li sservi bħala bażi għall-abbozzar tat-taqsima tar-rapport annwali tal-attività (RAA)6 ddedikata għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet u tat-talbiet.

17 Il-Kummissjoni tħejji wkoll rapport annwali dwar it-talbiet li saru mill-Parla-ment Ewropew u mill-Kunsill7 fir-rwol tagħhom bħala l-awtorità ta’ kwittanza għall-baġit tal-Unjoni Ewropea. Bosta servizzi tal-Kummissjoni8 jżommu wkoll applikazzjonijiet lokali, li jintużaw għall-monitoraġġ tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar u tas-sejbiet tal-awditjar fl-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom (ara l-paragrafi 24 sa 25). Il-bosta moduli tal-applikazzjonijiet lokali jgħinu biex jiġu ffaċilitati l-ġestjoni (inklużi l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rappurtar) u l-implimen-tazzjoni ta’ azzjonijiet b’rispons għal rakkomandazzjonijiet u talbiet ifformulati minn atturi rilevanti (l-IAS, il-QEA, il-PE, il-Kunsill), għaliex huma jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni u l-pjanijiet ta’ azzjoni rispettivi għad-Direttorati Ġenerali, f’repożitorju uniku. Huma jappoġġaw ukoll attivitajiet ta’ kontroll intern (relatati mal-ICS) u ta’ kontroll ex post.

18 Sa Marzu 2015, kull DĠ kien mgħammar b’Kapaċità tal-Awditjar Intern (IAC) u b’koordinatur tal-kontroll intern, li l-funzjonijiet tiegħu kienu jinkludu l-informar lill-maniġment tad-DĠ dwar l-adegwatezza u l-progress tal-azz-jonijiet li ttieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. F’Novembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiċċentralizza l-uffiċċju tal-awditjar intern tagħha u b’konsegwenza ta’ dan, l-IACs iżżarmaw u l-IAS sar l-uniku uffiċċju tal-awditjar intern għall-Kummissjoni u għall-Aġenziji Eżekuttivi tagħha9.

6 http://ec.europa.eu/atwork/key-documents/index_mt.htm

7 L-Artikolu 166(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Regoli finanzjarji applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ir-Regolament Finanzjarju) (ĠU L 298 26.10.2012, p. 1).

8 Inklużi l-IAS, id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali, id-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir u d-DĠ Riċerka u Innovazzjoni.

9 http://ec.europa.eu/dgs/internal_audit/about/history/index_en.htm

Page 16: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

14Awditu tas-sistemi u l-proċeduri ta’ segwitu tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għamlet xi titjib fis-sistema u l-proċeduri tagħha għas-segwitu, iżda għad baqa’ nuqqasijiet

19 Sistema ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni, li tkun immaniġġjata tajjeb u li tirreġistra rakkomandazzjonijiet tal-awditjar u azzjonijiet ta’ segwitu, għandha tiffaċilita l-obbligu ta’ rendikont kemm għall-partijiet interessati esterni kif ukoll dawk interni, u timmonitorja t-titjib fil-ġestjoni finanzjarja. L-informazzjoni rreġistrata għandha tkun affidabbli, għandhom jiġu speċifikati prijoritajiet għall-azzjoni, u għandu jeżisti rendikont tal-entrati biex jipprovdi evidenza dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet, kif ukoll dwar każijiet fejn ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni, jew tkun ittieħdet azzjoni limitata, u r-raġunijiet għal dan, sabiex il-maniġment ikun jista’ jieħu deċiżjoni informata dwar l-assunzjoni tar-riskju li ma jiġux implimen-tati r-rakkomandazzjonijiet. Hija għandha tippermetti wkoll li l-maniġment ikollu ħarsa ġenerali f’waqtha lejn il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu mill-awdituri (kemm interni kif ukoll esterni) f’termini ta’ riskji u nuqqasijiet identifikati u l-azzjonijiet irrakkomandati tagħhom, u għandha tiffaċilita l-azzjoni ta’ segwitu li ttieħdet mill-maniġers superjuri responsabbli, kif ukoll il-monitoraġġ u l-verifikazzjoni sussegwenti ta’ dik l-azzjoni.

Adegwatezza u affidabbiltà tal-informazzjoni ta’ ġestjoni

20 L-informazzjoni ta’ ġestjoni pprovduta mir-RAD kienet ġeneralment affidabbli. Madankollu, fi 11 minn 24 kriterju (l-Anness X) li aħna użajna biex nivvalutaw l-effettività tas-sistema ta’ segwitu, ġew identifikati nuqqasijiet. Dawn kienu jinkludu:

(a) Fir-rigward tal-kompletezza tar-rendikonti tal-entrati, aħna osservajna biss ftit każijiet fejn dokumenti ta’ sostenn (eż. pjanijiet ta’ azzjoni dwar kompiti li għandhom jinkisbu b’rispons għar-rakkomandazzjoni) ġew inklużi fid-database. Din l-informazzjoni hija importanti billi r-risposti tal-Kummissjoni ppubblikati flimkien mal-RS jistgħu jew ma jistgħux jindikaw azzjonijiet konk-reti li għandhom jittieħdu b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet;

(b) Filwaqt li ġeneralment ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri jiġu ġeneralment inklużi fir-RAD, u jiġu kklassifikati bħala “aċċettati” jew “irrifjutati”, huma ma jiġux segwiti mill-Kummissjoni. F’konformità mal-ICS 9 Management Supervision (Superviżjoni mill-Maniġment), fejn l-Istati Membri u l-Aġenziji huma responsabbli għat-teħid ta’ azzjoni fuq ir-rakkomandazz-jonijiet tagħna, is-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni għandhom jistabbi-lixxu superviżjoni xierqa jew segwitu xieraq;

(c) L-informazzjoni li tinsab fir-RAD tista’ tistma b’mod eċċessiv l-estent tal-impli-mentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ikkonċernati10. Pereżempju, mid-39 rak-komandazzjoni implimentata bis-sħiħ (“imwettqa”) fir-RAD, aħna qiesna 14 (36 %) bħala parzjalment implimentati biss (“issodisfata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti” jew “issodisfata f’xi aspetti”).

10 Din id-diskrepanza bejn il-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni u dawk mill-Qorti tista’ tiġi parzjalment spjegata mill-fatt li, qabel l-2015, ir-RAD kien fiha biss erba’ kategoriji ta’ valutazzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, ir-rakkomandazzjonijiet parzjalment implimentati ma setgħux jiġu rikonoxxuti fis-sistema.

Page 17: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

15Awditu tas-sistemi u l-proċeduri ta’ segwitu tal-Kummissjoni

(d) Ħlief għal informazzjoni ta’ livell għoli li tinsab fir-rapport annwali tal-attività (RAA)11 tad-Direttorati Ġenerali, ma jiġi prodott l-ebda rapport u indikatur li jipprovdi informazzjoni konkreta fir-rigward tal-adegwatezza, l-effettività, jew il-puntwalità tal-azzjonijiet li ttieħdu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tagħna, kif irrakkomandat mill-istandards tal-awditjar intern.

Monitoraġġ tar-rakkomandazzjonijiet parzjalment implimentati

21 Il-Kummissjoni ħadet bosta passi biex ittejjeb il-kapaċità ta’ monitoraġġ tas-siste-ma, inkluż l-iżvilupp ta’ pjanijiet annwali għall-monitoraġġ tal-progress. Fl-2014, hija introduċiet status ġdid tar-rakkomandazzjonijiet “Parzjalment implimentata”. Madankollu, l-użu ta’ din il-kategorija mis-servizzi tal-Kummissjoni attwalment jibqa’ limitat.

22 Ir-rakkomandazzjonijiet li ġew ivvalutati bħala “parzjalment implimentati” mill-Qorti iżda li huma rreġistrati bħala “imwettqa” fir-RAD, sussegwentement ma jinfetħux mill-ġdid u ma jiġux ikklassifikati mill-ġdid mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda proċedura għall-valutazzjoni tar-rilevanza kontinwa ta’ rakkomandazzjonijiet pendenti antiki fid-database. B’mod dovut, l-ebda waħda mis-86 rakkomandazzjoni mill-21 RS li ġew ivvalutati preċedentement mill-Qorti bħala “parzjalment implimentati” ma kellha l-istatus tagħha rivedut fir-RAD.

23 Fir-risposti tagħha għar-rapport ta’ segwitu tagħna fl-2013 (RS Nru 19/2013), il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet il-ħtieġa li teżamina l-possibbiltà li tarmonizza l-kategoriji ta’ valutazzjoni tal-implimentazzjoni użati mill-Kummissjoni u mill-QEA u li tiżviluppa l-applikazzjoni RAD aktar sabiex ittejjeb l-informazzjoni pprovduta lill-maniġment. Sfortunatament, minħabba prijoritajiet oħra, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel progress fl-indirizzar ta’ dawn il-ħtiġijiet.

11 U rapporti dwar l-Oġġetti ta’ Negozju tar-RAD minn Ġunju 2015 ‘il hawn.

Page 18: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

16L-aħjar prattiki rigward sistemi u proċeduri oħra

24 Aħna wettaqna tqabbil sistematiku ta’ kif ir-rakkomandazzjonijiet mill-Qorti u mill-IAS jiġu pproċessati minn għadd ta’ Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni sabiex jidentifikaw prattiki tajbin. Dan l-eżerċizzju kien jinkludi eżaminar tas-sistemi u l-proċeduri ta’ segwitu għal kampjun ta’ rakkomandazzjonijiet minn rapporti tal-awditjar fir-rigward ta’ sitt Direttorati Ġenerali: id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali, id-DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp, id-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, id-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir, id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, u d-DĠ Riċerka u Innovazzjoni, sabiex inqabblu l-funzjonalità tas-sistemi12. Ħarsa ġenerali lejn il-funzjonalitajiet ta’ dawn is-sistemi tinsab fil-Kaxxa 4.

25 Dawn id-diversi sistemi ta’ segwitu tal-Kummissjoni ġew żviluppati biex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet individwali u speċifiċi tad-Direttorati Ġenerali kkonċernati. Meta mqabbla mal-applikazzjoni RAD, l-analiżi tas-sistemi differenti ġibdet l-attenzjoni għall-ħafna karatteristiki tajbin li huma għandhom fl-appoġġ għar-rekwiżiti tajbin tal-obbligu ta’ rendikont u tal-governanza.

Kaxx

a 4 Eżempji ta’ sistemi ta’ segwitu oħra tas-servizzi tal-Kummissjoni

(a) L-applikazzjoni ta’ segwitu użata mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni il-”GRC Issue Track” hija sistema robusta li tirreġistra l-kwistjonijiet kollha u ssegwihom kontinwament. Ir-rappurtar isir kull tliet xhur u l-fokus huwa fuq kwistjonijiet ta’ riskju għoli li jmisshom diġà ġew irreġistrati. Il-pjanijiet ta’ azzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn huma faċilment disponibbli fis-sistema. Jeżistu bosta rapporti, inklużi r-Rapport Annwali tal-Awditur Intern (ARIA), ir-Rapport Annwali tal-Attività tal-IAS, u r-rapporti tal-Ku-mitat ta’ Progress tal-Awditjar. Fil-qafas tal-kompitu ta’ segwitu, ir-riskju residwu jiġi vvalutat mill-ġdid u l-grad tas-sinifikat tar-rakkomandazzjoni jista’ jitnaqqas. Il-partijiet awditjati jiġu mfakkra kontinwament dwar il-kwistjonijiet miftuħa, u dan jiggarantixxi viżibbiltà għolja u segwitu regolari.

(b) Il-Kummissjoni (id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali) tuża l-għodda ta’ Ġestjoni ta’ Kontroll Intern (ICM), li hija spazju kollaborattiv tax-xogħol. Din tippermetti trasferiment kull xahar ta’ data magħżula, mir-RAD. Hija għandha bosta vantaġġi fuq ir-RAD, inklużi l-faċilità għall-utent (kemm għall-awdituri kif ukoll għall-maniġers), il-ġestjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u ta’ azzjonijiet relatati, id-dokumentazzjoni tal-istatus mill-parti awditjata u mill-awditur, u bosta rapporti magħmulin u lesti tar-rakkomandazzjonijiet li se jiskadu u dawk li jmisshom diġà ġew implimentati. L-ICM tgħin lill-partijiet awditjati biex jiktbu pjanijiet ta’ azz-joni ċari, li jistgħu jintlaħqu, u f’waqthom. Hija tinkludi wkoll rapporti li juru s-sitwazzjoni attwali rigward ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditu tal-IAC, tal-IAS u tal-QEA kif ukoll it-talbiet mil-PE u mill-Kunsill. Dawn ir-rapporti jiġu aġġornati awtomatikament kuljum, u b’hekk dejjem fihom l-informazzjoni l-aktar reċenti.

(c) Is-sistemi “ASUR” tad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni u “ARGO” tad-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir għandhom karatteristiki addizzjonali għar-RAD. Pereżempju, jinħtieġ pjan ta’ azzjoni standard u d-dati ta’ skadenza u d-dokumenti ta’ sostenn jiġu mmaniġġjati tajjeb. Kull waħda mis-sistemi fiha modulu għall-ippjanar u għall-analiżi tar-riskju, u huma flessibbli, u jistgħu jiġu modifikati ħafna skont il-ħtiġijiet.

12 Il-Ġestjoni ta’ Kontroll Intern (ICM) tad-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali biss fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, u hemm trasferiment kull xahar tad-data mir-RAD.

Page 19: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

17Konklużjoni u rakkomandazzjoni

26 L-analiżi tagħna tas-segwitu mill-Kummissjoni ta’ 44 rakkomandazzjoni mill-RS tagħna turi li l-Kummissjoni implimentat bis-sħiħ 60 % tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, filwaqt li 29 % ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, u 8 % f’xi aspetti, u li dan ikkontribwixxa għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja f’għadd ta’ oqsma tal-baġit tal-UE (ara l-paragrafu 12) u (l-Annessi II sa IX).

27 L-awditu tagħna tal-adegwatezza u l-affidabbiltà fir-rigward tal-applikazzjoni RAD tal-Kummissjoni wera li l-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni RAD kienet ġeneralment affidabbli. Madankollu, l-applikazzjoni xorta turi nuqqasijiet bħal nuqqas ta’ informazzjoni konkreta dwar l-azzjonijiet li ttieħdu (il-paragrafu 20(a)); il-fatt li ma hemmx superviżjoni xierqa jew segwitu xieraq tar-rakkomandazzjoni-jiet fejn l-Istati Membri huma responsabbli għat-twettiq tal-azzjonijiet (il-para-grafu 20(b)), u n-nuqqas ta’ monitoraġġ u reviżjoni sussegwenti tar-rakkoman-dazzjonijiet parzjalment implimentati (il-paragrafu 20(c)).

28 Il-Kummissjoni teħtieġ stampa globali tal-azzjonijiet li ttieħdu b’rispons għad-dgħufijiet identifikati mill-Qorti u mill-awtorità tal-kwittanza li huma involuti fil-kontroll u fis-sorveljanza, f’konformità mal-istandards tagħha ta’ kontroll in-tern u mal-gwida għall-aħjar prattika tal-awditjar intern. Kif ġie preċedentement rikonoxxut mill-Kummissjoni, jeħtieġ li l-kategoriji għall-valutazzjoni tas-suffiċjenza tal-azzjonijiet li ttieħdu jiġu armonizzati u l-applikazzjoni RAD żviluppata sabiex tittejjeb l-informazzjoni pprovduta lill-maniġment. B’mod komplementari għal dan, jinħtieġ segwitu aħjar li jwassal għal rappurtar im-tejjeb dwar l-adegwatezza u l-puntwalità tal-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu u l-Kummissjoni għandha tinnomina servizz biex iwettaq ix-xogħol. Jekk dan jinkiseb, sistema mtejba ta’ segwitu tkun tipprovdi informazjoni suffiċjenti, af-fidabbli u pertinenti dwar tijib li jirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-Qorti, u għaldaqstant tkun tikkontribwixxi għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE.

Page 20: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

18Konklużjoni u rakkomandazzjoni

29 Fid-dawl tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistema attwali ta’ segwitu tal-Kummiss-joni, u tar-rikonoxximent preċedenti mill-Kummissjoni tal-ħtieġa għal titjib (RS Nru 19/201313), aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni għandha twettaq it-titjib meħtieġ fis-sistemi tagħha sabiex iġġib il-prattiki tagħha f’konformità mal-istandard rilevanti ta’ kontroll intern, inkluż li:

(a) tispjega u/jew tiddokumenta l-istatus tal-azzjonijiet li ttieħdu fuq ir-rakkomandazzjonijiet;

(b) tanalizza l-azzjonijiet tal-Istati Membri u tal-aġenziji fl-indirizzar tar-rak-komandazzjonijiet tal-awditjar tagħna;

(c) tirrapporta b’mod isħaħ fir-Rapporti Annwali tal-Attività jew band’oħra dwar l-azzjonijiet li ttieħdu fl-indirizzar tar-rakomandazzjonijiet;

(d) tanalizza r-rakkomandazzjonijiet ivvalutati bħala parzjalment implimentati mill-Qorti biex jirriflettu l-istatus reali tagħhom.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla CEAD, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Jannar 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA President

13 Ara l-paragrafu VI mis-Sommarju Eżekuttiv.

Page 21: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

19AnnessiA

nnes

s I Ħarsa ġenerali lejn ir-rakkomandazzjonijiet analizzati mill-Qorti

RS Għal kull awditu Paragrafu RAD Implimen-

tata bis-sħiħ

ImplimentataMhux

implimentata

Ma setgħetx

tiġi vverifikata

Ma għadhiex rilevanti

Fil-biċċa l-kbira

mill-aspettiF’xi aspetti

RS Nru 14/2009 Ħalib

1 66 Imwettqa X

2 67 Imwettqa X

3 69 Imwettqa X

4 72 Imwettqa X

RS Nru 6/2010 Zokkor

1 99/1 Imwettqa X

2 99/2 Imwettqa X

3 101 Imwettqa X

4 102 Imwettqa X

5 108 Irrifjutata X

6 108 Irrifjutata X

RS Nru 10/2010 Ultraperiferiċi

1 80 Imwettqa X

2 81 Imwettqa X

3 82 Imwettqa X

4 83 Imwettqa X

5 84 Imwettqa X

RS Nru 25/2012 Ħaddiema ak-tar imdaħħlin fiż-żmien

1 62 Imwettqa X

2 62 Imwettqa X

3 63 Imwettqa X

4 64 Imwettqa X

5 64 Imwettqa X

RS Nru 3/2011 NU

1 48 Imwettqa X

2 50 Imwettqa X

3 52 Imwettqa X

RS Nru 1/2012 Sigurtà alimentari

1 68 Imwettqa X

2 68 Imwettqa X

3 68 Imwettqa X

4 68 Imwettqa X

5 68 Imwettqa X

6 68 Imwettqa X

Page 22: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

20Annessi

Ann

ess

I

RS Għal kull awditu Paragrafu RAD Implimen-

tata bis-sħiħ

ImplimentataMhux

implimentata

Ma setgħetx

tiġi vverifikata

Ma għadhiex rilevanti

Fil-biċċa l-kbira

mill-aspettiF’xi aspetti

RS Nru 5/2012 CRIS

1 76 Imwettqa X

2 79 Imwettqa X

3 80 Ikkanċellata X

4 81 Imwettqa X

RS Nru 15/2011 Għajnuna mill-Istat

1 96a Imwettqa X

2 96b Imwettqa X

3 96c Imwettqa X

4 98a Irrifjutata X

5 98b Imwettqa X

6 98c Imwettqa X

7 98d Imwettqa X

8 98e Imwettqa X

9 98f Imwettqa X

10 100a Imwettqa X

11 100b Irrifjutata X

TOTAL 44 44 23 11 3 1 3 3

IVVALUTATI 38 60 % 29 % 8 % 3 %

Page 23: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

21Annessi

Ann

ess 

II Agrikoltura: strumenti ta’ ġestjoni applikati għas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

1. Ir-Rapport Speċjali Nru 14/2009 staqsa l-mistoqsija dwar jekk l-għodda tal-ġestjoni (strumenti ta’ ġestjoni) applikati għas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib laħqux l-objettivi prinċipali tagħhom.

Il-ħalib għandu importanza kbira fl-ekonomija agrikola tal-Unjoni Ewropea. Aktar minn miljun produttur ifor-nu 148 miljun tunnellata ħalib kull sena, b’valur approssimattiv ta’ EUR 41 000 miljun mal-ħruġ mill-azjenda agrikola. Is-settur tal-ipproċessar tal-ħalib (li jipproduċi prinċipalment ġobon, butir u ħalib tax-xorb) jimpjega madwar 400 000 persuna u jiġġenera fatturat ta’ EUR 120 000 miljun.

(Sors: L-Istqarrija għall-Istampa ECA/09/63)

2. F’dan ir-Rapport Speċjali, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tanalizza kemm il-Kummissjoni Ewropea mmaniġġjat b’mod effettiv is-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib mill-introduzzjoni tal-kwoti tal-ħalib fl-1984, b’referenza għall-objettivi prinċipali tal-politika tal-UE dwar il-ħalib. Aħna niġbdu l-attenzjoni wkoll għall-kwistjonijiet l-aktar kritiċi li għandhom jitqiesu fid-deregolamentazzjoni tas-settur tal-ħalib, li bdiet fl-2003.

3. Il-politika tal-UE dwar il-ħalib tfasslet biex tintlaħaq firxa kumplessa ta’ objettivi, b’mod partikolari: (a) biex jiġi bbilanċjat is-suq, (b) biex jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, (c) biex tiġi żgurata kwalità ta’ ħajja ġusta għall-produtturi u (d) biex titjieb il-kompetittività.

Page 24: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

22Annessi

Ann

ess

II Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

RakkomandazzjoniStatus tal-implimen-

tazzjoniIl-valutazzjoni mill-Qorti

(1) Il Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja l-iżvilupp tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, billi timplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex tevita li d-deregolamentazzjoni tas-settur ma twassalx għal sitwazzjoni oħra ta’ produzzjoni żejda (eċċessiva). Jekk dan ma jsirx, l-objettiv tal-Kummissjoni li jkollha livell ta’ regolamentazzjoni minimu, bħas-sistema ta’ sikurezza, malajr jista’ jirriżulta impossibbli li jinkiseb.

Implimentata bis-sħiħ

Id-deregolamentazzjoni tas-suq u tal-approċċ orjentat lejn is-suq, segwit mill-Kummissjoni, ippermettiet li l-produzzjoni tal-ħalib fl-UE tirrispondi aħjar għad-domanda fis-suq, u b’hekk ikkontrib-wiet għall-objettiv tal-Kummissjoni li tistabbilizza s-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, u li tevita sitwazzjoni oħra ta’ produzzjoni eċċesiva, speċjalment ta’ produzzjoni eċċessiva strutturali perma-nenti, li tkun issussidjata.

(2) Filwaqt li tirrikonoxxi li l-proċess ta’ għemil (formazzjoni) tal-prezzijiet fis-settur tal-ikel huwa partikolarment kump-less, il-Qorti tqis li dan għandu jiġi segwit b’mod regolari mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għadhom jiżguraw li l-konċentrazzjoni tal-intrapriżi tal-ipproċessar u ta’ distribuzzjoni ma tpoġġix lill-produtturi tal-ħalib f’sitwazzjoni ta’ pricetakers (prendituri tal-prezzzijiet), (li jaċċettaw il-prezz li jingħatalhom) u ma tillimitax il-possibbiltà għall-konsumaturi finali li jibbenefikaw b’mod ġust mit-tnaqqis tal-prezzijiet.

Implimentata fil-biċċa l-kbira

mill-aspetti

Fir-rigward tal-monitoraġġ, l-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib (MMO) maħluq reċentement huwa sors komprensiv, faċilment aċċessibbli u utli tad-data li tikkonċerna s-settur tal-ħalib biex tintuża mill-partijiet interessati kollha għall-monitoraġġ, għall-analiżi u għal interventi potenzjali fis-suq. Il-produtturi tal-ħalib ġew ipprovduti b’sett ta’ miżuri (pereżempju, il-ħolqien ta’ organ-izzazzjonijiet tal-produtturi) biex isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista tal-ħalib biex ikollhom impatt aktar b’saħħtu fuq il-prezzijiet tal-produtturi. L-ewwel eżempji pożittivi tal-użu minn dawn l-opportunitajiet diġà ġew innotati (eż. fir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-”Pakkett dwar il-Ħalib”.Madankollu, aħna nemmnu li l-Kummissjoni tista’ tkun aktar attiva fil-promozzjoni tal-miżuri inklużi fil-”Pakkett dwar il-Ħalib” orjentat lejn ir-rinforzar tal-pożizzjoni tal-produtturi tal-ħalib fil-katina tal-provvista tal-ħalib, billi l-użu attwali minn dawn il-miżuri jibqa’ limitat. Problema oħra tikkonċerna l-influwenza limitata ħafna li l-Kummissjoni għandha fuq il-prezzijiet tal-konsumaturi, minħabba għadd ta’ raġunijiet bħall-politika ta’ orjentazzjoni lejn is-suq, il-kumplessità tal-ipprezzar fis-settur, b’mod partikolari l-prodotti tal-ħalib u t-trażmissjoni limitata tal-prezzijiet bejn il-prezz tal-produtturi tal-ħalib u l-prezzijiet tal-konsumaturi tal-prodotti tal-ħalib.

(3) Fir-rigward tas-settur tal-ħalib, fil-prattika kemm il-politika preċedenti ta’ sostenn (appoġġ) bil-prezzijiet kif ukoll il-politika attwali ta’ għajnuna diretta (appoġġ dirett) għad-dħul (intro-jtu) huma politiki bla mira (fokus), kemm jekk b’mod reġjonali jew b’mod soċjali. Minħabba l-importanza tal-produzzjoni tal-ħalib fl-ekonomija agrikola u l-effett tagħha fuq l-organizzazz-joni tal- ispazju rurali, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tirrifletti aktar fil-fond dwar l-istrateġiji li għandhom jiġu implimentati biex jiġu ffaċċjati:

ο il-problemi speċifiċi tar-reġjuni li fihom il-produzzjoni tal-ħalib hija l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari fiż-żoni tal-muntanji;

ο il-konsegwenzi ambjentali tal-konċentrazzjoni ġeografika tal-produzzjoni tal-ħalib.

Implimentata fil-biċċa l-kbira

mill-aspetti

Minn RS Nru 14/2009 tal-Qorti ‘l hawn, il-Kummissjoni ffokat fuq żoni żvantaġġati fl-agrikoltura u fuq aspetti ambjentali tal-politika agrikola. Il-qafas leġiżlattiv tal-UE li fih “sett” ta’ strumenti leġiżlattivi għall-Istati Membri (SM) inżamm u ġie żviluppat (notevolment il-”komponent ta’ ekoloġizzazzjoni”) mill-Kummissjoni.Madankollu, meta ħadna inkunsiderazzjoni (a) għadd kbir ta’ mħaleb li jinsabu f’żoni żvantaġġati, u konsegwenzi possbbli serji mhux mixtieqa tal-aġġustamenti strutturali attwali u futuri fis-settur, u (b) il-fatt li l-Kummissjoni ħallietha għad-diskrezzjoni tal-SM biex jużaw is-sett ta’ miżuri, aħna sibna li jifdal ir-riskji identifikati fil-paragrafu 69 ta’ RS Nru 14/2009 u l-qafas attwali ta’ politika għandu mnejn ma jkunx biżżejjed biex tinżamm il-produzzjoni f’żoni żvantaġġati.

(4) Għas-settur Ewropew tal-ħalib, is-suq globali se jibqa’ suq sekondarju, li għalih ikun jista’ jkollu aċċess biss matul il-perjodi fejn il-prezzijiet dinjija jkunu għoljin. Il-produtturi tal-ġobnijiet u ta’ prodotti oħra li għandhom valur miżjud għoli biss se jkunu jistgħu jitolbu għal ishma sostenibbli tas-suq. Għalhekk huwa indispensabbli li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom sabiex jorjentaw mill-ġdid il-produzzjoni tal-ħalib, l-ewwel nett lejn l-ilħuq tal-ħtiġijiet tas-suq domes-tiku Ewropew u, fl-istess ħin, lejn il produzzjoni tal-ġobnijiet u ta’ prodotti oħra li għandhom valur miżjud għoli li jistgħu jiġu esportati mingħajr għajnuniet baġitarji (assistenza baġitarja).

Implimentata bis-sħiħ

Minn RS Nru 14/2009 ‘l hawn, b’riżultat tad-domanda dejjem tikber tas-suq dinji u s-segwitu mill-UE tal-politikita’ orjentazz-joni lejn is-suq, l-UE sadanittant saret wieħed mill-esportaturi ewlenin fid-dinja, ta’ prodotti tal-ħalib mingħajr rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet.

Page 25: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

23Annessi

Ann

ess 

III Agrikoltura: riforma tas-suq taz-zokkor

1. Ir-Rapport Speċjali Nru 6/2010 kien jikkonċerna r-riforma tas-suq taz-zokkor.

Fl-2006, l-UE niedet riforma kbira tas-settur tagħha taz-zokkor sabiex iżżid l-orjentazzjoni lejn is-suq u biex tistabbilizza s-suq filwaqt li tikkonforma mal-impenji internazzjonali. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri wettqet awditu tar-riforma u tikkonkludi li, filwaqt li l-għan kien li jinħoloq inċentiv għall-produtturi l-inqas kompetit-tivi taz-zokkor biex jirrinunzjaw il-kwoti tagħhom, ġew abbandunati wkoll kwoti minn fabbriki kompetittivi. Hemm dipendenza akbar fuq l-importazzjonijiet filwaqt li hemm dubji dwar jekk it-tnaqqis fil-prezzijiet huwiex se jingħadda lill-konsumaturi finali, u jippersisti d-dewmien fl-implimentazzjonijiet tal-miżuri ta’ diversifikazzjoni u dawk ambjentali. Il-Qorti tinnota wkoll ir-riskju dejjem jikber ta’ spostament tal-faċilitajiet tal-produzzjoni. Ir-riforma taz-zokkor kienet tinvolvi tnaqqis fil-prezz kif ukoll tnaqqis ta’ 30 % fil-kwoti tal-produzzjoni, li rriżulta fl-għeluq ta’ 80 fabbrika. Fond għar-ristrutturar u għajnuna għad-diversifikazzjoni kienu intenzjonati biex jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku ta’ dawn il-miżuri. L-awditu tal-Qorti vvaluta l-punt sa fejn intlaħqu sa issa l-objettivi tar-riforma.

(Sors: L-Istqarrija għall-Istampa ECA/10/30)

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

2. Il-Qorti ħarġet żewġ rakkomandazzjonijiet biex il-kompetittività tiġi żgurata, tnejn oħra biex is-swieq jiġu stabbilizzati u d-disponibbiltà tal-provvisti tiġi garantita, u l-aħħar tnejn biex il-problemi ta’ adattament jiġu indirizzati u mtaffija.

Page 26: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

24Annessi

Ann

ess

III Rakkomandazzjoni Status tal-implimentazzjoni Il-valutazzjoni mill-Qorti

(1) Il-pressjonijiet esterni prevalenti jistgħu jeħtieġu li l-Kummissjoni tipproponi aġġustamenti ulterjuri fil-produzzjoni interna. F’każ bħal dan, il-Qorti tirrakkomanda li l-istrumenti u l-miżuri għandhom jiġu mfassla b’mod li jiżgura l-konsistenza ġenerali, u jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet tekniċi bir-reqqa tal-bżonnijiet u fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

Ma għadhiex rilevanti

Ir-Rakkomandazzjoni 1 kienet tirrikjedi aġġustamenti ulterjuri fil-produzzjoni interna li ġew proprosti mill-Kummissjoni, minħabba pressjonijiet esterni. Madankol-lu wara r-riforma, il-Kummissjoni ma pproponiet l-ebda aġġustament ulterjuri fil-produzzjoni interna u fil-kwota. Madankollu, ir-rakkomandazzjoni mhix se tibqa’ rilevanti bit tmiem tar-reġim tal-kwoti taz-zokkor fl-2017.

(2) Minħabba fl-importanza tal-produzzjoni taz-zokkor għall-ekonomija agrikola, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tipproponi miżuri għat-tneħħija ta’ dawk ir-riġiditajiet u r-restrizzjonijiet tas-sistema attwali tal-kwoti li jaffettwaw ħażin il-kompetittività tal-koltivaturi u tal-produtturi.

Implimentata bis-sħiħIl-proposta tal-Kummissjoni fl-2011 biex tintemm is-sistema tal-kwoti u r-riġiditajiet u r-restrizzjonijiet kollha tagħha ġiet approvata.

(3) Il-Qorti tirrakkomanda li deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu fil-futur li jaffettwaw il-produzzjoni taz-zokkor tal-UE, jikkunsidraw il-livell ta’ produzzjoni interna taz-zokkor li jkun meqjus neċessarju skont l-għan stabbilit fit-Trattat li tiġi żguarata d-disponibbiltà tal-provvisti.

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti lill-Kummissjo-ni awtorità leġiżlattiva u għodod biex tintervieni fis-suq f’każ ta’ provvista eċċessiva jew insuffiċjenti taz-zokkor. Rapporti reċenti jipprovdu evidenza li l-Kummissjoni timmonitorja regolarment il-produzzjoni u l-konsum taz-zokkor, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet taz-zokkor, u l-ftuħ u l-għeluq tal-istokkijiet ta’ zokkor sabiex tiżgura d-disponibbiltà tal-provvista taz-zokkor fis-suq tal-UE skont l-objettivi tat-Trattat. Madankollu, dipendenza sinifikanti tal-UE fuq l-importazzjonijiet taz-zokkor ġiet identifikata bħala l-fattur prinipali li jista’ jaffettwa d-disponibbiltà tal-provvista taz-zokkor u l-istabbiltà tas-suq tal-UE. Illum, l-UE tkompli tkun importatur nett u tipproduċi madwar 83 %-88 % tal-konsum mill-UE.

(4) Filwaqt li l-Qorti tirrikonoxxi li l-formazzjoni tal-prezzijiet fis-settur tal-ikel hija partikolarment kumplessa, hija tqis li din għandha tkun suġġetta għal monitoraġġ regolari mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-infurzar korrett tal-liġi tal-kompetizzjoni fis-settur, biex b’hekk jintlaħaq l-għan stabbilit fit-Trattat li l-provvisti jaslu għand il-konsumatur bi prezzijiet raġonevoli.

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

Il-Kummissjoni timmonitorja l-prezzijiet taz-zokkor fuq bażi ta’ kull xahar. Ma hemm l-ebda kwistjoni apparenti rigward ir-raġonevolezza tal-prezzijiet taz-zokkor jew id-disponibbiltà tal-provvista. Il-Kummissjoni niedet ukoll studju dwar it-trażmissjoni tal-prezzijiet fis-suq taz-zokkor. Madankollu, il-Kummissjoni setgħet għamlet aktar fi ħdan il-mandat tagħha biex tiżgura li tiġi infur-zata l-liġi tal-kompetizzjoni, billi ssegwi prezzijiet baxxi jew għoljin taz-zokkor, li ma jkunux tas-soltu, tivvaluta l-konċentrazzjoni tal-produtturi taz-zokkor u l-impatt tagħha fuq ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, tirrifletti dwar strateġija biex ittejjeb it-trażmissjoni vertikali tal-prezzijiet, biex b’hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu jgawdu sehem raġonevoli minn kull tnaqqis fil-prezzijiet tal-produtturi.

(5) Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu miżuri urġenti biex jiżguraw li l-miżuri ta’ diversifikazzjoni jsiru operattivi malajr u joħolqu l- effett maħsub fir-rigward ta-promozzjoni ta’ alternattivi għall-produzzjoni tal-pitravi ħelwin (zokkrija) u taz-zokkor.

Ma setgħetx tiġi vverifikata

Il-Kummissjoni rrifjutat ir-Rakkomandazzjonijiet 5 u 6 fuq il-bażi li r-responsabbiltà għal (a) l-implimen-tazzjoni tal-miżuri ta’ diversifikazzjoni u (b) l-iżgurar li l-konformità mal-obbligi ambjentali wara l-għeluq tal-fabbriki tinsab f’idejn l-Istati Membri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. L-istatus tal-implimen-tazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma setax jiġi vverifikat minħabba l-ambitu limitat tal-analiżi ta’ segwitu relatata mal-Istati Membri.

(6) Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinvolvu ruħhom b’mod aktar attiv biex jiżguraw li l-obbligi ambjentali li jassumu l-fabbriki li jagħlqu jiġu ssodisfati kompletament.

Ma setgħetx tiġi vverifikata

Page 27: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

25Annessi

Ann

ess 

IV Agrikoltura: miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni ultraperiferiċi u tal-gżejjer tal-Eġew

1. Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2010 kien jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-gżejjer tal-Eġew.

2. Il-miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea u tal-gżejjer minuri tal-Eġew inħolqu biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika.

3. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vvalutat l-effettività tal-miżuri speċifiċi wara r-riforma tagħhom fl-2006.

4. Ir-riforma kienet tinvolvi bidla lejn parteċipazzjoni reġjonali akbar, u lejn deċentralizzazzjoni u flessibbiltà fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, abbażi ta’ programmi ppreżentati mill-Istati Membri għal approvazzjoni mill-Kum-missjoni Ewropea.

(Sors: L-Istqarrija għall-Istampa ECA/10/39)

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

5. Aħna għamilna żewġ rakkomandazzjonijiet dwar ir-rispons għal ħtiġijiet speċifiċi, tnejn dwar l-implimentazz-joni tar-Riforma tal-2006, u waħda dwar il-monitoraġġ.

Page 28: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

26Annessi

Ann

ess

IV Rakkomandazzjoni Status tal-implimentazzjoni Il-valutazzjoni mill-Qorti

(1) Għall-ipprogammar futur fil-qasam tal-miżuri speċifiċi, il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri fit-tfassil tal-programmi tagħhom billi tippromovi l-aħjar prattiki u billi tiddefinixxi qafas armonizzat ta’ indikaturi biex timmoni-torja l-prestazzjoni tal-programmi. L-indikaturi għandhom tal-inqas jinkludu informazzjoni dwar l-iżviluppi (bidliet) ekonomiċi (eż. valur tal-produzzjoni, valur miżjud) u soċjali (eż. impjiegi maħluqa jew miżmuma).

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

Fil-kuntest tal-għajnuna lill-Istati Membri, il-Kummis-sjoni ddefiniet qafas ta’ indikaturi komuni għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-programmi u inkludiet il-lista ta’ indikaturi tal-prestazzjoni fil-leġiżlazzjoni komunitarja fl-2014.Ir-regolamenti attwali ta’ implimentazzjoni jinkludu indikaturi komuni tal-prestazzjoni li huma armonizzati, u relatati mal-objettivi tal-programmi POSEI/tal-Eġew. L-użu tagħhom huwa obbligatorju fir-rappurtar annwali mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi (AIRs).Madankollu, l-SM esperjenzaw diffikultajiet fil-provve-diment ta’ biżżejjed data relatata mal-indikaturi kollha, u l-kontenut tal-AIRs mhux dejjem isegwi t-talba mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. B’mod ġenerali, l-ebda dokumentazzjoni formali tal-azzjonijiet ulterjuri tagħha fit-tixrid tal-aħjar prattiki ma kienet disponibbli.

(2) Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid id-data ta’ skadenza tal-1 ta’ Awwissu n-1 għall-proċedura formali ta’ approvazzjoni tal-emendi tal-programmi b’tali mod li l-Istati Membri jkollhom, fil-ħin tat-tħejjija tal-emendi, informazzjoni affidabbli dwar l-infiq tas-sena preċedenti.

Implimentata bis-sħiħ

Issa, l-Istati Membri jistgħu jipproponu emendi bi proċedura flessibbli billi jipposponu jew billi jneħħu kompletament id-data ta’ skadenza aktar bikrija, tal-1 ta’ AwwissuN-1.

(3) L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri kkonċernati bħala rimedju għad-dgħufijiet imsemmija fil-paragrafi 44 sa 67 billi japplikaw approċċ mil-livell l-aktar baxx (minn isfel għal fuq) b’konsultazzjoni mal-partijiet interessati fuq il-post. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni għandu wkoll iservi biex jidentifika l-miżuri ta’ ftit effikaċja li jistgħu jitfasslu aħjar.

Ma setgħetx tiġi vverifikata

Ir-Rakkomandazzjoni Nru 3, li kienet fil-biċċa l-kbira indirizzata lill-Istati Membri, ma tistax tiġi vverifikata fi ħdan il-qafas ta’ analiżi limitata ta’ segwitu fil-livell tal-Kummissjoni. Madankollu, ir-rapport ta’ evalwa-zzjoni mill-Kummissjoni identifika miżuri li ma jilħqux l-objettivi tagħhom (il-paragrafu 4.3.1) u t-titjib propost tagħhom lill-Istati Membri (il-Kapitolu 8), kif irrak-komandat mill-Qorti.

(4) L-Istati Membri għandhom jippjanaw proċeduri ta’ kontroll adattati għal kull tip ta’ miżura. B’mod partikolari, huma jridu jiżguraw li s-sistema ta’ identifikazzjoni tagħhom tal-pakketti agrikoli tkun aġġornata regolarment. Il-Kum-missjoni għandha tiżgura li dawn il-proċeduri ta’ kontroll jaħdmu b’mod effikaċi.

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

Il-programm pluriennali l-ġdid tal-Kummissjoni għall-2014-2017 jinkludi mill-inqas żewġ awditi tal-iskemi tal-POSEI/Gżejjer tal-Eġew kull sena, il-linji gwida l-ġodda għall-Istati Membri biex jippreżentaw l-istatistika ta’ kontroll b’mod aktar trasparenti, u l-eżerċizzju kontinwu tal-Kummissjoni ta’ ġbir ta’ in-formazzjoni u twettiq ta’ analiżi fl-uffiċċju tal-proċeduri ta’ kontroll għall-iskemi tal-POSEI u tal-Gżejjer tal-Eġew. Madankollu, l-awditi mwettqa mill-Kummissjoni ma kinux frekwenti biżżejjed f’dawn l-aħħar snin u xi drabi ma koprewx l-oqsma u/jew il-miżuri l-aktar rilevanti.

(5) Il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri biex timmonitorja l-prestazzjoni tal-programmi kull sena, inklużi l-informazzjoni diġà eżistenti u dik li għad trid tintbagħat fit-totalità tagħha.

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

Mill-introduzzjoni tal-indikaturi komuni għall-programmi POSEI/PIME, il-Kummissjoni tanalizza fuq bażi annwali l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-Rapporti annwali ta’ implimentazzjoni. Madankollu, l-użu tal-indikaturi mill-Istati Membri fir-rapporti annwali tagħhom huwa varjabbli, u l-kontenut tagħhom jeħtieġ titjib.

Page 29: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

27Annessi

Ann

ess 

V Koeżjoni: infiq tal-Fond Soċjali Ewropew fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien

1. Ir-Rapport Speċjali Nru 25/2012 kien jikkonċerna l-Fond Soċjali u staqsa jekk ġewx stabbiliti għodod għall-monitoraġġ tal-effettività tal-infiq.

2. Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa strument ewlieni mfassal biex jgħin lill-Istati Membri jilħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE għall-impjieg. L-għanijiet tiegħu huma l-promozzjoni tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni qiegħda u dawk żvantaġġati, primarjament bl-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ taħriġ.

3. L-għan tal-awditu kien li jiġi vverifikat jekk u sa liema punt l-Istati Membri u l-Kummissjoni żviluppaw u użaw l-għodod meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk l-objettivi ppjanati nkisbux. Għal dan il-għan, il-Qorti għażlet wieħed mill-gruppi żvantaġġati prinċipali, jiġifieri ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien.

Page 30: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

28Annessi

Ann

ess

V Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

Rakkomandazzjoni Status tal-implimentazzjoni Il-valutazzjoni mill-Qorti

(1) Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-Istati Membri jfasslu l-Programmi operazzjonali (PO) tagħhom b’tali mod li l-prestazzjoni tal-fondi tal-FSE jkunu jistgħu jitkejlu. Il-popolazzjonijiet immirati għandhom ikunu ddefiniti b’mod mhux ambigwu u għandhom jitfasslu għanijiet u indikaturi operazzjonali rilevanti u kwantifikati biex jitkejlu r-rendi-menti (l-outputs), ir-riżultati u l-impatti speċifiċi fil-livell tal-grupp tal-popolazzjoni mmirata. Għandhom jiġu stab-biliti punti ta’ riferiment intermedji u ġerarkija ta’ valuri mmirati. L-għanijiet tar-riżultati u tal-impatti speċifiċi tal-PO għandhom ikunu inkorporati fil-livell tal-proġetti, billi dan jgħin fil-kisba tal-valuri mmirati tal-PO u jippermetti li l-pagamenti jkunu marbutin mal-prestazzjoni.

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

Dawn iż-żewġ rakkomandazzjonijiet ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti. Il-kejl tal-prestazzjoni jinsab fil-qalba tar-regolament 2014-20 u l-indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati saru obbligatorji għall-politiki aktar spissi. Madankollu, barra miż-żgħażagħ qiegħda, il-fokus għadu mhuwiex fuq il-gruppi fil-mira assistiti u fuq il-kejl tal-effettività tal-azzjonijiet fil-livell tal-gruppi fil-mira. Il-Kummissjoni għadha trid turi li hija timmonitorja r-riżultati fil-livell tal-proġetti u t-twettiq tal-evalwazzjonijiet kontrofattwali.

(2) Il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-Istati Membri jfasslu s-sistema tagħhom ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni b’tali mod li l-progress lejn il-valuri mmirati stabbiliti kollha jkun jista’ jitkejjel b’mod li jkun fil-ħin u li jinftiehem, f’intervalli adatti, biex b’hekk ikunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet korrettivi u jinsiltu lezzjonijiet (tagħlim) għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-futur. Tfassil bħal dan jeħtieġ il-ġbir fil-ħin ta’ data rilevanti u verifikabbli, il-funzjonament tajjeb tas-sistemi elettroniċi tal-ipproċessar tad-data, evalwa-zzjonijiet kontinwi, ukoll fil-livell tal-gruppi mmirati, u, għall-azzjonijiet tal-FSE mmirati għaż-żieda fl-impjieg, il-kejl tal-effett nett fuq l-impjieg.

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

(3) Sabiex il-Kummissjoni tipprovdi data adatta dwar il-mezzi mobilizzati u r-riżultati miksuba mill-FSE, hija għandha tikseb informazzjoni konsistenti u affidabbli mill-Istati Membri. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni għandha toħroġ indikaturi komuni obbligatorji li jridu jiġu inklużi mill-Istati Membri fil-PO tagħhom; it-temi prijoritarji tal-UE għandhom ikunu konformi mal-istrateġiji tal-UE u l-kontenut tagħhom iddefinit b’mod ċar mil-leġislatur.

Implimentata bis-sħiħL-FSE 2014-20 ġie allinjat mal-istrateġija Ewropa 2020 u ġew introdotti indikaturi komuni tal-outputs u tar-riżultati, li huma obbligatorji.

(4) Il-Kummissjoni għandha tanalizza fil-fond il-kwistjonijiet dwar il-prestazzjoni meta tkun qed torganizza l-valutazz-joni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.

Implimentata bis-sħiħ

L-awditi ppjanati dwar tad-data tal-prestazzjoni u l-linji gwida maħruġa għall-awdituri jindikaw bidla lejn l-obbligu ta’ rendikont għal sistema affidabbli għall-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-ħżin ta’ data tal-prestazzjoni.

(5) Il-Kummissjoni għandha ttejjeb id-dokumentazzjoni tal-kontrolli tagħha billi tiżgura li jkun hemm sekwenza tal-verifika (rendikont tal-entrati) li tippermetti li l-firxa u l-konsistenza ta’ dawn il-kontrolli jiġu vvalutati.

Implimentata bis-sħiħ Il-listi ta’ kontroll 2014-20 maħluqa reċentement itejbu d-dokumentazzjoni u l-kopertura tal-azzjonijiet.

Page 31: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

29Annessi

Ann

ess

VI Azzjonijiet esterni: kontribuzzjonijiet imwassla permezz ta’ Organizzazzjonijiet

tan-NU

1. Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2011 kien jikkonċerna l-effiċjenza u l-effettività tal-kontribuzzjonijiet tal-UE mwassla permezz ta’ Organizzazzjonijiet tan-NU f’pajjiżi milquta minn konflitti.

2. Il-Kummissjoni Ewropea intensifikat il-kooperazzjoni tagħha man-Nazzjonijiet Uniti bħala parti mill-impenn tagħha għall-koordinazzjoni aħjar tal-għajnuna. L-ammont ta’ fondi tal-EuropeAid imwassla permezz ta’ Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti żdied minn EUR 144 miljun fl-2001 għal EUR 935 miljun fl-2009, u laħaq quċċata ta’ aktar minn EUR 1 biljun fl-2006.

3. Din hija t-tieni fażi ta’ awditu f’żewġ partijiet. It-tieni fażi tevalwa l-ilħuq tal-objettivi.

4. Il-mistoqsija kumplessiva tal-awditjar kienet jekk il-Kummssjoni tiksibx valur għall-flus meta tkun qiegħda twassal il-fondi permezz tan-Nazzjonijiet Uniti.

Page 32: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

30Annessi

Ann

ess

VI Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

5. Il-Qorti rrakkomandat li l-Kummissjoni għandha tagħmel il-bidliet li ġejjin fit-tfassil tal-proġetti, fl-effettività u s-sostenibbiltà, u fl-effiċjenza.

Rakkomandazzjoni Status tal-implimentazzjoni Il-valutazzjoni mill-Qorti

(1) Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-bidliet li ġejjin fit-tfassil tal-proġetti:

ο tiżgura li jiġu stabbiliti objettivi prattiċi u ċari għall-proġetti li għalihom huma impenjati l-fondi tagħhom. L-objettivi għandhom jiġu kwantifikati kull fejn possibbli biex jiġu ffaċilitati l-eżekuzzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti u biex jingħata rispons siewi għall-Kummissjoni. Ir-rabta bejn l-attivitajiet tal-proġetti, l-objettivi tal-proġetti u l-objettivi usa’ għandha tkun speċifikata biċ-ċar;

ο tadatta aħjar il-perjodu ta’ żmien speċifikat fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni għall-ambjent tal-proġett sabiex jiġu evitati estensjonijiet, li jiswew il ħin u l-flus, tal-perjodu ta’ implimentazzjoni fi stadju aktar tardiv;

ο peress li l-livell ta’ dettall fil-baġit jifforma l-bażi għal rap-porti sussegwenti, għandu jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni partikolarment tal-effiċjenza tal-attivitajiet iffinanzjati.

Implimentata bis-sħiħ

Fl-2011, Linji Gwida Konġunti ġodda dwar l-obbligi ta’ rappurtar taħt il-FAFA:

ο fakkru dwar ir-rekwiżit li l-indikaturi jridu jkunu SMART, li r-rapporti għandhom jippermettu tqabbil ma’ kull aspett tad-deskrizzjoni inizjali tal-Azzjoni, u għandhom jagħtu rispons utli (ġestjoni tal-għarfien) lill-Kummissjoni dwar l-Azzjonijiet tal-istess tip;

ο enfasizzaw l-importanza tal-pjanijiet dettaljati ta’ ħidma u stipulaw il-prinċipji biex jiżguraw l-aġġornamenti tagħhom;

ο stipulaw prinċipji u proċeduri biex jiżguraw li kull dettall fil-baġit jiġi mifhum mill-Organizzazzjoni tan-NU u mill-Kummissjoni bl-istess mod u li l-livell ta’ informazzjoni jkun biżżejjed biex jipper-metti tqabbil mad-deskrizzjoni tal-Azzjoni.

Il-linji gwida jitfakkru f’kull taħriġ konġunt tal-UE/NU. Ir-rekwiżiti jiġu wkoll spjegati matul sessjonijiet regolari ta’ taħriġ.

(2) Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-bidliet li ġejjin fl-effettività u s-sostenibbiltà:

ο tinsisti li tirċievi r-rapporti meħtieġa fil-ħin u tkompli fl-isforzi tagħha biex tiżgura li dawn ir-rapporti jagħtu l-informazzjoni li hija teħtieġ għall-valutazzjoni tal-progress u tas-suċċess tal-proġetti;

ο is-segwitu mill-Kummissjoni għandu jkun fil-pront, sistematiku, b’evidenza ċara u komprensiv matul it-tul ta’ żmien tal-proġetti;

ο tidentifika, wara kull proġett, it-tagħlim miksub għal interventi tal-ġejjieni b’attenzjoni speċjali għall-aspett ta’ sostenibbiltà.

Implimentata bis-sħiħ

Il-linji gwida:

ο enfasizzaw l-importanza li jitwasslu rapporti f’waqthom ibbażati fuq pjanijiet dettaljati ta’ ħidma, u stipulaw prinċipji biex jiżguraw li dawn ir-rapporti ma jiddewmux, li l-Kummissjoni tinżamm informata, u li huma jagħtu kull dettall meħtieġ għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Azzjonijiet;

ο stipulaw prinċipji u proċeduri biex jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa tiġi trażmessa lill-Kum-missjoni fi żmien debitu, bl-analiżijiet u r-rimedji rilevanti ta’ kull diffikultà meta sseħħ;

ο kien fihom (fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-mudell għad-dokumenti tal-Azzjoni) sottotaqsima obbli-gatorja ddedikata għat-tagħlim miksub u għas-sostenibbiltà tal-Azzjoni.

Page 33: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

31Annessi

Ann

ess

VI

Rakkomandazzjoni Status tal-implimentazzjoni Il-valutazzjoni mill-Qorti

(3) Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-bidliet li ġejjin fl-effiċjenza:

ο Għandha titwettaq valutazzjoni sistematika tal-ispejjeż u r-riżultati għandhom jiġu ddokumentati b’mod adegwat. Għandu jitpoġġa aktar fokus fuq l-effiċjenza, u l-valutazzjoni tal-ispejjeż ma għandhiex tkun limitata għal kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà.

ο fejn ikun fattibbli, għandhom jiġu żviluppati valuri referen-zjarji (punti ta’ riferiment) għal elementi ta’ spejjeż komuni sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-ispejjeż fi proposti tal-proġetti u f’rapporti finanzjarji.

L-ewwel punt implimentat bis-sħiħ

It-tieni punt implimentat f’xi aspetti

Il-linji gwida stipulaw prinċipji u proċeduri biex jiżguraw li l-livell ta’ informazzjoni jkun biżżejjed biex jipper-metti l-valutazzjoni tal-eliġibbiltà kif ukoll in-neċessità tal-ispejjeż proposti u biex jippermettu tqabbil mad-deskrizzjoni tal-azzjoni.

Ir-Rakkomandazzjoni 3, il-Punt 2 dwar l-iżvilupp ta’ valuri referenzjarji (punti ta’ riferiment) għal elementi ta’ spejjeż komuni (implimentata f’xi aspetti)

Il-Kummissjoni tat istruzzjonijiet lill-Uffiċjali Awtoriz-zanti biex jivvalutaw ir-raġonevolezza tal-ispejjeż meta jkunu qed jiffinanzjaw il-proġetti. Xi Delegazzjonijiet tal-UE jistabbilixxu tqabbil tal-ispejjeż minn studji ekonomiċi lokali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni titlob lill-Uffiċjali Awtorizzanti biex jiġġustifikaw, meta jkunu qed jirreġistraw l-għotjiet u l-kuntratti fil-CRIS, ir-raġunijiet għall-għażla tal-kuntratt ma’ Organizzazzjoni Internazzjonali.

Madankollu, il-Kummissjoni ma tivvalutax direttament ir-raġonevolezza tal-ispejjeż tal-proġetti iżda sserraħ fuq l-għarfien dwar is-suq tal-Organizzazzjoni Internaz-zjonali li hija tikkuntratta magħhom.

‘Fejn ikun fattibbli” fit-test tar-rakkomandazzjoni jrid jinftiehem bħala “Fejn każijiet simili u informazzjoni jistgħu jkunu raġonevolment aċċessibbli’. Spiża finali hija r-riżultat ta’ kwantitajiet u spejjeż unitarji. Jekk dawn tal-aħaħr mhumiex magħrufa, mill-inqas il-kwantitajiet jistgħu jitqabblu ma’ dawk ta’ azzjonijiet simili ffinan-zjati fil-passat għall-valutazzjoni tar-raġonevolezza ta’ azzjoni ġdida li għandha tiġi ffinanzjata. Mingħajr dan, il-Kummissjoni sserraħ fuq dikjarazzjoni ta’ parti terza mingħajr l-ebda verifikazzjoni, filwaqt li hija jkollha dokumentazzjoni rilevanti.

Page 34: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

32Annessi

Ann

ess 

VII Azzjonijiet esterni: sigurtà alimentari

1. Ir-Rapport Speċjali Nru 1/2012 kien jikkonċerna l-effettività tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-UE għas-sigurtà alimentari fil-pajjiżi sub-Saħarjani.

2. Is-sigurtà alimentari hija problema kbira fl-Afrika sub-Saħarjana, fejn 30 % tal-popolazzjoni jbatu l-ġuħ.

3. Il-Qorti eżaminat jekk l-għajnuna għall-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea (UE) għas-sigurtà alimentari fl-Afrika sub-Saħarjana hijiex effettiva: jekk l-għajnuna għall-iżvilupp mill-UE għas-sigurtà alimentari hijiex rilevanti għall-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-pajjiżi u jekk l-interventi tal-UE humiex effettivi.

4. L-awditu ffoka fuq l-appoġġ għall-iżvilupp dirett mill-UE għat-tliet dimensjonijiet ta’ sigurtà alimentari, jiġifieri d-disponibbiltà tal-ikel, l-aċċess għall-ikel u l-użu ta’ ikel sustanzjuż (nutrizzjoni). Huwa ma eżaminax jekk is-sigurtà alimentari kinitx ix-xejra dominanti fl-oqsma rilevanti kollha tal-kooperazzjoni tal-UE, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, jew inkella l-ilma u s-sanità.

Page 35: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

33Annessi

Ann

ess

VII Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

Rakkomandazzjoni Status tal-implimentazzjoni Il-valutazzjoni mill-Qorti

(1) Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom iwettqu valutazzjoni strutturata tas-sitwazzjoni tas-sigurtà alimentari f’kull pajjiż u jqisu b’mod sistematiku l-ambitu potenzjali għal appoġġ mill-UE f’dan il-qasam (għall-perjodu ta’ programmar wara l-2013).

Implimentata bis-sħiħ

Il-valutazzjoni rriżultat fil-produzzjoni ta’ 50 skeda informattiva dettaljata tal-pajjiż dwar is-sigurtà alimentari, li huma bbażati fuq indikaturi internazzjonali prinċipalment minn aġenziji tan-NU (il-FAO, l-UNICEF...) u NGOs. Dawn l-iskedi informattivi jagħtu ħarsa ġenerali globali lejn kull pajjiż b’indikaturi kkalkolati u jkopru l-kuntest tas-sigurtà alimentari, bħall-indiċi ta’ żvilupp tal-pajjiż, sitwazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni, sitwazz-jonijiet ambjentali u dawk agrikoli.

(2) Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jeżaminaw, possibbilment ma’ msieħba oħra tal-iżvilupp, il-fattibbiltà ta’ strument permanenti għall-finanzjament ta’ miżuri urġenti u supplimentari li jistgħu jinħtieġu biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ta’ kriżijiet tal-ikel potenzjali fil-ġejjieni f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Implimentata bis-sħiħ

Is-servizzi tal-Kummissjoni żviluppaw mekkaniżmu ta’ sigurtà alimentari u metodoloġija b’baġit indikattiv ta’ EUR 525 miljun (2014-2020), li huma bbażati fuq analiżi teknika ta’ insigurtà alimentari u tan-nutrizzzjoni, li għandhom jiġu applikati fuq bażi annwali biex jidenti-fikaw il-pajjiżi u jipproponu l-infiq. Dan il-mekkaniżmu għandu jipprovdi riżultati pjuttost simili għal dawk ta’ strument permanenti.

(3) Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jagħtu prijorità xierqa lin-nutrizzjoni waqt l-istabbiliment tal-istrateġija tal-kooperazzjoni, l-identifikazzjoni u t-tfassil ta’ interventi, u l-użu ta’ djalogu tal-politika ma’ gvernijiet imsieħba, b’mod notevoli fil-qafas ta’ programmi ta’ appoġġ baġitarju.

Implimentata bis-sħiħ

Il-Kummissjoni tat impetu politiku ċar meta kienet qed tħabbar appoġġ finanzjarju ta’ EUR 3.5 biljun flimkien ma’ objettivi speċifiċi li jridu jintlaħqu fil-ġlieda kontra n-nutrizzjoni insuffiċjenti. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nutrizzjoni jagħti dettalji ta’ kif dan l-appoġġ finanzjarju se jiġi implimentat.

(4) Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha: tistabbilixxi objettivi ta’ intervent li huma preċiżi biżżejjed u li jistgħu jitkejlu permezz ta’ indikaturi tal-prestazzjoni. Għandha tiżgura li l-objettivi jistgħu jintlaħqu permezz ta’ valutazzjoni mtejba tar-riskji u tal-assunzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta’ interventi b’suċċess.

Implimentata bis-sħiħ

Id-dokumenti ta’ referenza jipprevedu objettivi li jistgħu jitkejlu u indikaturi speċifiċi flimkien mal-metodoloġija relatata għall-implimentazzjoni tagħhom. Dawn id-dokumenti jippreżentaw ukoll il-prijoritajiet strateġiċi bbażati fuq analiżi tar-riskji u tal-isfidi.Bosta attivitajiet li għandhom l-għan jinformaw u jħarrġu l-atturi rilevanti fil-ġlieda kontra l-ġuħ jiġu organizzati regolarment.

(5) Il-Kummissjoni għandha tappoġġa aħjar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-programmi dwar l-agrikoltura u t-trasferi-ment soċjali. Waqt li tkun qed tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tagħmel aktar enfasi fuq l-iżvilupp ta’ servizzi ef-fettivi ta’ estensjoni agrikola, infrastruttura ta’ wara l-ħsad u kreditu rurali.

Implimentata bis-sħiħ

Il-Kummissjoni qed tikkontribwixxi għal forums u organizzazzjonijiet iddedikati għal servizzi speċifiċi għall-benefiċċju tal-bdiewa. (Din hija r-Rakkomandazz-joni 5(a) f’RS Nru 1/2012)

(6) Il-Kummissjoni għandha tappoġġa aħjar is-sostenibbiltà finanzjarja tal-programmi dwar l-agrikoltura u t-trasferi-ment soċjali. Waqt li tkun qed tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-programmi dwar it-trasferiment soċjali jipprevedu appoġġ xieraq għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet li jiġġeneraw id-dħul (introjtu) tal-benefiċjarji.

Implimentata bis-sħiħ

Id-dokument ta’ referenza “Social Transfers in the fight against hunger” (Trasferimenti Soċjali fil-ġlieda kontra l-ġuħ) jistipula metodoloġiji, prijoritajiet, objettivi, miri, u indikaturi ewlenin li huma ddefiniti tajjeb. Dan id-dokument jagħmel referenza għal dokumenti prattiċi li jistgħu jappoġġaw kull aspett tal-proċess.Informazzjoni għal u taħriġ tal-atturi rilevanti jiġu organizzati regolarment. (Din hija r-Rakkomandazzjo-ni 5(5) f’RS Nru 1/2012)

Page 36: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

34Annessi

Ann

ess 

VIII Azzjonijiet esterni: CRIS

1. Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2012 kien jikkonċerna s-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni dwar ir-Relazz-jonijiet Esterni (CRIS).

2. Il-CRIS hija s-sistema ta’ informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni biex tappoġġa l-ġestjoni tal-azzjonijiet esterni.

3. Hija tipprovdi data dwar il-fażijiet differenti tal-ġestjoni, mill-programmar sat-tħejjija u l-monitoraġġ, li jkopru kemm l-aspetti operazzjonali kif ukoll dawk finanzjarji tal-azzjonijiet ikkonċernati. Hija ddaħħal ukoll data finanzjarja fis-sistema kontabilistika ABAC tal-Kummissjoni.

4. Fir-Rapport Speċjali Nru 5/2012, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) vvalutat jekk il-CRIS kinitx effettiva biex twieġeb għall-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-Qorti vvalutat jekk il-CRIS kinitx tfasslet biex twieġeb b’mod effettiv għall-ħtiġijiet tal-Kummissjoni u jekk l-informazzjoni li tat kinitx affidabbli.

Page 37: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

35Annessi

Ann

ess

VIII Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

5. Il-Qorti għamlet l-erba’ rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

Rakkomandazzjoni Status tal-implimentazzjoni Il-valutazzjoni mill-Qorti

(1) Għandu jkun stabbilit ir-rwol maħsub tal-CRIS bħala sistema ta’ informazzjoni, b’mod notevoli fir-rigward tas-sistema kontabilistika ABAC tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha timmira li tnaqqas l-irduppjar tal-funzjonijiet tal-ABAC fil-CRIS.

Ma għadhiex rilevantiIr-rwol maħsub tal-CRIS bħala sistema ta’ informazzjoni, notevolment fir-rigward tas-sistema kontabilistika ABAC tal-Kummissjoni, xorta kien għad irid jiġi stipulat.

(2) Il-listi ta’ kodiċijiet tad-data tal-CRIS għandhom ikunu razzjonalizzati biex ikunu uniċi u biex il-valuri tad-data tagħhom ikunu esklussivi b’mod reċiproku. Barra minn hekk, il-kontrolli tal-kwalità tad-data eżistenti (kontrolli, proċessi) għandhom jiġu reveduti u msaħħa biex iservu ta’ salvagwardji effettivi li jiżguraw data affidabbli. Dawn il-miżuri għandhom jimmiraw, b’mod partikolari, li jiżguraw li l-CRIS tkun effettiva u effiċjenti biex tipprovdi informazz-joni aggregata minn pajjiż benefiċjarju, qasam ta’ politika u strument finanzjarju.

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

Bosta inizjattivi mid-DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp kienu għadhom għaddejjin, biex jiġu razzjon-alizzati l-listi ta’ kodiċijiet tad-data tal-CRIS (żvilupp ta’ sistema ta’ data ta’ referenza, razzjonalizzazzjoni tal-kodiċijiet tad-data u stabbiliment ta’ dizzjunarju tad-data). Madankollu, l-inizjattivi għar-razzjonalizzazzjoni tal-kodiċijiet tad-data tal-CRIS kienu għad iridu jiġu ffinalizzati.Ġew rinfurzati l-kontrolli tal-kwalità tad-data tal-CRIS: eż. ġew iddefiniti strateġija għall-kwalità tad-data u pjan regolatorju tal-kwalità tad-data, u ġie assenjat tim tal-kwalità tad-data.

(3) Minħabba l-popolazzjoni kbira u varjata tal-utenti tal-CRIS, għandha tingħata attenzjoni xierqa għal titjib fil-faċilità tas-sistema għall-utent fi żviluppi tal-CRIS fil-ġejjieni.

Ma għadhiex rilevanti

Il-biċċa l-kbira mill-proġetti għat-titjib fil-faċilità tal-CRIS għall-utenti twaqqfu fil-bidu tal-2013, sakemm tiġi adottata u implimentata strateġija ġdida tal-IT tad-DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp.

(4) Għandhom ikunu stabbiliti r-responsabbiltajiet għall-ġestjoni tas-sigurtà tad-data tal-CRIS. Għandha titwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-IT ġenerali. Għandha tingħata attenzjoni xierqa, partikolarment għall-ħarsien tad-data personali u finanzjarja.

Implimentata f’xi aspetti

Ġew ikkjarifikati r-responsabbiltajiet għall-ġestjoni tas-sigurtà tad-data tal-CRIS.Bejn l-2012 u l-2014, twettqu xi attivitajiet ta’ val-utazzjonijiet tar-riskju limitat tal-IT iżda valutazzjoni kumplessiva tar-riskju tal-IT fid-DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp għadha nieqsa. Mingħajr tali valutazzjoni, ma kienx hemm stampa ċara tar-riskji relatati mal-ħarsien tad-data personali u d-data finanz-jarja fis-sistemi ta’ informazzjoni tad-DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp.

Page 38: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

36Annessi

Ann

ess 

IX Politiki interni: għajnuna mill-Istat

1. Ir-Rapport Speċjali Nru 15/2011 staqsa jekk il-proċeduri tal-Kummissjoni jassiguraw(x) il-ġestjoni ef-fettiva tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

2. L-għajnuna mill-Istat hija ddefinita fl-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (UE), u l-kontroll tagħha huwa garanzija importanti għall-funzjonament tas-suq intern. Il-Kummissjoni għandha responsabbiltà kumplessiva għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Sabiex jassiguraw li l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri tkun kompatibbli mas-suq intern tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-UE huma meħtieġa l-ewwel jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ għajnuna u jiksbu l-permess mill-Kummissjoni qabel jagħtu l-għajnuna mill-Istat.

3. Ir-rapport speċjali tagħna eżamina jekk il-Kummissjoni implimentatx proċeduri li jippermettu l-ġestjoni effettiva tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. L-awditu ffoka fuq il-proċessi ta’ organizzazzjoni, teħid ta’ deċiżjonijiet, u monitoraġġ tal-Kummissjoni matul il-perjodu 2008-2010.

Page 39: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

37Annessi

Ann

ess

IX Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti

4. Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-allokazzjoni u l-użu tar-riżorsi ddedikati għall-ġestjoni tal-għajnuna mill-Istat, bil-għan li:

Rakkomandazzjoni Status tal-implimentazzjoni Il-valutazzjoni mill-Qorti

(1) Tadotta attitudni aktar proattiva fir-relazzjoni tagħha mal-Istati Membri u tagħmel aktar sforzi biex tqajjem il-kuxjenza dwar ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat billi xxerred l-aħjar prattiki u tagħti gwida aktar prattika.

Implimentata bis-sħiħ

Id-DĠ Kompetizzjoni nieda sensiela ta’ inizjattivi, inkluż il-ħolqien tan-Netwerk ta’ punti ta’ kuntatt tal-pajjiżi, l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ u laqgħat ta’ livell għoli mal-Istati Membri, il-pubblikazzjoni ta’ gwi-da dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, u l-ħolqien ta’ pjattaforma fejn l-Istati Membri jistgħu jagħmlu misto-qsijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni.

(2) Issaħħaħ l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha, kemm fir-rigward tad-daqs tal-kampjun kif ukoll tal-ambitu. Implimentata bis-sħiħ

Il-Kummissjoni gradwalment saħħet l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha, kemm f’termini ta’ daqs tal-kampjun kif ukoll ta’ involviment fl-unitajiet ta’ trattar tal-każijiet.

(3) Torganizza l-mistoqsijiet ex officio b’manjiera aktar sistematika u mmirata biex tinduna bl-għajnuna illegali. Implimentata bis-sħiħ

Adozzjoni u użu ta’ strumenti legali ġodda fl-inkjesti tat-taxxa li jwasslu għall-ftuħ ta’ bosta investigazzjoni-jiet fil-fond.

(4) Aħna rrakkomandajna wkoll li l-Kummissjoni għandha: Bi skop li tittejjeb it-trasparenza u jitħaffef il-proċess tad-deċiżjoni, tagħti impenn vinkolanti biex tagħlaq l-investigazzjoni preliminari jew billi tieħu deċiżjoni jew inkella billi tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali fi żmien sena minn meta tirċievi n-notifika inizjali.

Mhux implimentata

Għalkemm il-Qorti tilqa’ ż-żieda fl-attenzjoni tal-maniġment għal investigazzjonijiet preliminari li huma pendenti għal aktar minn disa’ xhur, il-qafas legali attwali xorta jippermetti lill-Kummissjoni tkompli l-investigazzjoni preliminari sakemm hija tqis li n-notifika hija inkompleta u li tipposponi l-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali aktar trasparenti.

(5) Timminimizza n-numru ta’ Talbiet għall-Informazzjoni mibgħuta lill-Istati Membri u tillimitahom għal dawk stret-tament neċessarji għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha.

Implimentata bis-sħiħ

Minħabba r-rappurtar kontinwu dwar ix-xogħlijiet b’lura lid-Deputat Direttur Ġenerali responsabbli għall-għajnuna mill-Istat u għall-ħtieġa għall-approvazzjoni tiegħu meta ssir talba għal informazzjoni addizzjonali għat-tielet talba, ġiet stabbilita l-limitazzjoni meħtieġa tal-għadd ta’ talbiet mibgħuta lill-Istati Membri.

(6) Sabiex tipprovdi aktar ċertezza legali lill-partijiet interes-sati kollha, (il-Kummissjoni għandha) tittratta l-ilmenti bla bażi b’mod imgħaġġel.

Implimentata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

Il-filtri introdotti bl-Artikolu 20 tar-Regolament Proċedurali l-ġdid għandhom inaqqsu b’mod sinifikanti l-għadd ta’ lmenti bla bażi. Minkejja dan, l-impatt ta’ din l-emenda għadu mhuwiex kompletament viżibbli.

(7) Kull tant żmien (il-Kummissjoni għandha) tinforma lil min iressaq l-ilment, lill-Istat Membru u lill-benefiċjarju dwar il-progress (jew in-nuqqas ta’ progress) ta’ kull każ u dwar ir-riżultat tal-investigazzjoni.

Implimentata bis-sħiħ

Sabiex min iressaq l-ilment, l-Istat Membru u l-benefiċjarji jiġu informati kull tant żmien dwar il-progress ta’ kull każ, qegħdin jintbagħtu ittri ta’ informazzjoni, kif irrakkomandat.

Page 40: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

38Annessi

Ann

ess

IX Rakkomandazzjoni Status tal-implimentazzjoni Il-valutazzjoni mill-Qorti

(8) Tikkunsidra jekk tistax titgħallem mill-mod ta’ kif hija ttrattat il-kriżi finanzjarja biex b’hekk ittejjeb il-metodi ta’ ħidma normali tagħha.

Implimentata bis-sħiħ

Id-DĠ Kompetizzjoni ħa inkunsiderazzjoni b’mod xieraq it-tagħlim miksub mit-trattar tiegħu ta’ miżuri tal-kriżi finanzjarja. It-tagħlima prinċipali miksuba kienet il-ħtieġa li jitħaffef il-proċess ta’ analiżi u ta’ deċiżjoni. Fi ħdan il-qafas tal-proġett ta’ Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (SAM), id-DĠ Kompetizzjoni ħa bosta miżuri biex jitħaffef il-proċess ta’ analiżi u deċiżjoni tal-każijiet li ma jkunux ta’ kriżi.

(9) Timplimenta sistema mtejba ta’ reġistrar tal-ħin u rapputar tal-ġestjoni biex b’mod effettiv timmonitorja l-ħin li hija tkun qattgħet fuq kull wieħed mill-każijiet u l-ammont tax-xogħol ta’ kull wieħed minn dawk li jittrattaw il-każijiet sabiex tottimizza l-użu tar-riżorsi.

Implimentata bis-sħiħ

Id-DĠ Kompetizzjoni implimenta sistema msaħħa (il-PETRA: Applikazzjoni ta’ Rappurtar taż-Żmien meħud għall-Ispiża ta’ Proġett) għar-rappurtar taż-żmien u tal-ġestjoni.

(10) Aħna rrakkomandajna wkoll li l-Kummissjoni għandha: ittejjeb l-effiċjenza u l-affidabbiltà tal-proċess tal-ġbir tad-data.

Implimentata f’xi aspetti

Is-SARI (Interfaċċja ta’ Rappurtar dwar l-Għajnuna mill-Istat) bħala għodda ta’ komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u d-DĠ Kompetizzjoni saret operazzjonali fi tmiem l-2012, għalkemm għad irid jiġi introdott titjib fl-affidabbiltà tas-sistema, inklużi (a) ir-regoli dwar il-validazzjoni biex jiġi evitat l-input ta’ informazzjoni inkompleta mill-Istati Membri, (b) ir-reġistrazzjoni tal-azzjonijiet differenti ta’ validazzjoni tal-utenti, u (c) it-titjib tal-funzjonalitajiet ta’ tiftix.

(11) b’mod regolari tivvaluta l-impatt ex post tal-għajnuna mill-Istat u tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fuq il-kumpaniji, is-swieq u l-ekonomija inġenerali.

Implimentata bis-sħiħ

Il-miżuri li ttieħdu fil-qasam tal-valutazzjoni tal-impatt ex post tal-għajnuna mill-Istat kienu jinkludu l-pubb-likazzjoni ta’ metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat u l-introduzzjoni, fil-linji gwida l-ġodda dwar l-Għajnuna mill-Istat, tal-possibbiltà li jkunu meħtieġa evalwazzjonijiet. Nota: din ir-rakkomandazzjoni ġiet oriġinarjament irrifjutata mill-Kummissjoni.

Page 41: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

39Annessi

Ann

ess

X Kriterji ġenerali għal sistema effettiva ta’ segwitu

Mistoqsijiet Rekwiżiti

RAD

Komple-tament

issodisfata

Parzjal-ment

issodisfata

Mhux issodisfata

1. Is-sistema hija mfassla biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa?

(a) Ir-rwol tas-sistema fl-arkitettura tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni jiġi ddefinit, iddokumentat u approvat. X

(b) Il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni jiġu identifikati, analizzati u ddokumen-tati b’mod sistematiku. X

(c) L-arkitettura u t-tfassil tas-sistema jiġu ddokumentati u jirriflettu l-ħtiġijiet identifikati. X

2. Is-sistema hija mfassla biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni finanzjarja?

(a) Id-dokumentazzjoni teknika tas-sistema tinkludi deskrizzjoni tal-kontenut ta’ kull entrata tad-data. X

(b) Id-dokumentazzjoni teknika tas-sistema tinkludi deskrizzjoni ta’ kif is-sistema tittratta kull operazzjoni individwali. X

(c) Is-sistema tiggarantixxi l-eżistenza ta’ rendikont komplet tal-entrati għal kull operazzjoni. X

3. Is-sistema hija mfassla biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità, disponibbiltà u integrità tal-informazzjoni?

(a) Il-miżuri tekniċi u organizzazzjonali għall-iżgurar tal-kunfidenzjalità jiġu ddefiniti u ddokumentati, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-ispiża tal-implimentazzjoni u r-riskji tagħhom irrappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-data fis-sistema. X

(b) Il-proċeduri għall-allokazzjoni, iż-żamma u t-tneħħija tad-drittijiet ta’ aċċess jiġu approvati u ddokumentati. X

(c) L-objettivi jiġu ssettjati, approvati u ddokumentati għal-livell ta’ disponibbiltà tas-sistema. X

(d) Id-disponibbiltà tiġi mmonitorjata u jsir rappurtar dwarha, u jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jintlaħqu l-objettivi. X

(e) Pjan għal kopja żejda tad-data jiġi approvat u ddokumentat; huwa jiġi regolarment implimentat u ttestjat. X

(f) Pjan ta’ rkupru minn diżastru jiġi approvat u ddokumentat. X

(g) Fejn xieraq, is-sistema tinfurza r-regoli dwar in-negozju (kon-trolli awtomatiċi tal-input) biex tittejjeb il-kwalità tad-data tat-tranżazzjonijiet. Huma jiġu kkumplementati minn kontrolli “manwali” adegwati. X

(h) Jinħolqu kategoriji rilevanti tad-data u jiġu pprovduti linji gwida għall-iffaċilitar u l-iżgurar ta’ input, irkupru, analiżi statistika u rap-purtar konsistenti tad-data mill-utenti. X

(i) Il-kwalità tad-data tiġi mmonitorjata fil-livell tas-sistema u jittieħdu azzjonijiet xierqa għall-korrezzjoni tad-dgħufijiet identifikati b’mod ikkontrollat.

M/A1

(j) Ir-rapporti u l-indikaturi ta’ ġestjoni li jserrħu fuq id-data f’din is-sistema huma suġġetti għal kontroll adegwat tal-kwalità. X

1 Fuq il-bażi ta’ informazzjoni disponibbli, aħna ma stajniex niċċekkjaw dawn il-kriterji.

Page 42: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

40Annessi

Ann

ess

X

Mistoqsijiet Rekwiżiti

RAD

Komple-tament

issodisfata

Parzjal-ment

issodisfata

Mhux issodisfata

4. Is-sistema hija mfassla biex tkun faċli għall-utent?

(a) Dokumentazzjoni kompleta u aġġornata għall-utent jew fajls ta’ għajnuna kompleti u aġġornati huma disponibbli. X

(b) Is-sodisfazzjon tal-utent jiġi mmonitorjat fuq bażi regolari u jittieħed inkunsiderazzjoni l-feedback tal-utent. X

(c) Għodod effettivi għat-tiftix u r-rappurtar tad-data huma faċilment disponibbli għall-utenti biex jirkupraw l-informazzjoni. X

5. L-informazzjoni pprovduta mis-sistema hija kompleta?

(a) It-tranżazzjonijiet kollha jinqabdu darba u darba biss. X

(b) Jimtlew l-entrati rilevanti kollha tad-data. X

6. L-informazzjoni pprovduta mis-sistema hija konsistenti?

L-istess data ma tirċevix valuri differenti f’partijiet oħra tas-sistema ta’ informazzjoni tal-IT (konsistenza interna tal-IT). X

7. L-informazzjoni pprovduta mis-sistema hija korretta?

L-informazzjoni rreġistrata fis-sistema tirrifletti s-sitwazzjoni reali (fajl tal-karti jew osservazzjoni diretta fuq il-post). X

8. L-informazzjoni pprovduta mis-sistema hija aġġornata? L-informazzjoni tinqabad mis-sistema fi żmien debitu. X

Page 43: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

41Risposta tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

IVl-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-Rapporti Speċjali tagħha u aċċettati mill-Kummissjoni jkunu implimentati u segwiti b’mod sistematiku.

Il-Kummissjoni tenfasizza li 3 % tar-rakkomandazzjonijiet li kienu vvalutati bħala “mhux implimentati” jikkonċernaw biss waħda mir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali 15/2011, li ġiet miċħuda mill-Kummissjoni.

VIl-proċeduri fl-applikazzjoni tar-RAD (Rakkomandazzjoni, Azzjoni, Kwittanza) huma fis-seħħ, dokumentati u dis-ponibbli. Id-dejta hija miġbura taħt ir-responsabbiltà rilevanti tad-Direttorati Ġenerali (DĠ) u tas-servizzi li jsegwu regoli ċari għal konsultazzjonijiet bejn is-servizzi rilevanti, il-flussi tax-xogħol għall-validazzjoni u l-approvazzjoni fuq livell ġerarkiku xieraq. Id-Direttorati Ġenerali u s-servizzi għandhom il-possibilità li jtellgħu id-dokumenti ta’ prova għat-tweġibiet tagħhom. L-applikazzjoni tar-RAD tipprovdi wkoll il-possibbiltà li tkun indikata s-sitwazzjoni attwali dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni. L-istatus tar-rakkomandazzjoni addizzjonali “parzjalment imple-mentata” twettaq u qed jiffunzjona. Madankollu, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jikkonkludu b’mod differenti fuq l-implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjonijiet.

Il-Kummissjoni tirraporta dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti indirizzati lill-Kummissjoni fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Direttorati Ġenerali u tas-Servizzi u fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza tas-sena finanzjarja rilevanti.

VIIl-Kummissjoni tqis li l-arranġamenti tagħha ta’ kontroll huma f’konformità mal-kontroll internazzjonali u l-aħjar prattiki.

Madankollu, il-Kummissjoni hija impenjata li tindirizza aktar sfidi dwar is-sistema u l-proċeduri ta’ segwitu għall-kwittanza.

Page 44: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 42

Introduzzjoni

03Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-Rapporti Speċjali tagħha u aċċettati mill-Kummissjoni jkunu implimentati u segwiti b’mod sistematiku. L-istatus tar-rakkomandazzjoni addizzjonali “parzjalment implementata” ġie żviluppat u twettaq mill-fornitur tas-sistema fil-Kummissjoni u huwa disponibbli.

L-implimentazzjoni tal-Kummissjoni ta’ 44 rakkomandazzjoni

09Is-sistema u l-proċeduri ta’ segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni jkopru r-Rapporti Speċjali kollha maħruġa mill-Qorti li huma rilevanti għall-Kummissjoni.

11Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-Rapporti Speċjali tagħha u aċċettati mill-Kummissjoni jkunu implimentati u segwiti b’mod sistematiku.

Il-Kummissjoni tenfasizza li 3 % tar-rakkomandazzjonijiet li kienu vvalutati bħala “mhux implimentati” jikkonċernaw biss waħda mir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali 15/2011, li ġiet miċħuda mill-Kummissjoni.

Kaxxa 1 — Regolamentazzjoni u monitoraġġ imtejba (ara l-Annessi II u III)L-influwenza limitata tal-Kummissjoni fuq il-prezzijiet hija l -konsegwenza loġika ta’ approċċ orjentat lejn is-suq u l-bidla fil-Politika Agrikola Komuni (PAK) minn appoġġ għall-prezz lejn appoġġ għall-introjtu kif deċiż mill-Parla-ment Ewropew u mill-Kunsill.

Il-monitoraġġ tal-prezzijiet taz-zokkor huwa biss parti mill-valutazzjoni globali tas-suq taz-zokkor bil-għan li jinkisbu l-objettivi kemm tal-PAKkif ukoll tar-riforma taz-zokkor tal-2006. Dawn l-għanijiet ma jirreferux għall-influwenzar tal-prezzijiet.

Page 45: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 43

Awditu tas-sistemi u l-proċeduri ta’ segwitu tal-Kummissjoni

It-tweġiba Komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 13 sa 14:Il-qafas tal-Kummissjoni għal kontroll intern u l-arranġamenti ta’ kontroll relatati kienu żviluppati speċifikament għall-ambjent tagħha. Dawn huma bbażati fuq prassi internazzjonali tajba u ispirati mill-qafas tal-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet li Jisponsorjaw il-Kummissjoni Treadway (COSO - Committee of Sponsoring Organizations of the Treadway Commission).

Il-qafas tal-Kummissjoni għall-kontroll intern b’mod ċar talloka r-responsabbiltà għall-ġestjoni ta’ segwitu sistema-tiku ta’ kwistjonijiet sinifikanti identifikati permezz tal-attivitajiet ta’ superviżjoni.

15Il-Kummissjoni tenfasizza li l-konsulenti tal-prattika huma gwida rakkomandata skont il-Qafas ta’ Prattiki Profess-jonali Internazzjonali (IPPF - International Professional Practices Framework) maħruġ mill-Istitut tal-Awdituri Interni (IIA).

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 28.

18Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafu 28.

20L-applikazzjoni tar-RAD tfasslet għall-ħtiġijiet u l-għanijeit tal-proċedura ta’ kwittanza. Din tipprovdi informazzjoni affidabbli, relevanti u pertinenti li turi l-istatus tal-azzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-segwitu tal-kwittanza. Hija ġiet kontinwament imtejba abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-Qorti u t-talbiet mis-servizzi tal-Kummissjoni, fost oħrajn. Meta tiddeċiedi dwar żviluppi futuri tar-RAD, il-Kummissjoni se tkompli tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti.

20 (a)Proċeduri fi ħdan l-applikazzjoni tar-RAD, inklużi konnessjonijiet ma’ rapporti speċjali maħruġa mill-Qorti u s-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli mill-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet jinsabu fis-seħħ, doku-mentati u disponibbli. Id-dejta kollha hija miġbura taħt ir-responsabbiltà rilevanti tad-Direttorati Ġenerali u tas-servizzi li jsegwu regoli ċari għal konsultazzjonijiet bejn is-servizzi rilevanti, il-flussi tax-xogħol għall-validazzjoni u l-approvazzjoni fuq livell ġerarkiku xieraq. Id-Direttorati Ġenerali u s-servizzi għandhom il-possibilità li jtellgħu id-dokumenti ta’ prova għat-tweġibiet tagħhom.

20 (b)Skont il-qafas ta’ kontroll intern u l-arranġamenti ta’ kontroll relatati, u għall-każijiet speċifiċi f’ġestjoni kondiviża fejn għandha rwol superviżorju, il-Kummissjoni se tirrieżamina b’mod adegwat kwistjonijiet sinifikanti mal-Istati Membri. Il-Grupp ta’ Ħidma konġunt bejn il-Qorti u l-Kummissjoni bħala objettiv għandu jesplora modi biex jim-monitorja, jimplimenta u jirrapporta aħjar dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti.

Page 46: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 44

20 (c)Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jikkonkludu b’mod differenti fuq l-implimentazzjoni effettiva tar-rak-komandazzjonijiet aċċettati tar-RS. L-applikazzjoni tar-RAD tipprovdi wkoll il-possibbiltà li tkun indikata s-sitwazz-joni attwali dwar l-azzjoni meħuda mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż dik vis-à-vis id-data mistennija għat-tlestija.

20 (d)Il-Kummissjoni tirraporta dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti indirizzati lill-Kummissjoni fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-Direttorati Ġenerali u tas-Servizzi u fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza tas-sena finanzjarja rilevanti.

Il-Kummissjoni, madankollu, tirrikonoxxi li jista’ jinkiseb titjib ulterjuri fir-rapportar.

21Permezz tan-nota tas-16 ta’ Ottubru 2014 dwar ir-rilaxx tal-verżjoni 6.4 tal-applikazzjoni RAD, id-DĠs u s-servizzi kienu pprovduti b’istruzzjonijiet ċari dwar funzjonalità ġdida ta’ “rakkomandazzjonijiet parzjalment implimentati”. Sensibilizzazzjoni u taħriġ dwar l-istatus il-ġdid għar-rakkomandazzjonijiet “parzjalment implementati” kienu żgurati fil-livell tad-Direttorati Ġenerali u tas-servizzi kollha.

Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li din il-funzjonalità tintuża mid-Direttorati Ġenerali u miss-servizzi, jekk u fejn ikun applikabbli.

22Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet RS tal-Qorti aċċettati jkunu implimentati u segwiti b’mod sistematiku.

Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jikkonkludu b’mod differenti fuq it-twettiq effettiv tar-rakkoman-dazzjonijiet. Il-Kummissjoni tagħraf li aktar titjib fil-proċess ta’ segwitu jista’ jinkiseb għal rakkomandazzjonijiet li għalihom iż-żewġ istituzzjonijiet jikkondividu l-istess konklużjonijiet dwar l-istat ta’ implimentazzjoni.

23Kif intqal fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 26 tar-rapport ta’ segwitu fl-2013 (RS 19/2013), l-armonizzazz-joni tal-kategoriji għall-valutazzjoni ta’ azzjonijiet li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u li huma użati mill-Kummissjoni u mill-Qorti tista’ tkun waħda mis-suġġetti għal diskussjonijiet futuri bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

Page 47: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 45

L-aħjar prattiki rigward sistemi u proċeduri oħra

25L-applikazzjoni tar-RAD kienet żviluppata biex tkun ġestita l-kordinazzjoni bejn is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni fil-proċedura ta’ kwittanza, it-tweġibiet rilevanti tal-Kummissjoni matul is-snin u l-organizzazzjoni relatata ta’ koperazzjoni bejn is-servizzi fil-Kummissjoni. Għalkemm jista’ jsir aktar titjib u żviluppi fl-IT, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-applikazzjoni tar-RAD hija għodda adegwata biex tappoġġja rekwiżiti ta’ obbligu ta’ rendikont u ta’ governanza b’rabta mal-proċedura ta’ kwittanza.

Konklużjoni u rakkomandazzjoni

26Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-Rapporti Speċjali tagħha u aċċettati mill-Kummissjoni jkunu implimentati u segwiti b’mod sistematiku.

Is-sistema u l-proċeduri ta’ segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni jkopru r-Rapporti Speċjali (RS) kollha maħruġa mill-Qorti li huma rilevanti għall-Kummissjoni.

27Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 20(a), 20(b) u 20(c).

28Il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni tar-RAD tipprovdi ħarsa globali tar-rakkomandazzjonijiet u tat-talbiet kolha indirizzati lill-Kummissjoni rigward il-proċedura ta’ kwittanza.

Kif intqal fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 26 tar-Rapport Speċjai ta’ Segwitu fl-2013 (RS 19/2013), l-armonizzazzjoni tal-kategoriji għall-valutazzjoni ta’ azzjonijiet li jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u li huma użati mill-Kummissjoni u mill-Qorti tista’ tkun waħda mis-suġġetti għal diskussjonijiet futuri bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

Fir-rigward tas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, il-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni li din hija responsab-biltà maniġerjali u jekk allokata lill-IAS hija tikkomprometti l-indipendenza tal-IAS.

Page 48: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 46

29Il-Kummissjoni tqis li l-arranġamenti tagħha ta’ kontroll huma f’konformità mal-kontroll internazzjonali u l-aħjar prattiki. Madankollu, il-Kummissjoni hija impenjata li tindirizza aktar sfidi dwar is-sistema u l-proċeduri ta’ segwitu għall-kwittanza.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 28.

29 (a)Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-possibbiltà li ttejjeb l-informazzjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet meħuda.

29 (b)Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni għall-każijiet speċifiċi b’ġestjoni kondiviża fejn għandha rwol ta’ superviżjoni. Il-Kummissjoni se tirrieżamina b’mod adegwat kwistjonijiet sinjifikanti mal-Istati Membri. Il-Grupp ta’ Ħidma konġunt bejn il-Qorti u l-Kummissjoni bħala objettiv għandu jesplora modi biex jimmonitorja, jimplimenta u jirrapporta aħjar dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti.

29 (c)Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni hija impenjata li tkompli ttejjeb ir-rappurtar tal-azzjonijiet fir-Rapporti ta’ Attività Annwali.

29 (d)Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se twettaq segwitu mad-DĠs u s-servizzi kollha kkonċernati.

Page 49: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 47

Annessi

Anness IIAgrikoltura: strumenti ta’ ġestjoni applikati għas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (2)Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

Il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet (ġodda) tal-produtturi jeħtieġ iż-żmien u dinamika qawwija mill-bdiewa nfushom pereżempju biex jinħolqu organizzazzjonijiet tal-produtturi u bħala pass sussegwenti li jinbdew negozjati kollet-tivi. L-iżviluppi u l-prospetti tas-suq favorevoli fl-2012 u l- 2013 setgħu ma stimulawx lill-bdiewa biex jingħaqdu f’organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Minbarra bosta diskussjonijiet mal-Istati Membri fil-livell tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-“Pakkett dwar il-Ħalib” fil-livell tal-Istati Membri (mill-awtoritajiet u l-partijiet interessati), il-Kummissjoni pprom-woviet b’mod attiv il-miżuri fost il-partijiet interessati, b’mod partikolari l-bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, f’bosta okkażjonijiet formali u informali (pereżempju preżentazzjonijiet magħmula minn rappreżentanti tal-Kum-missjoni waqt laqgħat u avvenimenti).

Il-“Pakkett dwar il-Ħalib” ġie diskuss mal-partijiet interessati fuq bażi regolari fil-Gruppi Konsultattivi dwar il-Ħalib, fejn l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa (COPA-COGECA, il-Koordinazzjoni Ewropea Via Campesina, il-Bord Ewropew tal-Ħalib) għandhom għadd importanti ta’ presidenzi. Il-Pakket dwar il-Ħalib kien diskuss ukoll waqt laqgħat konġunti tal-Kumitat ta’ Ġestjoni u l-Grupp Konsultattiv dwar il-Ħalib li saru fl-2011 u fl-2012. Il-Kummissjoni ħadet sehem ukoll f’żewġ seminars (fl-2012 u fl-2014 organizzati minn Copa-Cogeca dwar l-implimentazzjoni tal-Pakkett dwar il-Ħalib biex iħeġġu lill-(organizzazzjonijiet tal-)bdiewa biex jieħdu vantaġġ mill-pakkett dwar il-ħalib (organiz-zazzjonijiet tal-produtturi, eċċ.). Barra minn hekk, waqt il-konferenza “IS-SETTUR TAL-PRODOTTI TAL-ĦALIB TAL-UE: ŻVILUPP LIL HINN MILL-2015” li saret fl-2013 u li kient tirrappreżenta l-partijiet interessati kollha, il-Pakkett dwar il-Ħalib kien fost is-suġġetti diskussi.

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (3)Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ

F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà l-leġiżlaturi qiesu li l-identifikazzjoni ta’ tipi ta’ setturi tal-biedja jew dawk agrikoli biex jiġu appoġġjati minn pagamenti diretti minħabba ċerti diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom hija r-responsabbiltà esklussiva tal-Istati Membri. Dawn kienu maħsuba li jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jiġu identifikati reġjuni jew setturi b’diffikultajiet fuq it-territorju tagħhom u li jiġu mwaqqfa l-prijoritajiet fost ir-rekwiżiti varji għal appoġġ immirat, filwaqt li jitqies ukoll is-settur tal-ispeċjalizzazzjoni tar-reġjuni.

Il-leġiżlaturi pprovdew li f’kull programm ta’ żvilupp rurali, l-Istati Membri għandhom jinkludu analiżi SWOT tas-sitwazzjoni u identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika koperta mill-programm. Għandha tkun inkluża deskrizzjoni tal-istrateġija li turi li l-ħtiġijiet speċifiċi marbutin mal-kundizzjonijiet speċifiċi fil-livell reġjonali jew subreġjonali jiġu kkunsidrati u indirizzati b’mod konkret permezz ta’ kombinazzjonijiet ta’ miżuri jew subprogramm tematiku mfassal tajjeb. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jindikaw dgħufijiet u theddidiet jekk ikun meħtieġ għas-settur tal-ħalib u li jipprovdu miżuri lill-bdiewa biex jgħinuhom jissodisfaw il-ħtiġijiet.

Fir-rigward tal-kundizzjonalità u l-ekoloġizzazzjoni l-ġdida ta’ pagamenti diretti, hemm bżonn li lill-Istati Membri jitħallilhom ċertu marġni ta’ manuvra li jippermettilhom li jikkunsidraw il-ħtiġijiet u l-limitazzjonijiet lokali kif ukoll kwistjonijiet ambjentali speċifiċi. Dan il-prinċipju għalhekk kien u jibqa’ jiġi segwit fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Page 50: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 48

Anness IIIAgrikoltura: riforma tas-suq taz-zokkor

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (3)Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ

Wieħed mill-objettivi tar-riforma taz-zokkor tal-2006 kien li jkunu mħarsa l-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali u li jkunu riflessi arranġamenti internazzjonali, bħal aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwota għall-pajjiżi l-inqas żviluppati adottati fl-insegwiment tal-ħtiġijiet tal-kummerċ internazzjonali u l-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-Qorti li l-UE issa hija importatur nett u tiddependi fuq l-importazz-joni taz-zokkor ma tistax tkun ikkunsidrata li tmur kontra l-objettiv tat-Trattat li jiżgura d-disponibilità tal-provvista.

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (4)Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ

Il-Kummissjoni nediet inkjesta dwar l-antitrust u l-Istati Membri għamlu l-inkjesti neċessarji fuq il-kompetizzjoni fis-settur taz-zokkor. Barra minn hekk, abbażi tas-sempliċi fatt li l-prezzijiet taz-zokkor tal-UE fl-2015 huma fl-iktar livell baxx minn mindu saret ir-riforma, jista’ raġonevolment jiġi preżunt li l-objettiv tat-Trattat ta’ provvista taz-zokkor bi prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi huwa ssodisfat.

Tweġiba komuni għar-rakkomandazzjonijiet (5) u (6)F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjoni-jiet hija f’idejn l-Istati Membri.

Anness IVAgrikoltura: miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni ultraperiferiċi u tal-gżejjer tal-Eġew

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (1)Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ

L-indikaturi komuni (kif definiti fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) No180/2014) kellhom jiġu miġbura mill-preżentazzjoni tar-rapporti annwali tal-2013 biex ikunu ppreżentat fl-2014. L-2013 kienet sena ta’ tranżizzjoni. Jekk xi indikaturi kienu neqsin f’dawn ir-rapporti tal-2013 (70 % ta’ indikaturi), l-indikaturi kollha huma mogħtija fir-rapporti tal-2014 (riċevuti fl-2015), għalkemm xorta għandu jkun hemm xi titjib f’rapporti futuri.

Il-laqgħat bilaterali jsiru fuq bażi regolari, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ modifiki fil-programm. Huwa waqt dawn il-laqgħat li s-servizzi tal-Kummissjoni jfakkru wħud mill-aħjar prassi li għandhom ikunu segwiti mill-Istati Membri, bħalma hi l-informazzjoni li għandha tingħata lill-benefiċjarji kif ukoll l-importanza li tingħata lill-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri l-ġodda.

Barra minn hekk, formoli standard għar-rappurtar tal-istatistika ta’ kontroll POSEI/SAI li kellhom jintużaw mill-2014 ġew ippreżentati lill-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Pagamenti Diretti CDP fid-9 ta’ Lulju 2014 u sar skambju ta’ informazz-joni mal-Istati Membri biex ikunu adottati linji gwida dwar il-ġbir ta’ din id-dejta. Din id-dejta issa hija inkluża fir-rapport annwali.

Page 51: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 49

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (4)Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-prijoritajiet tal-awditjar huma stabbiliti skont analiżi ċentrali tar-riskju f’konformità mar-riżorsi disponibbli tal-awditjar. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-intensità tal-awditjar għall-miżuri tal-POSEI, żdiedet matul l-aħħar sentejn fejn l-Istati Membri u l-miżuri (materjalità) kollha rilevanti kienu awditjati.

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (5)Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ

L-indikaturi komuni (kif definiti fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) No180/2014) kellhom jiġu miġbura mill-preżentazzjoni tar-rapporti annwali tal-2013 biex ikunu ppreżentati fl-2014. L-2013 kienet sena ta’ tranżizzjoni. Jekk xi indikaturi kienu neqsin f’dawn ir-rapporti tal-2013 (70% tal-’ indikaturi), l-indikaturi kollha huma mogħtija fir-rap-porti tal-2014 (riċevuti fl-2015), għalkemm xorta għandu jkun hemm xi titjib fir-rapporti segwenti.

Il-Kummissjoni tanalizza din id-dejta fuq bażi annwali u, jekk ikun meħtieġ, titlob aktar informazzjoni mingħand l-Istati Membri biex itejbu xi dejta minn tagħhom.

Fi żmien sentejn, il-preżentazzjoni ta’ indikaturi komuni mill-Istati Membri tjiebet b’mod konsiderevoli u ssir b’mod komprensiv.

Anness VKoeżjoni: infiq tal-Fond Soċjali Ewropew fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (1)Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ

Il-prijoritajiet ta’ investiment fir-Regolament tal-FSE għall-perjodu 2014-2020 jiddefinixxu, fejn rilevanti, il-gruppi fil-mira kkonċernati. Prijorità ta’ investiment rilevanti tirreferi għal “tixjiħ attiv u b’saħħtu”. Meta l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jagħżlu din il-prijorità ta’ investiment, biex jiddefinixxu l-objettiv speċifiku, wara pereżempju rakkoman-dazzjoni speċifika għall-pajjiż, huma għandhom jiddefinixxu l-miri għall-outputs u għar-riżultati f’dan il-livell. Barra minn hekk, ir-rappurtar annwali (Ir-Rapport Annwali ta’ Implimentazzjoni) se jinkludi indikaturi komuni, li huma relatati fost affarijiet oħra mal-istatus tal-grupp ta’ età u tas-suq tax-xogħol (jiġifieri l-indikatur fit-tul komuni tal-FSE: “Parteċipanti li għandhom iktar minn 54 sena li għandhom impjieg, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom, sitt xhur wara li jitilqu “ [l-operazzjoni]) Il-Kummissjoni tqis li hija għandha biżżejjed informazzjoni biex tkejjel l-effikaċja tal-azzjonijiet fuq ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien, bl-istess mod li tuża għaż-żgħażagħ qiegħda.

Il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża - skont liema l-Istati Membri jimplimentaw il-PO - ma jippermettix għal monitoraġġ xieraq ta’ miri tar-riżultati fil-livell tal-proġett. Madankollu, ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (CPR - ir-Regolament 1303/2013) li jippermetti l-użu ta’ Għażliet Issimplifikati tal-kost (SCOs - Simplified cost options) - se jgħin lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u lill-benefiċjarji sabiex jiffukaw fuq ir-riżultati fil-livell tal-proġett.

Mill-2011 ‘l hawn, il-Kummissjoni organizzat avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ bini tal-kapaċità mal-Istati Mem-bri dwar it-twettiq ta’ evalwazzjonijiet kontrofattwali tal-impatt. Sabiex tipprovdi appoġġ metodoloġiku għall-Istati Membri, fl-2013 twaqqaf Ċentru għar-Riċerka dwar l-Evalwazzjoni tal-Impatt fiċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka f’Ispra.

Page 52: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 50

Kien hemm diskussjonijiet rikorrenti dwar dan is-suġġett mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni fil-qafas tas-Sħubija ta’ Eval-wazzjoni tal-FSE.

Il-Kummissjoni ffinanzjat tmien evalwazzjonijiet pilota kontrofattwali tal-impatt fuq interventi tal-FSE fi Spanja, l-Italja (żewġ progetti), l-Estonja, il-Portugall (żewġ progetti), il-Litwanja u s-Slovakkja. Ir-riżultati ġew mxerrda f’diversi fora u f’Konferenza fi Brussell.

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (2)Il-Kummissjoni tikkunsidra din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ

Id-dejta dwar l-indikaturi kollha - kemm dawk komuni u bl-istess mod dawk speċifiċi għall-programm - huma ppreżentati bħala dejta strutturata stabbilita lill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi bħala parti mir-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni (RAI), ir-rapport tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għall-2015 u r-rapport finali. Din id-dejta tippermetti lill-Kummissjoni biex timmonitorja kull sena l-progress lejn il-valuri mmirati skont il-grupp immirat, u l-proporzjon tal-kisba jista’ jiġi kkalkolat fil-livell ta’ prijoritajiet ta’ investiment (kostijiet/output/riżultati).

L-impatt fuq l-impjiegi se jitkejjel permezz tal-indikaturi komuni relatati tar-riżultati fuq żmien itwal. Il-kejl tal-effetti netti fuq l-impjiegi jista’ jitkejjel b’evalwazzjonijiet kontrofattwali tal-impatt.

L-Awtoritajiet Maniġerjali għandhom iwettqu evalwazzjoni tal-impatt, għalkemm mhux neċessarjament evalwazz-jonijiet kontrofattwali. Madankollu, il-Kummissjoni qed tippromwovi l-użu ta’ evalwazzjonijiet kontrofattwali tal-impatt billi torganizza avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ bini tal-kapaċità u bit-twaqqif taċ-Ċentru għar-Riċerka dwar l-Evalwazzjoni tal-Impatt. Fl-Istati Membri twettqu serje ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ u ta’ sessjonijiet ta’ ħidma reġjonali. L-appoġġ tal-Kummissjoni se jkompli permezz tal-iffaċilitar u t-tmexxija ta’ komunità ta’ prattika dwar l-evalwazzjoni kontrofattwali tal-impatt.

Anness VIAzzjonijiet esterni: kontribuzzjonijiet imwassla permezz ta’ organizzazzjonijiet tan-NU

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (3)It-tweġiba għat-tieni inċiż:

Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni ta’ tali sistema ta’ informazzjoni dwar punti ta’ riferiment f’pajjiżi milquta minn kunflitti mhux fattibbli. Ir-raġunijiet għandhom jiġu kkunsidrati kemm fil-livell ta’ diffikultà biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-dejta (li għandha tkun kompluta, affidabbli u aġġornata kontinwament) u wkoll minħabba l-kost relattivament għoli tagħha u l-kosteffettività negattiva relatata. Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li dan it-tieni punt tar-rakkomandazzjoni huwa implimentat.

Anness VIIIAzzjonijiet esterni: CRIS

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (1)Ir-rwol maħsub tal-CRIS bħala sistema ta’ informazzjoni, b’mod notevoli fir-rigward tas-sistema kontabilistika ABAC tal-Kummissjoni, ġiet iċċarata fil-kuntest tal-Istrateġija l-ġdida għas-Sistemi ta’ Informazzjoni tal-Kummissjoni.

Fit-12/06/2014, strateġija ġdida li tiddikjara dan li ġej kienet endorsjata mill-Kummissjoni:

- Il-funzjonalitajiet finanzjarji tal-CRIS għandhom jiġu sostitwiti mill-ABAC sakemm ikun possibbli wara l-istrateġija ta’ razzjonalizzazzjoni tal-Kummissjoni. L-attivitajiet ta’ manutenzjoni evoluttiva għandhom jiġu ffriżati għall-moduli li għandhom ikunu trasferiti għall-ABAC, ħlief għall-manutenzjoni evoluttiva li tikkontrib-wixxi lejn it-titjib tal-kwalità tad-dejta, tar-rappurtar, tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet relatati mas-simplifika-zzjoni u lejn it-tnaqqis tal-kostijiet ta’ manutenzjoni.

Page 53: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Risposta tal-Kummissjoni 51

- Il-funzjonalitajiet CRIS li ma jistgħux jiġu ġestiti fl-ABAC se jkunu inklużi f’sistema operazzjonali futura, abbażi ta’ teknoloġija moderna li twieġeb għall-ħtiġijiet operazzjonali, inklużi rekwiżiti relatati ta’ trasparenza (imsejħa OPSYS).

Din l-istrateġija hija implimentata skont il-pjan direzzjonali li ġej:

- Il-ġestjoni ta’ garanziji hija esklussivament mwettqa fl-ABAC mill-01/01/2014.

- Tbassir Finanzjarju: għodda ġdida (BPC) ilha implimentata minn Diċembru 2014 u ħadet post il-modulu preċedenti ta’ tbassir CRIS.

- Il-moduli finanzjarji tal- CRIS (Fatturi, Pagamenti, Ordnijiet ta’ Rkupru, Tbassir tad-Dħul) se jitneħħew gradwal-ment f’April 2016. Il-moduli finanzjarji tal-ABAC se jintużaw minn dik id-data. Bħalissa qed issir analiżi tal-lakuni fil-moduli operazzjonali Kuntratti u Deċiżjonijiet, bil-għan tal-integrazzjoni f’sistemi koperattivi (SYGMA, l-akkwist elettroniku).

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (2)Ir-razzjonalizzazzjoni tal-kodiċijiet tad-dejta CRIS hija attività kontinwa.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tirrieżamina l-ġestjoni ta’ dejta ġeografika reġjonali. Bħalissa qed ikun rieżaminat proċess bi tliet stadji sabiex jippermetti biss il-kodifikazzjoni ta’ żoni ġeografiċi fil-livell ta’ pajjiż (mhux iżjed fil-livell tar-reġjuni), li jnaqqas awtomatikament iż-żona riċeventi tad-DAC miż-żona benefiċjarja u biex jiżgura konsistenza fil-kodifikazzjoni tad-dejta dwar il-post tal-azzjoni.

Il-Kummissjoni qed tirrieżamina wkoll il-lista ta’ oqsma u se torbot din il-lista ridotta mal-linji baġitarji li bħalissa huma użati minn servizzi differenti tal-Kummissjoni fil-CRIS.

Barra minn hekk, ir-razzjonalizzazzjoni tal-CRIS f’April 2016 twassal għal razzjonalizzazzjoni de facto tal-kodiċijiet (billi tuża l-kodiċijiet tal-ABAC).

It-tweġibiet tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti (4)Il-Kummissjoni tqis li l-istatus tal-implimentazzjoni ċċaqlaq lejn “implimentat bis-sħiħ”.

Il-Kummissjoni ffirmat kuntratt speċifiku (nru ta’ referenza 84) fil-21 ta’ Ottubru 2014. Din il-valutazzjoni enfasizzat il-ħjut tas-sigurtà, il-vulnerabbiltajiet u tal-Kummissjoni u ddefiniet azzjonijiet ta’ mitigazzjoni. Rapport speċjali iffu-kat fuq is-sigurtà tad-dejta personali u finanzjarja ingħata fit-18 ta’ Diċembru 2014. Ir-rapport sħiħ tal-valutazzjoni tas-sigurtà ingħata fit-30 ta’ Settembru 2015.

Page 54: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
Page 55: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

Pubblikazzjonijiet bla ħlas:

• kopja waħda: permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu);

• iżjed minn kopja waħda jew posters/mapep: mir-rappreżentanzi tal-Unjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/represent_mt.htm), mid-delegazzjonijiet f'pajjiżi li mhumiex �-UE (http://eeas.europa.eu/delegations/index_mt.htm), billi tikkuntatja s-servizz Europe Direct (http://europa.eu/europedirect/index_mt.htm) jew ċempel 00 800 6 7 8 9 10 11 (numru tat-telefown bla ħlas minn kullimkien �-UE) (*).(*) L-informazzjoni mogħtija hija b’xejn, kif ukoll it-telefonati ġeneralment huma b’xejn (għalkemm xi operaturi, kabini

tat-telefown jew lukandi jistgħu jitolbu ħlas).

Pubblikazzjonijiet bi ħlas:

• permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu).

KIF GĦANDEK TAGĦMEL BIEX TIKSEBIL-PUBBLIKAZZJONIJIET TAL-UE

Page 56: Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti ......Rapport 2014 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (skont l-Artikolu 287(4), it-tieni

ILQORTIEWROPEA TALAWDITURI

Is‑segwitu tar‑Rapporti Speċjali tal‑Qorti huwa element meħtieġ fiċ‑ċiklu tal‑obbligu ta’ rendikont u għin biex titħeġġeġ l‑implimentazzjoni effettiva, mill‑Kummissjoni u l‑Istati Membri, tar‑rakkomandazzjonijiet tagħna. Ir‑rapport attwali jippreżenta r‑riżultati tar‑raba’ analiżi mill‑Qorti tas‑segwitu mill‑Kummissjoni ta’ kampjun ta’ 44 rakkomandazzjoni minn 8 Rapporti Speċjali matul il‑perjodu 2009‑2012. L‑analiżi tagħna wriet li l‑Kummissjoni implimentat, 89 % tar‑rakkomandazzjonijiet tagħna bis‑sħiħ jew fil‑biċċa l‑kbira mill‑aspetti, 8 % f’xi aspetti, filwaqt li 3 % ma ġewx implimentati.Aħna nirrakkomandaw ukoll li l‑Kummissjoni għandha twettaq xi titjib fil‑prattiki tagħha ta’ segwitu.