l-orizzont rapport speĊjali san gorg preca (1880-1962)

1
l-orizzont RAPPORT SAN GORG PRECA (1880-1962) 140 sena minn twelidu Q assis twil, irqiq, xip- li, u marradi imma u ba- J Qatt ma studja biex isir imma San Preca, "Dun kien konvint mill-missjoni li ma' Malta kollha u waqqaf il- M.U .S.E. U.M, Katto- lika ffurmata minn biex u li llum tinsab ukoll f'sitt Bin spettur sanitarju u Preca, twieled nhar it-12 ta' Frar 1880, is-seba' wild fost disat fil-kapitali Valletta. t-edu- kazzjoni fl-iskola Pri- marja fejn kien mar meta kellu madwar tmien snin. Ta' tnax-il sena ta imma m' mat- tieni darba, f'Settembru 1892, meta kienu biss 51 minn 131 kandidat. Kuljum kien jimxiha l-Be lt , u lura, jekk ma jiddubbax rikba ma' xi karrettun Kien tajj- eb fil-lingwi, u studja l-Latin, it-Taljan, u Kellu kalligrafija u kien ppremjat Kien l- meta tar-rikreazzjoni Preca kien ix-Xatt tal-Belt, jitla' fuq l-iskejjen barranin li kien ikun hemm, u lat Griegi, Taljani u li xi ftit u s-simpatija kienu jallegraw lil dawn l- li kienu jkunu ilhom ma jaraw art. minnhom kienu jiggustawh u jibqgtlu impressjonati b' li tant kien ifittex ta' ab- bati kien ilaqqa' lit-tfal wara l-barka u id-duttrina id-direzzjoni tas-sagristan. bil- li il-Latin, sab ma' numru ta' li kienu fit-triq j u. Ta' sittax-il sena hu wkoll is-Seminarju jistudja l-filosofija u Xi sena wara, iltaqa' ma' tal- Dun Ercole Mompa- lao, il-Mall tal-Furjana, li fost affarijiet· qallu, "Preca, int tikber u nies li jirrispettaw 'l Alla f'familjarità u inti Int issib xor- tik permezz u huma isibu xortihom permezz U hekk kellu jkun. Il· tal-futbol" tal-1906, Pre- ca ma' grupp ta' li kiem1 quddi- em il-Knisja ta' San Gejtanu. kien fil-ballun u kienu lil xulxin tal-futbol". Beda billi talabhom sigarett u hu, li kien minn familja "tal-puliti", fuq u qabad ikellim- hom fuq xi infan- tili ma kinux imdorrijin bil-prietki, wara ftit il- kolt bdew jistennewh qa u bil-mod bdew u l-pariri tassew na gost?", bdew Hu ma kienx imur idu f'idu. Ma kienx ikollu biss il-Bibbja f'idu, imma daqqa kien u l-inbid, daqqa u kien jixtrilhom il-bajtar tax-xewk. Tant kienu bih li ma damux ma bdew fuq l-ispallejn! Fosthom dawn ta' ta' kien hemm Ew- Borg, apprentista t- Tarzna, li kien il-leader fost Preca tah attenzjoni u kien biex u jfissir- lu Borg, kellu jsir l-ewwel Superjur li Preca waqqaf inqas minn sena wara. Ftit qabel ma kien ordnat Preca kien imut u t-ta- bib Meli li kien jikkurah kien qata' qalbu minnu. mhux talli ma hekk, talli lil missieru u lit-tabib hom fl-età u meta kien bi tbissima fuq · fommu:" ... u l-Professur Meli miet, u missieri miet, u jien hawn biex lem!" Fit-22 ta' 1906 kien ordnat miil-Is- qof Pietru Pace. iktar minn X!J.har wara t-ordinaz- zjoni kien biss mid- dar biex iqaddes. Kien jibqa' fil-kamra ta' fuq il-be- jt jitlob u jimmedita fuq x'se tkun il-missjoni Il- tal-futbol li ma kinux se jarawh iktar kemm Darba minnhom, Dun fil-knisja ta' San Gejtanu sema' lis-sagristan id-duttrina lit-tfal. Tifel staqsa lis-sagristan: "Lil Alla, min U dak "Alla sar meta kellu Alla kien minn dejjem." Dun ik- li kien hemm isir xi sabiex lin- nies Nisrani kif xieraq. Huwa kien jaf li s-sitwazz- joni ta' Malta kienet ilha li marret bla ebda soda fuq l-Iskrittura Mqaddsa, kienet imwaqqfa fuq ir-ramel iktar milli fuq il-blat - li fi ta' maltemp. "Dun kien ra li l-fidi ta' Malta fil-periklu nieqsa mit- Dun il- polz ta' Malta u sab li qed bil-mod; minn barra kienet tidher mikrobu minn kien qed itemmha." F'Malta tal-bidu tas-sek- lu ma kienet l-ebda struzzjoni kateket- ika organizzata tajjeb biex l-injoranza Kollox kien f'idejn l-isforzi individwali ta' qas. sisin, li fl-1916 l-Isqof Dom Mauro Caruana jibdew l-iskejjel kull xahar. Tletin sena qabel, Dr Keenan tat-Kummissjoni Rja- li fir-Rapport kien bl-istat tal-edukazzjoni f'Malta. Il-Knisja nfisha, kemm kienet tipprovdi miU-aqwa skejjel privati fil- ma li kienet qed edukazzjoni organ- izzata komuni. Dun kien tassew fi kliemu mal-awtoritajiet tal-Knisja, meta qal biss li "t- ma kienx organizzat wisq" fil-fatt ma kien or- :u ta' .Frar 2020 l 7 ROBERT ALOISIO ganizzat xejn. tas-sena 1905, Preca kiteb abbozz ta' regola bil-Latin, Regula Eptange- lorum, biex lill-Pa- pa Piju X .joni. Kellu li fi.l-par- kollha jkun hemm djar b'sebat ordnati djakni, minn tnax -il lajk, li kellu jkun li lit-tfal u lill-kbar. kellu jkun . mod dan il-pjan ma twettaqx ta' Jannar 1907 Dun lill-grupp ta' tu" u nhar it-2 ta' Frar fil-Knisja Ta' Nuzzo, run, Nhar is-7 ta' Marzu dar- ba f'post u fqir _ li kienu krew f'numru 6, Triq Fra Diegu, Hekk twaqqfet is-Societas Doc- trinae Christianae - jetà tad-Duttrina Nisranija - grupp ta' if- furmati jon Kattolika, biex lill-poplu.

Upload: others

Post on 19-Nov-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

l-orizzont RAPPORT SPEĊJALI

• • SAN GORG PRECA (1880-1962) 140 sena minn twelidu

Qassis twil, irqiq, xip­li, u marradi imma "wiċċu sabiħ u ba­

J jagħti fir-roża". Qatt ma studja biex isir għalliem, imma San Ġorġ Preca, magħruf aħjar bħala "Dun Ġorġ", kien konvint mill-missjoni tiegħu li jgħallem. Ġera ma' Malta kollha jgħallem, u waqqaf il­M.U .S.E. U .M, soċjetà Katto­lika ffurmata minn lajċi biex jitgħallmu u jgħallmu, li llum tinsab ukoll f'sitt pajjiżi oħra.

Bin spettur sanitarju u għalliema, Ġorġ Preca, twieled nhar it-12 ta' Frar 1880, is-seba' wild fost disat aħwa, fil-kapitali Valletta. Ħa t-edu­kazzjoni tiegħu fl-iskola Pri­marja tal-Ħamrun, fejn kien mar jgħix meta kellu madwar tmien snin. Ta' tnax-il sena ta l-eżami għal-Liċeo imma m' għaddiex. Għadda mat­tieni darba, f'Settembru 1892, meta kienu għaddew biss 51 minn 131 kandidat. Kuljum kien jimxiha mill-Ħamnm

għal-Liċeo l-Belt, u lura, jekk ma jiddubbax rikba ma' xi karrettun taż-żibel! Kien tajj­eb fil-lingwi, u studja l-Latin, it-Taljan, il-Franċiż u l-Ingliż. Kellu kalligrafija sabiħa u kien ġie ppremjat għaliha.

lż·Żmien tal-liċeo

Kien għadu l-Liċeo meta fil-ħin tar-rikreazzjoni Preca kien jinżel ix-Xatt tal-Belt, jitla' fuq l-iskejjen barranin li kien ikun hemm, u jitħal­lat mal-baħrin Griegi, Ingliżi, Taljani u Franċiżi bil-ħsieb li jgħallimhom xi ftit reliġjon. L-intelliġenza u s-simpatija kienu jallegraw lil dawn l­irġiel li kienu jkunu ilhom ħafna ma jaraw art. Ħafna

minnhom kienu jiggustawh u jibqgtlu impressjonati b' dal-ġuvnott ġentili li tant kien ifittex b'ħerqa l-ġid ta' għajru. Filgħaxija bħala ab­bati l-Ħamrun kien ilaqqa' lit-tfal wara l-barka u joqgħod jgħallimhom id-duttrina taħt id-direzzjoni tas-sagristan.

Fiż-żmien tal-liċeo, bil-

li għażel il-Latin, sab ruħu ma' numru ta' żgħażagħ li kienu fit-triq tas-saċerdoz­

j u. Ta' sittax-il sena hu wkoll daħal is-Seminarju jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Xi sena wara, iltaqa' ma' wieħed mill-għalliema tiegħu tal­liċeo, Dun Ercole Mompa­lao, ħdejn il-Mall tal-Furjana, li fost affarijiet· oħra qallu, "Preca, int għad tikber u nies li jirrispettaw 'l Alla jidħlu f'familjarità miegħek u inti magħhom. Int għad issib xor­tik permezz tagħhom u huma għad isibu xortihom permezz tiegħek". U hekk kellu jkun.

Il· "Ħbieb tal-futbol"

Għall-ħabta tal-1906, Pre­ca indieh~s ma' grupp ta' żgħażagħ Ħamruniżi li kiem1 jiltaqgħu f'għalqa quddi­em il-Knisja ta' San Gejtanu. Ħsiebhom kien fil-ballun u għalhekk kienu jsejħu lil xulxin "il-ħbieb tal-futbol". Beda billi talabhom sigarett u mbagħad hu, li kien ġej minn familja "tal-puliti", poġġa bil-qiegħda ħdejhom

fuq ġebla, u qabad ikellim­hom fuq Ġesu. Għall-bidu ġieli għamlulu xi ċajta infan­tili għax ma kinux imdorrijin bil-prietki, iżda wara ftit il­kolt bdew jistennewh bil-ħei;­qa u bil-mod bdew jaċċettaw it-tagħlim u l-pariri tiegħu.

"Terġa' tiġi, għax tassew ħad­na gost?", bdew jgħidulu. Hu min-naħa tiegħu ma kienx imur idu f'idu. Ma kienx ikollu biss il-Bibbja f'idu, imma daqqa kien joħdilhom il-ħobż, il-ġobon u l-inbid, daqqa ċ-ċikkulata u ġieli kien jixtrilhom il-bajtar tax-xewk. Tant kienu jifirħu bih li ma damux ma bdew jgħolluh fuq l-ispallejn!

Fosthom dawn iż-

żgħażagħ ta' "l-għalqa ta' Luċtu" kien hemm ċertu Ew­ġenju Borg, apprentista t­Tarzna, li kien il-leader fost sħabu. Preca tah attenzjoni speċjali u kien jieħdu għalih waħdu biex jgħallmu u jfissir-

lu l-Vanġelu. Borg, magħruf bħala Ġeġe, kellu jsir l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà li Preca waqqaf inqas minn sena wara.

Ftit qabel ma kien ordnat saċerdot Preca kien qiegħed imut bit-tuberkolożi, u t-ta­bib Meli li kien jikkurah kien qata' qalbu minnu. Iżda mhux talli ma ġarax hekk, talli lil missieru u lit-tabib għaddie­hom fl-età u meta xjaħ kien iħobb jgħid, bi tbissima fuq · fommu:" ... u l-Professur Meli miet, u missieri miet, u jien għadni hawn ħaj biex ngħal­lem!"

Fit-22 ta' Diċembru 1906 kien ordnat saċerdot miil-Is­qof Pietru Pace. Għal iktar minn X!J.har wara t-ordinaz­zjoni kien joħrog biss mid­dar biex iqaddes. Kien jibqa' miġbur fil-kamra ta' fuq il-be­jt jitlob u jimmedita fuq x'se tkun il-missjoni tiegħu. Il­ħbieb tal-futbol ħasbu li ma kinux se jarawh iktar iżda kemm għarralhom!

Is-soċjetà "tal-Mużew"

Darba minnhom, Dun Ġorġ fil-knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun, sema' lis-sagristan jgħallem id-duttrina lit-tfal. Tifel staqsa lis-sagristan: "Lil Alla, min ħalqu?" U dak wieġbu: "Alla sar waħdu", meta kellu jwieġbu" Alla kien minn dejjem." Dun Ġorġ ik­konvinċa ruħu li kien hemm bżonn isir xi ħaġa sabiex lin­nies jingħatalhom tagħlim

Nisrani kif xieraq. Huwa kien jaf li s-sitwazz­

joni reliġjuża ta' Malta kienet ilha li marret il-baħar, reliġ­jożità bla ebda bażi soda fuq l-Iskrittura Mqaddsa, kienet imwaqqfa fuq ir-ramel iktar milli fuq il-blat - reliġjożità

li faċilment setgħet tgħib fi żmien ta' maltemp. "Dun Ġorġ kien ra mill-bogħod

li l-fidi ta' Malta qiegħda

fil-periklu għax nieqsa mit­tagħlim. Dun Ġorġ ħass il­polz ta' Malta u sab li qed iħabbat bil-mod; għalkemm

il-ħajfa reliġjuża minn barra kienet tidher f'saħħitha, iżda mikrobu minn ġewwa kien qed itemmha."

F'Malta tal-bidu tas-sek­lu għoxrin, ma kienet teżisti l-ebda struzzjoni kateket­ika organizzata tajjeb biex tegħleb l-injoranza reliġjuża. Kollox kien tħalla f'idejn l-isforzi individwali ta' qas. sisin, li fl-1916 l-Isqof Dom Mauro Caruana ħeġġiġhom

jibdew iżuru l-iskejjel kull xahar. Tletin sena qabel, Dr Keenan tat-Kummissjoni Rja­li Ingliża, fir-Rapport tiegħu kien stagħġeb bl-istat diżas­truż tal-edukazzjoni reHġjuża f'Malta.

Il-Knisja nfisha, għal­

kemm kienet tipprovdi ħafna miU-aqwa skejjel privati fil­pajjiż, ma nistgħux ngħidu

li kienet qed taħdem għal

edukazzjoni reliġjuża organ­izzata għall-poplu komuni. Dun Ġorġ kien tassew ħanin fi kliemu mal-awtoritajiet tal-Knisja, meta qal biss li "t­tagħlim fil-parroċċi ma kienx organizzat wisq" għax fil-fatt f'ħafna parroċċi ma kien or-

L-Erbgħa :u ta' .Frar 2020 l 7

ROBERT ALOISIO

ganizzat xejn. Għall-ħabta tas-sena 1905,

Preca kiteb abbozz ta' regola bil-Latin, Regula Eptange­lorum, biex jibgħatha lill-Pa­pa Piju X għall-approvazz-

. joni. Kellu l-ħsieb li fi.l-par­roċċi kollha jkun hemm djar b'sebat irġiel ordnati djakni, megħjunin minn tnax -il lajk, li xogħolhom kellu jkun li jgħallmu lit-tfal u lill-kbar. Iżda kellu jkun . mod ieħor. Iżda dan il-pjan ma twettaqx għax għall-ħabta tal-aħħar ta' Jannar 1907 Dun Ġorġ sejjaħ tnill-ġdid lill-grupp taż­

żgħażagħ "tal-għalqa ta' Luċ­tu" u nhar it-2 ta' Frar iltaqgħu fil-Knisja Ta' Nuzzo, il-Ħam­run, għal-lezzjoni tiegħu.

Nhar is-7 ta' Marzu ltaqgħu għall-ewwel dar­ba f'post ċkejken u fqir _ li kienu krew f'numru 6, Triq Fra Diegu, l-Ħamrun. Hekk twaqqfet is-Societas Doc­trinae Christianae - is-Soċ­

jetà tad-Duttrina Nisranija - grupp ta' żgħażagħ lajċi if­furmati fil-prinċipji tar-reliġ­jon Kattolika, mibgħuta biex jgħallmu lill-poplu.