settembru 2019 - wordpress.com...2019/09/09  · il-Ħadd, l-1 ta’ settembru it-22 Ħadd...

69
SETTEMBRU 2019 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 13-Mar-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SETTEMBRU 2019

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 1

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Il-Fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta’ Settembru

Biex il-politiċi, ix-xjenzati u l-ekonomisti jaħdmu flimkien biex iħarsu l-ibħra u l-oċeani għad-dinja.

Dati importanti għax-xahar ta’ SETTEMBRU: 1 ta’ Settembru: Jum it-twelid ta’ Bro. Louis Camilleri, Qaddej t’Alla 2 ta’ Settembru: Brs. Martri tar-Rivoluzzjoni Franċiża, fosthom Br. Solomon 3 ta’ Settembru: San Girgor il-Kbir 8 ta’ Settembru: It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija 14 ta’ Settembru: L-Eżaltazzjoni tas-Salib 15 ta’ Settembru: Id-Duluri tal-Verġni Mqaddsa Marija 21 ta’ Settembru: San Mattew - appostlu u evanġelista 23 ta’ Settembru: San Piju ta’ Pietrelcina 27 ta’ Settembru: Br. Scubilion - Protettur tal-Gżira ta’ Reunion 29 ta’ Settembru: L-Arkanġli Mikiel, Gabrijel u Rafel Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Settembru issa hija aċċessibbli wkoll minn fuq il-website: http://signumfideimalta.wordpress.com.

- SETTEMBRU 2019 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

Page 3: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

2 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Bin Sirak 3: 17-20,28-29 Iċċekken u ssib grazzja quddiem il-Mulej. 2. Salm 67 :4-5aċ,6-7ab.10,11 O Alla, int ħejjejt dar għall-fqajjar. 3. Lhud 12: 18,19,22-24a Intom ersaqtu lejn il-muntanja ta’ Sijon, u

lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj. 4. Luqa 14: 1,7-14 Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken,

jitkabbar. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

San Luqa fil-vanġelu tal-lum jirrakkonta meta Ġesù kien mistieden għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej għall-ikla tas-Sibt, ikla li kien qed jagħmel għall-ħbieb tiegħu. Ġesù nqeda b’din l-okkażjoni biex juri x’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed ikun jista’ “jidħol joqgħod fil-mejda” fl-ikla tas-saltna.

Is-soċjetà tal-Fariżej u sħabhom kienet tifred is-soċjetà f’dawk li kienu tat-tajjeb u dawk li kienu fqar u emarġinati. Għalhekk għal din il-festa, il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja ma kellhomx post, għax skont il-Fariżej, dawn kienu impuri u kkastigati minn Alla, b’hekk mhux ser jistednuhom għaliex setgħu jitniġġsu u jħammġulhom il-mejda.

Ġesù meta sab ruħu f’din il-festa beda biex jagħti lezzjoni fuq l-umiltà li wieħed għandu jkollu meta jkun mistieden; “meta tkun mistieden mur inxteħet fil-post tal-aħħar”. Alla sa mill-bidu għamel l-għażla tiegħu favur l-umli: “il-ħniena ta’ Alla bla qies u liċ-ċkejknin jurihom il-fehmiet moħbija tiegħu” (Bin Sirak 3:19).

It-tieni lezzjoni li Ġesù ried jagħti kienet favur il-foqra. Qal lill-Fariżej li meta wieħed jistieden, ma jistedinx lil dawk li huma sinjuri jew tal-familja jew ħbieb għax aktarx dawn jistgħu jistednuk lura biex ipattulek. B’hekk inti tkun irċevejt lura dak li tajt. Iżda Ġesù kompla biex qal li wieħed għandu jistieden lill-foqra u lil dawk il-persuni l-oħra mwarrbin li żgur ma jistgħux ipattulek lura. Ġesù ried jgħallem li ma għandekx tagħti biex tirċievi lura, għax is-saltna ta’ Alla tingħata b’xejn, gratwitament.

Fil-mejda tas-saltna ta’ Alla, la hemm sinjur jew fqir, la kbir jew żgħir, la kap u lanqas ilsir. Kulħadd għandu jfittex li jkun umli u jpoġġi fil-post tal-aħħar, sabiex meta jiġi dak li jkun stiednek jgħidlek; “Ħabib, itla’ f’post aktar ’il fuq”, għax “kull min jitkabbar jiċċekken, u kull min jiċċekken jitkabbar.”

Page 4: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 3

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 69, silta mill-1 punt

It is told in the Gospel of today that when Jesus went into the house of a leader of the Pharisees to take a meal with him, those who were there watched him maliciously. You are in a work that allows everyone to observe you and, consequently, that obliges you to practice the advice Saint Paul gave to Titus, his disciple, the bishop of Crete. He told him to make himself in all things a model of good works in his teaching by his irreproachable morals, the good example of his behavior, and his seriousness. In the first place, your students observe you; this is why you are obliged to give them good example by your teaching, imitating our Lord in this, who, according to what Saint Luke tells us in the Acts of the Apostles, began to do before teaching. This is also something that will make you esteemed by your students; this is why, to accomplish your duties worthily in their regard, it is important that your actions teach them more than your words do. As the same Saint Paul adds to Titus, Let your words be without reproach, not only as to sound doctrine but also as a sign and effect of your virtue.

TALBA Mulej,

għallimna nirrispettaw id-drittijiet ta’ dawk kollha

li huma ħolqien xbieha tiegħek. Nebbaħna biex inħobbu ’l kulħadd,

nagħarfu li aħna lkoll l-istess, u nkunu f’solidarjetà għall-ġid ta’ kulħadd.

Ammen ‘Doorway to Faith’

Missierna ...

It-Tnejn, it-2 ta’ Settembru

Il-Beatu Ġanfranġisk Burtè – presbiteru u martri Il-Beatu Apollinaris ta’ Posat – presbiteru u martri

Frères ta’ S. Ġ. Bta. De La Salle martri tar-Revoluzzjoni Franċiża Il-Brothers kienu:

San Solomon Leclerq, Brother Il-Beatu Brother Roger Il-Beatu Brother Uldarik Il-Beatu Brother Leon

Page 5: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

4 SIGNUM FIDEI

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Tessalonikin 4: 13-18 Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesù. 2. Salm 95:1,3-5,11-13 Il-Mulej ġej jagħmel ħaqq mill-art. 3. Luqa 4: 16-30 Bagħatni nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin ... ebda profeta ma jilqgħu. IL-MARTRI TAR-RIVOLUZZJONI FRANĊIŻA (2-3 ta’ Settembru, 1792) Fl-1790, l-Assemblea Kostitwenti għaddiet il-Kostituzzjoni Ċivili tal-Kleru, li

ġiet minnufih ikkundannata mill-ġerarkija ekkleżjastika. L-isqfijiet djoċesani kollha minbarra erbgħa u l-biċċa l-kbira tal-kleru, ma

ridux jieħdu l-ġurament. Is-sena ta’ wara l-Papa Piju VI, wettaq il-kundanna tal-kostituzzjoni bħala

“eretika”, kuntrarja għat-tagħlim tal-Knisja, sagrilega, u kuntrarja għad-drittijiet tal-Knisja.

Fit-tmiem ta’ Awwissu 1792, qam il-poplu tal-Vandea, kattoliku bi ħġaru. Fl-istess ħin ir-rebħiet tal-armati tal-Prussja, tal-Awstrija u tal-Isvezja fuq il-

fruntiera tal-Grigal (Longwy u Verdun) u r-rettorika feroċi ta’ Danton xegħlu l-qilla tar-rivoluzzjonarji kontra l-kleru.

Aktar minn 1,500 fost il-kleru, il-lajċi, irġiel u nisa, ġew immassakrati bl-appoġġ tal-Assemblea Leġislattiva.

119 minn dawn ġew iddikjarati beati bħala martri mill-Q.T. Piju XI fl-1926. Ftit wara nofsinhar tat-2 ta’ Settembru, iċ-ċorma ta’ Maillard daħlet fil-bini

tal-Abbaye (Abbazija) fejn kien hemm bosta saċerdoti u lajċi miżmumin bħala priġunieri. 24 saċerdot ma ridux jieħdu l-ġurament u qatluhom fil-pront.

Tribunal tal-poplu kkundanna lill-oħrajn, li ġew xkubettjati jew massakrati. Fosthom kien jinsab l-ex Ġiżwita (il-kumpanija ta’ Ġesù kienet dak iż-żmien

sospiża) l-Beatu Alessandru Lanfant. Dan kien il-predikatur tal-Qorti ta’ Versailles u ħabib tar-Re Lwiġi XVI: kien qed iqarar qassis ieħor, meta t-tnejn ġew imkarkrin barra u maqtulin.

Wara l-Abbazija, iċ-ċorma ta’ Maillard, xurbana, marret il-Knisja tal-Karmelitani, Rue de Rennes. Hawn kienu miżmuma aktar minn 150 ekkleżjastiku, flimkien mal-Konti ta’ Valfons, il-Beatu Karlu de la Calmette, fizzjal tal-kavallerija, li kien akkompanja minn rajh lill-kappillan tiegħu fil-ħabs.

Din il-kumpanija nobbli mmexxija mill-Beatu Ġanni-Marija du Lau, arċisqof ta’ Arles, il-Beatu Franġisk Ġużeppi de la Roche-Foucauld, isqof ta’ Beauvais, u ħuh, il-Beatu Pier-Lwiġi, isqof ta’ Saintes, għaġġbet bil-kalma u bil-ferħ tagħha saħansitra l-istess għassiesa tal-kalzri.

Meta daħlet iċ-ċorma, nofsha fis-sakra, ta’ Maillard, kollha rrifjutaw jieħdu l-ġurament u ġew maqtulin. Jissejħu l-martri “des Carmes”, mill-post fejn sofrew il-martirju.

Page 6: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 5

Fosthom kien hemm 14-il ex-Ġiżwita, 3 Franġiskani, 1 tal-Frères u 10 Vigarji Ġenerali. Ġew midfunin biċċa fiċ-ċimiterju ta’ Vaugirard, u biċċa fil-ġnien tal-Karmelitani (Carmes).

Fit-3 ta’ Settembru, iċ-ċorma tat l-assalt lis-seminarju magħruf tal-Lazzaristi, u mbagħad il-kalzri ta’ La Force, fejn ġew maqtulin kollha sal-aħħar wieħed. (Ara “Acta Apotolicae Sedis” , vol. XVIII (1926), p. 415-425, fejn hemm l-ismijiet kollha).

Nota: Dak il-Frère li ħa l-martirju waħdu kien Brother Solomon. It-tlieta l-oħra sofrew il-martirju xhur, wara fuq il-Pontons de Rochefort. San Solomon ġie kanoniżżat fl-10 ta’ Ottubru mill-Papa franġisku

Riflessjoni: San Elija, għaliex naħseb fik fil-mument li nkun se nerġa’ nibda t-taħbit ta’ kuljum? M’intix forsi int il-bniedem tal-aħħar att, dak li bil-ministeru tiegħu tingħalaq l-istorja? Id-dell tiegħek jinfirex f’tant paġni tal-Vanġelu bħala sinjal tat-twettiq taż-żminijiet messjaniċi, ibda minn Ġwanni l-Battista (Lq. 1:7), kompl bit-Tabor (Mk. 9:4), u spiċċa fi Kristu fuq is-Salib (Mt. 27: 47-49). Int tant affaxxinajt l-epoka ta’ żmienek li, skont Malakija (3: 22-24), il-ġenerazzjonijiet kollha jistennew it-tieni miġja tiegħek biex tħejji t-toroq għall-Messija fl-aħħar taż-żminijiet. Il-Musulmani jemmnu li ta’ kull sena int tibqa’ ġġedded il-pellegrinaġġ tiegħek għal Mekka. Il-Lhud jimmaġinawk “tiġġerra” minn villaġġ għal ieħor, minn suq għal ieħor, tfarraġ lill-fqar. Ta’ kull nhar ta’ Sibt il-kap tal-familja jgħanni t-tifkira tiegħek: “Imbierek dak li għaraf isellimlu, imbierek dak li Elija raddlu t-tislima tiegħu lura!”

Il-Kardinal Roger Etchegaray, silta mill-ktieb: Nimbotta ’l quddiem bħal ħmar...

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 135, it-2 punt

This saint (St. Anthony of Padua) had such a great zeal for religion and for making God known to the infidels and such a great desire for martyrdom that when he saw five of Saint Francis’ friars go off to preach the Gospel to the Moors and heard later that they had been martyred, the desire to imitate them, not only in their preaching but also in their martyrdom, led him to plan to enter the Order of Saint Francis. No sooner had he finished his novitiate than he obtained permission to go to Africa to labor for the conversion of infidels. You are obliged in your work to teach the truths of faith to your disciples and to instruct them in their religion. To fulfill well this duty, you ought to consecrate yourself entirely and even, if necessary, to give your life. Is this how you act? Do you have this generous disposition?

Page 7: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

6 SIGNUM FIDEI

TALBA (fuq Salm 68: Il-Mulej jisma’ ’l-umli)

Mill-qiegħ tal-miżerja tiegħi ngħajjatlek Mulej.

Oħroġni minn din il-ħama qabel ma nibqa’ nieżel sal-qiegħ …

Qed inħoss elf diffikultà li qegħdin jaqbduni fix-xibka tagħhom

u jħalluni bla saħħa … B’danakollu Mulej jiena nittama fik

għax naf li inti tħobb l-aktar ’il-fqajrin, u int tisma’ l-karba ta’ dawk li huma umli

u li jintelqu għal kollox f’Idejk. Mulej, f’ġieħ l-imħabba tiegħek,

ibgħatli messaġġier ta’ mħabbtek li jkollu ħniena min-niket tiegħi

u jagħtini l-għajnuna. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

It-Tlieta, it-3 ta’ Settembru San Girgor il-Kbir – Papa u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.1Tessalonikin 5:1-6,9-11 Ġesù Kristu miet għalina, sabiex ngħixu ħaġa waħda miegħu. 2. Salm 26: 1,4,13,14 Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art il- ħajjin. 3. Luqa 4: 31-37 Jiena naf min int: il-qaddis ta’ Alla! SAN GIRGOR IL-KBIR (540-604) – Papa u duttur tal-Knisja San Girgor twieled f’Ruma, madwar is-sena 540, għand familja sinjura

ħafna. Meta kellu xi 30 sena kien laħaq prefett ta’ Ruma. Iżda minkejja li kellu din

il-pożizzjoni għolja fis-soċjetà u kien wieħed mill-aktar nies sinjuri ta’ Ruma, fis-sena 575 ħalla kollox biex jingħaqad iktar ma’ Alla.

Daħal mal-Patrijiet Benedittini, biddel daru f’monasteru taħt il-protezzjoni ta’ Sant’Andrija, u ħadem bla heda biex waqqaf sitt monasteri oħra. Il-Papa Pelaġju II ordnah saċerdot u ftit wara bagħtu bħala legat tiegħu f’Kostantinopoli.

Fis-sena, 586 ġie lura u sar l-abbati tal-monasteru ta’ Sant’Andrija.

Page 8: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 7

Meta l-Papa Pelaġju II miet bil-pesta fis-sena 590, Girgor ġie elett Papa, l-ewwel patri li qatt kellu dan l-unur.

Fis-sena 596, bagħat lil Santu Wistin flimkien ma’ xi erbgħin patri ieħor l-Ingilterra biex ixerrdu l-fidi Nisranija.

Minkejja li kien bniedem marradi u kien jeħtieġlu jqatta’ perjodi twal fis-sodda, huwa ħadem bis-sħiħ matul l-erbatax-il sena tal-pontifikat tiegħu. Ikkumbatta s-simonija, l-ereżiji u l-inġustizzja, u kabbar l-interess fil-Knisja lejn il-liturġija u l-mużika sagra. Ma kienx jehda jipprietka u jikteb. Il-kitba tiegħu turi l-qdusija, l-għerf u ż-żelu li kellu u wasslitu biex ikun iddikjarat Duttur tal-Knisja. Għalkemm kien isejjaħ lilu nnifsu bħala “l-qaddej tal-qaddejja t’Alla”, ma kien jaqta’ qalbu minn xejn. Kien ikun dejjem biċ-ċoqqa ta’ patri, ħlief f’okkażjonijiet formali.

Huwa baqa’ jaħdem sal-aħħar minkejja li kien sar għadma u ġilda, qisu skeletru u bilkemm kien jiflaħ jimxi. Miet f’Ruma fit-12 ta’ Marzu 604.

Riflessjoni: Araw ftit intomx tassew in-ngħaġ ta’ Kristu, araw ftit tagħarfuhx, araw ftit tafuhx ’il Kristu, mhux biss bil-fidi, imma ukoll bl-imħabba; araw tafuhx mhux biss għax emmintu imma wkoll għax rajtu l-imħabba tiegħu... Jidħol biex jikseb il-fidi, biex bil-fidi joħroġ biex jara l-verità; mit-twemin jasal għall-kontemplazzjoni u hekk isib fejn jirgħa l-merħla ta’ dejjem. Infittxu ħuti għeżież dawn il-mergħat fejn ingawdu u nifirħu ma għadd bla qies ta’ ċittadini tas-sema; l-istess ferħ u hena tagħhom hu stedina għalina! Ħa jitħeġġu qlubna, ħa tissaħħaħ il-fidi tagħna f’dak li eminna, ħa tikber dejjem aktar fina x-xewqa tas-sema! B’hekk l-istess imħabba tagħna tkun it-triq li twassalna fis-sema... Ma nħallu l-ebda ġibda għall-hena u l-ġid tal-art tbegħedna mit-triq li twassalna fis-sema għax iblah hu min qed jivvjaġġa u waqt il-vjaġġ iħalli ruħu tissaħħar bis-sbuħija ta’ madwaru u jinsa fejn sejjer.

San Girgor il-Kbir Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 109, l-1 punt

Saint Gregory was destined by his father to succeed him in his position as a senator in Rome, but this saint, still young when his father died, built several monasteries and withdrew to one of them, leaving the world and all his wealth in order to live a life of obedience. This saint considered submission to be the greatest benefit in life, because it is the most fitting attitude for a creature, the one that makes humans most pleasing to God and draws down the most graces. This is why he believed himself happier to be hidden from all and to submit to a superior than to possess all the wealth and honors on earth. Is this how you esteem the state in which God has placed you? Do you think you are most fortunate to be there? Do you prefer it to all that you could have and desire in this world? You are unworthy of so holy a state if you do not have this disposition. If you do not feel it, at least try to acquire it.

Page 9: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

8 SIGNUM FIDEI

TALBA

O Ġesù twajjeb, il-Kelma tal-Missier,

id-dija tal-glorja tal-Missier, li l-anġli jixtiequ jħaddnuk,

għallimni nagħmel ir-rieda tiegħek u mmexxi bl-ispirtu tajjeb tiegħek,

nista’ niġi fl-belt imqaddsa fejn hemm jiem bla tmiem u kulħadd fi spirtu wieħed,

fejn hemm sigurtà u eternità ċerta, paċi eterna, ferħ fis-skiet,

ħlewwa li tgħaxxqek fejn inti mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu

tgħix u ssaltan għal dejjem. San Girgor

Missierna ...

L-Erbgħa, l-4 ta’ Settembru Sidtna Marija tal-Konsolazzjoni - patruna tal-Familja Agostinjana

Santa Rożalija – verġni San Mosè – is-seklu XII q.K.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Kolossin 1: 1-8 Tħabbritilkom il-kelma tas-sewwa tal-Evanġelju bħalma qed

tikber fid-dinja kollha. 2. Salm 51 :10,11 Nitma’ fit-tjieba ta’ Alla għal dejjem ta’ dejjem. 3. Luqa 4 : 38-44 Jeħtieġli nxandar l-Evanġelju tas-saltna ta’ Alla lill-ibliet

l-oħra wkoll, għax għalhekk kont mibgħut. Mill-istorja tal-ħajja ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Bħal-lum, fl-1672, Lewis De La Salle, missier San Ġwann Battista miet. Il-qaddis kellu jieħu r-responsabbilità tal-familja.

Page 10: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 9

Santa Rożalija († 1160 ?) - verġni Skont tradizzjoni lokali, Rożalija kienet bint familja għanja minn Palermo, fi

Sqallija. Missierha, li jingħad li kien ġej minn Karlu Manju, kien ta’ nisel Normann minn familja għanja ħafna Sinibaldi.

Hija għaddiet il-ħajja tagħha maqtugħa min-nies bħala eremita f’għar qrib Palermo. Kienet magħrufa għall-ħajja kollha penitenzi li hija għaddiet.

Il-qaddisa mietet ta’ 30 sena fuq l-għolja Pellegrino fejn kienet marret tgħix maqtugħa min-nies. Tradizzjoni tgħid li kienet is-sena 1160.

Fl-1624, waqt li pesta qalila f’Palermo kienet qed tagħmel ħerba mill-popolazzjoni, Rożalija dehret fil-ħolm lil waħda marida, kif ukoll lil wieħed kaċċatur. Il-qaddisa indikatilhom fejn kienu jinsabu l-fdalijiet tagħha u deskrizzjoni qasira dwarha.

Qaltilhom ukoll biex iġorruha f’purċissjoni mal-belt. Sar kif kien mitlub, fiequ bosta morda u l-belt inħelset mill-marda fi ftit jiem.

F’Palermo din il-purċissjoni għadha ssir kull sena minn dak iż-żmien. Fl-1666 Santa Rożalija kienet iddikjarata patruna ta’ Palermo, minħabba li l-waqfien tal-pesta ġie attribwit lill-interċessjoni tagħha.

Isem Santa Rożalija ddaħħal fil-Martiroloġju Ruman fl-1630 mill-Papa Urbanu VIII.

Riflessjoni: Kien propju l-Papa Pawlu VI li fil-waqt li saħaq mill-ġdid fuq il-prijorità tal-Evanġelizzazzjoni, qal: “Mhuwiex bla siwi li kull Nisrani u kull evanġelizzatur jidħol fil-fond u jitlob dwar dan il-ħsieb li ġej: Il-ħniena t’Alla tista’ twassal lill-bnedmin biex isalvaw anki b’mezzi oħra barra dak tal-predikazzjoni tal-Evanġelju; imma aħna, nistgħu naqilgħu s-salvazzjoni jekk minħabba traskuraġni, biża’ jew l-“mistħija tal-Evanġelju” - kif isejħilha San Pawl - inkella minħabba f’ideat foloz, ma naslux biex ngħaddu l-Evanġelju lill-oħrajn?” Din il-mistoqsija, li l-Evangelii nuntiandi tagħlaq biha, tinstema’ bħala eżiġeżi oriġinali dwar is-silta ta’ San Pawl li bdejna biha u tgħinna biex immorru mill-ewwel fil-qalba tas-suġġett tagħna, jiġifieri fil-post ċentrali li l-evanġelizazzjoni għandha fil-Knisja llum. Jeħtieġ nivverifikaw sew dak li qed inwettqu, l-għixien tagħna u l-attitudnijiet tagħna dwar l-evanġelizzazzjoni, biex intejbu ħidmietna u l-istrateġija tagħna dwar ix-xandir tal-Evanġelju. Din hi t-triq li twassalna biex b’mod profond nistaqsu lilna nfusna fuq il-kwalità ta’ fidi tagħna, fuq dak li nħossu u ngħixu bħala Nsara, dixxipli ta’ Kristu, mibgħuta biex inxandruh lid-dinja, biex inkunu xhieda tiegħu mimlija bl-Ispirtu s-Santu (ara Lq. 24:48ff; Atti 1:8) u msejħin biex nagħmlu dixxipli mill-ġnus kollha (ara. Mt. 28:19ff). Evaġelizazzjoni Ġdida Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 35, silta mit-2 punt

Those who have given themselves to God often believe that God’s sensible presence is the only thing that can confirm them in piety. They think that when they experience interior difficulty and dryness, they have completely lost the degree of holiness to which God has raised them. Having lost a certain relish for prayer and a facility for praying, they imagine that they have lost everything and

Page 11: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

10 SIGNUM FIDEI

that God has completely rejected them. Their inner life is desolate, and they suppose that all paths leading to God are blocked before them. Such people ought to be told what Jesus Christ said to his Apostles: that it is better for them that God withdraws from them on a feeling level and that what they consider a loss is for them a great gain if they willingly endure this trial.

TALBA

Ejjew nieqfu ftit biex nesprimu r-ringrazzjament

għal dawk l-affarijiet sbieħ ta’ ħajjitna; għal dawk il-persuni li tawna

mħabbithom u l-ħbiberija tagħhom, l-inkoraġġiment u s-sapport ... għat-talenti tagħna u s-saħħa,

u għall-opportunitajiet li kellna ... għas-sbuħija li naraw

u l-ispirazzjoni li nerċievu ... Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

Il-Ħamis, il-5 ta’ Settembru San Lawrenz Giustiniani - isqof

Il-Beata Tereża ta’ Kalkutta – fundatriċi Il-Beata Marija Assunta Pallotta

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Kolossin 1: 9-14 Ħelisna mill-ħakma tad-dlam, u daħħalna fis-saltna ta’

Ibnu l-maħbub. 2. Salm 97: 2-6 Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu. 3. Luqa 5: 1-11 Telqu kollox u marru warajh.

Page 12: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 11

SANTA TEREŻA TA’ KALKUTTA (1910-1997) - fundatriċi Kien jisimha Anjeże Bojaxhiu u twieldet minn ġenituri Albaniżi fi Skopje, li

kienet tagħmel parti minn dik li kienet il-Jugoslavja. Missierha kien bil-ħanut tal-merċa.

F’Novembru 1927 marret Dublin, l-Irlanda, u ngħaqdet mas-sorijiet ta’ Loreto. Hemm ħadet l-isem Tereża, għall-qaddisa patruna tal-missjonijiet.

Wara ftit intbagħtet f’Darjeeling, l-Indja, fejn bdiet in-novizzjat tagħha. Għamlet il-voti tagħha fl-1931.

Għal 20 sena kienet tgħallem il-Ġeografija lil studenti bniet, ulied is-sinjuri fil-kulleġġ tas-sorijiet ta’ Loreto f’Entally, żona fil-Lvant ta’ Kalkutta, sakemm saret kap tal-iskola.

Wara l-ħajt tal-kunvent kien hemm wieħed mill-ifqar slums ta’ Kalkutta. Fil-lejla tal-10 ta’ Settembru, 1946, meta kienet f’ferrovija diretta lejn Darjeeling, għall-eżerċizzji spiritwali, ġietha t-“tieni sejħa”: matul dak il-lejl ħasset qawwija l-għajta muġugħa ta’ Ġesù msallab: “Għandi l-għatx!”

Wara talb u pariri, hija ħalliet il-kunvent biex tiddedika ruħha għall-ifqar fost il-fqar. Swor Tereża ħalliet il-kunvent ta’ Entally b’ħames rupi fil-but u s-sarì abjad bit-tarf ikħal tal-ifqar Indjani. Kien is-16 t’Awwissu 1948.

Fis-7 ta’ Ottubru 1950, id-djoċesi approvat il-kongregazzjoni ġdida tagħha tal-Missjunarji tal-Karità.

Minbarra t-tliet voti, tal-faqar, kastità u ubbidjenza, kull Missjunarju tal-Karità jieħu ieħor, dak ta’ "servizz gratwit lejn l-ifqar fost il-fqar". Enfasi fuq l-imitazzjoni tal-virtujiet tal-Madonna, speċjalment l-umiltà, is-silenzju, u l-karità.

Il-figura rqiqa ta’ Madre Tereża, il-ġisem fraġli tagħha mgħawweġ bl-għejja tax-xogħol, u wiċċha mkemmex saru magħrufin mad-dinja kollha, l-aktar wara l-pubblikazzjoni tal-ktieb Something Beautiful for God ta’ Malcolm Muggeridge li huwa u martu saru kattoliċi mħeġġin mill-eżempju tagħha.

Kienu ħafna lawrji onorarji li rċeviet u premjijiet ta’ kull xorta, fosthom dak Nobel.

Kienet tħobb tiddefinixxi lilha nnifisha bħala "l-lapes żgħir ta’ Alla". Bil-pubblikazzjoni tad-djarji tagħha wara mewtha sirna nafu li, taħt il-wiċċ

dejjem jitbissem, kien hemm ruħ li għaddiet bosta snin minn tentazzjonijiet kbar u kull xorta ta’ provi oħra anki kontra l-fidi f’dak li jissejjaħ il-lejl mudlam tar-ruħ.

Madre Tereża mietet f’Kalkutta, il-Ġimgħa 5 ta’ Settembru 1997, fid-9.30 ta’ filgħaxija. Kellha 87 sena.

Fis-26 ta’ Lulju 1999, infetaħ il-proċess tagħha ta’ beatifikazzjoni, tliet snin qabel ma kien suppost; għalkemm għall-poplu MadreTereza kienet digà qaddisa.

Il-Papa Ġwanni-Pawlu II, li kien ammiratur kbir tagħha, iddikjaraha beata fl-2003.

Kienet kanoniżżata nhar 4 ta’ Settembru, 2016 mill-Papa Franġisku

Page 13: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

12 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Alla jridna li nwettqu ħwejjeġ żgħar bi mħabba kbira. Jiena nemmen, li din l-imħabba kbira trid toħroġ minn qlubna u tiġi murija fil-post fejn noqogħdu; mal-membri tal-familja tiegħi, mal-ġirien u dawk li joqogħdu qrib tiegħi. U din l-imħabba trid tilħaq lil kulħadd. Santa Tereża ta’ Kalkutta Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 91, silta mit-2 punt

This is why our Lord says to his Apostles that none of them must either call himself or let himself be called teacher, because they have but one teacher, who is Jesus Christ. Our Lord says that the one who is or who believes himself to be the greatest among you must consider himself and look upon himself as the least of all. Examine whether you have acted this way during the past year toward your Brothers. If you have experienced any ill feeling toward any of them, think of what Moses said to the two Israelites in his day who were giving trouble to one another and quarreling: that they are our brothers and, as Saint Paul says, that we must support one another in charity. Pay attention to this word, support, which he uses; it shows you that we must suffer from one another. This is why, in another place, he says, Bear one another’s burdens.

TALBA

Missier Qaddis, int tajtna mudell għall-ħajja

fil-familja mqaddsa ta’ Nazzaret. Għinna, twajjeb Missier,

biex nagħmlu mill-familji tagħna Nazzaret ieħor, fejn l-imħabba, il-paċi u l-ferħ isaltnu.

Agħmel li tkun mogħtija għall-ħsieb profond, mħeġġa bl-Ewkaristija, b’qawmien ġdid ta’ ferħ.

Ammen. Santa Tereża ta’ Kalkutta

Missierna ...

Page 14: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 13

Il-Ġimgħa, is-6 ta’ Settembru San Onesiforu – martri

Il-Beatu Bertrandu ta’ Garrigue – saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 1: 15-20 Kollox bih u għalih kien maħluq. 2. Salm 99: 2-5 Idħlu quddiem il-Mulej, b’għana ferrieħi. 3. Luqa 5: 33-39 Meta l-għarus jeħdulhom minn magħhom, imbagħad

isumu dakinhar. SAN ONESIFORU (l-1 seklu) - martri San Pawl fl-ittri tiegħu jsemmi diversi persunaġġi li ltaqa’ magħhom jew

għenuh fil-ħidma tiegħu. Fost dawn, fit-tieni ittra lill-Isqof Timotju (2 Tim. 1, 16-18) huwa jsemmi lil ċertu Onesiforu, li kien membru influwenti u għani fil-knisja ta’ Efesu.

L-isem Onesiforus bil-Grieg ifisser “bniedem utli, ta’ siwi”, u tabilħaqq hekk sabu San Pawl meta dan bla biża’ mar ifittxu waqt li kien fil-ħabs ta’ Ruma u qdieh f’dak kollu li kellu bżonn.

Dwaru l-appostlu jgħid fl-ittra lil Timotju: “Il-Mulej ikollu ħniena mill-familja ta’ Onesiforo li kien ta’ faraġ għalija; hu ma staħax mill-ktajjen tiegħi, imma meta wasal Ruma fittixni bil-ħrara sa ma sabni. Il-Mulej jagħtih il-grazzja li jsib ħniena quddiem il-Mulej f’dak il-jum. Inti taf aħjar minni kemm għinni f’Efesu.”

Dan Onesiforu jingħad li kien akkompanja lil San Pawl fil-vjaġġ li hu għamel għal Spanja, u li kien ukoll maħtur isqof ta’ Colophan (fl-Asja Minuri) jew ta’ Coronea (Boezja). Il-Griegi jżommu li dan Onesiforu kien wieħed mit-72 dixxiplu ta’ Ġesù, imma dan ma jistax ikun għax il-qaddis kien mill-belt Griega ta’ Efesus.

Skont tradizzjoni Rumana, San Onesiforu kien maqtul minħabba t-twemmin tiegħu billi kien marbut ma’ żwiemel selvaġġi u mkaxkar fit-toroq imħarbta sakemm miet f’Parium, “fl-Ellesponto” (id-Dardanelli).

Miegħu kien maqtul ukoll il-qaddej tiegħu Porfirju. Il-Martiroloġju Ruman ifakkru fis-6 ta’ Settembru.

Riflessjoni minn L-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 21:

O Ġesù għarus maħbub tiegħi, li tħobb bi mħabba pura, Int li għandek il-jedd fuq il-kreaturi kollha; agħtini l-ġwienaħ tal-vera libertà, ħalli ntir u niġi nistrieħ fil-ħdan tiegħek! Meta nkun nista’ naħseb biss fik u nara kemm inti ħelu, o Sinjur Alla tiegħi? Meta nkun nista’ ninġabar fik kolli kemm jien, biex mimli bl-imħabba tiegħek anqas biss ma naħseb fija nnifsi; imma nħobb lilek biss, b’qalbi, b’moħħi u b’kulma fija, u mhux b’dik l-imħabba esterjuri biss li jħobbuk ħafna bnedmin? Issa Sinjur, ma nagħmilx ħlief nolfoq u nibki l-hemm li fih ninsab. F’dal wied tad-

Page 15: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

14 SIGNUM FIDEI

dmugħ ma nsibx ħlief gwaj, li bla waqfien qed itemmni, ibikkini u jtellifni, u jżommni biex ma nkunx nista’ nersaq lejk u nitħaddan miegħek, bħalma għandhom ix-xorti l-qaddisin tas-sema?

O, mhux li kien mela jmisslek qalbek l-ilfiq tiegħi u l-hemm li fih tinsab ruħi!

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 96, silta mill-1 punt

The star did not appear to them (The Magi) in vain, for this sight caused them to receive the grace of God, and it made this day a day of salvation for them because they showed themselves most faithful to the divine inspiration. Are we attentive to the inspirations we receive from God? Are we as quick to follow them as these holy Magi were in letting themselves be led by the star that guided them? Frequently the salvation and the happiness of a soul depend on this prompt fidelity to grace. God graciously spoke to Samuel because, three times in a row as soon as he heard God’s voice, he presented himself to listen to God. Saint Paul merited to be entirely converted because he was immediately faithful to the voice of Jesus Christ, who called him. You ought to do just as they did.

TALBA

Ġesù bin Alla, iben Marija, GĦERF etern,

ġejt għandek illum biex tgħallimni u tgħarrafni t-triq li trid tgħaddini minnha.

Tgħallimt niskot meta nħoss fija ġibda biex nitkellem,

u nisma’ lilek u nixtarr xi trid tgħidli. U meta l-inkwiet tal-ħajja jaħkimni,

għallimni nafda fik. U meta nħoss li m’inix narak,

m’inix nisimgħek, m’hemmx ħossok,

għallimni nittama fik, Ġesù ħobż tal-ħajja!

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 16: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 15

Is-Sibt, is-7 ta’ Settembru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

Santa Reġina – verġni u martri San Klodoald – saċerdot

San Stiefnu Pongracz u San Melkjor Grodziecki - presbiteri Ġiżwiti u martri San Marku Krizecanin - kanonku ta’ Strigonja u martri

Il-Beatu Frederic Ozanam

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 1: 21-23 Intom sirtu ħbieb tiegħu permezz tal-mewt ta’ ibnu, biex iressaqkom quddiemu qaddisa u safja. 2. Salm 53: 3,4,6 u 8 Alla hu l-għajnuna tiegħi. 3. Luqa 6: 1-5 Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt. SAN MARK KOROSI, SAN STIEFNU PONGRACZ U SAN MELKJORR GRODECZ († 1619) – martri Korosi twieled fid-djoċesi ta’ Zagreb, fil-Kroazja, fl-1589. Sar kanonku tal-

Katidral Primazjali ta’ Esztergom fl-Ungerija u abbati ta’ Szeplak. Pongracz u Grodecz kienu Ġiżwiti. Pongracz twieled fl-Ungerija fl-1583, u

sar Ġiżwita fl-1604. Grodecz twieled fis-Slovakkja fl-1584 u sar Ġiżwità fl-1603.

Meta l-belt ta’ Kosice fis-Slovakkja saret il-fortizza tal-Kalvanisti, li waslu saħansitra biex anki ħadu f’idejhom bil-forza l-knejjes Kattoliċi, dawn it-tliet saċerdoti ntbagħtu jipprietkaw fiha.

Imma l-Kalvanisti attakkawhom, akkużawhom li riedu jaħarqu l-belt, tefgħuhom il-ħabs, ittorturawhom u qatluhom b’mod l-iktar kiefer u brutali, qishom fi żmien Neruni, lil Korosi u lil Pongracz fis-7 ta’ Settembru u lil Grodecz fit-8 ta’ Settembru, 1619.

Korosi kellu 30 sena, Pongracz 36 u Grodecz 35. Il-Papa Ġwanni Pawlu II kkanonizzahom fil-belt ta’ Kosice, fejn kienu ħadu l-martirju, nhar it-2 ta’ Lulju, 1995.

Riflessjoni: Billi qal li huwa l- "Mulej tas-Sibt", Ġesù ma għamel xejn biex ixejjen dan il-jum. Għall-kuntrarju, huwa jagħti tifsira ġdida, fejn wera lilu nnifsu bħala l-ħallieq li kien preżenti fl-ewwel Sibt u li juri dan il-mistrieħ li jikkonsisti f’għaqda personali miegħu. Għalkemm ħafna drabi l-Kristjani jissoponu li l-uniku serħan tagħhom irid ikun fuq in-naħa l-oħra tal-qabar, Ġesù jistedinna nistrieħu fih issa bil-ħajja tal-grazzja. Kif tgħidilna Santa Katarina ta’ Siena; "It-triq kollha lejn is-sema hija s-sema għax Kristu huwa t-triq." U madankollu, is-saltna ta’ Ġesù fuq is-Sibt titfgħalna l-attenzjoni tagħna 'l quddiem, lejn il-paċi dejjiema tagħna, fejn hu se jintroduċi lilna l-ħajja li hu ilu jgawdi mill-eternità mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu.

Page 17: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

16 SIGNUM FIDEI

Bil-fidi aħna ħielsa li nidħlu fil-mistrieħ anke issa. Kif tgħidilna l-ittra lil-Lhud. "Għax aħna li emminna nidħlu f'dak il-mistrieħ."

Fr. Tomothy Bellamah, Praying with Saint Luke’s gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 163, it-2 punt

Għada hija l-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija – din hija silta mill-meditazzjoni li kiteb San Ġwann Battista għal din l-okkażjoni. Let us admire with how many graces God adorned the soul of the Most Blessed Virgin at the moment of her birth. She was so filled with grace that no pure creature has ever been like her or ever will be. The Holy Spirit, giving her a share in his fullness, communicated all his gifts to her and took up his dwelling in her, from that time on, to prepare her to receive and to contain in her womb the Son of God made man. He also gave her a heart so filled with God’s love that she lived only for God. Everything in her related to God alone; her mind was occupied only with God and with what God helped her to know that would be pleasing to him. All the faculties of her soul had no other function except to give homage to God. Even her body served as an instrument for the holy actions that took place within her and that helped to spiritualize her body as far as possible and to make it a holy sanctuary where Jesus Christ some day would enter and there offer himself interiorly to God, as a victim without blemish, to perfect the purification of the soul of this holy Virgin, whom the Holy Spirit had possessed from her birth. Oh, how happy this day was for Mary and also for all people who find their refuge in her because of the treasure of grace God placed in her at the moment she appeared in the world!

TALBA

LILL-MADONNA Ftakar, ja l-iżjed ħanina Verġni Marija, li qatt ma nstema’

li xi ħadd intefa’ taħt il-patroċinju tiegħek, talbek l-għajnuna jew fittex li inti tidħol għalih

u inti ma smajtux. Imqanqal minn dan il-ħsieb jien għal għandek niġi

ja Verġni Omm tiegħi, għal għandek niġi, quddiemek noqgħod, nidneb u niedem, ja Omm l-Iben t’Alla, magħmul bniedem.

La tistmerrx it-talb tiegħi iżda ismagħni u weġibni. Ammen

Talba ta’ San Bernard

Missierna ...

Page 18: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 17

Il-Ħadd, it-8 ta’ Settembru It-23 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Għerf 9: 13-18b Min jista’ jifhem xi jrid il-Mulej? 2. Salm 89 :3-6,12-14 u 17 Mulej, inti kenn għalija. 3. Filemon 9b-10,12-17 Ilqgħu mhux bħala lsir, iżda bħala ħuk għażiż. 4. Luqa 14: 25-33 Ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx

ġidu kollu.

IT-TWELID TA’ MARIJA SANTISSMA It-twelid ta’ Marija hu l-preludju għat-twelid ta’ Ġesù, u għalhekk tas-

salvazzjoni tal-bniedem. Hemm uħud li jgħidu li Marija twieldet Nazzaret, u oħrajn jgħidu li twieldet

Ġerusalemm. Il-knisja antika ta’ Sant’Anna f’Ġerusalemm, uffiċċjata mill-White Friars, tal-

Kardinal Lavigerie tinsab fil-post tradizzjonali tat-twelid ta’ Marija f’Ġerusalemm.

Din il-festa bdiet fil-Lvant fis-seklu VI, u daħlet fil-Punent fis-seklu ta’ wara. Hija waħda mis-seba’ festi ewlenin tal-Madonna, li jfakkru ġrajjiet tal-ħajja tagħha.

L-oħrajn huma; il-Kunċizzjoni, il-Preżentazzjoni, l-Annunzjazzjoni (illum il-preżentazzjoni tal-Mulej) u l-Assunzjoni. Hija wkoll waħda mit-tliet festi li jfakkru t-twelid: l-oħrajn huma t-twelid ta’ Ġesù u dak ta’ San Ġwann il-Battista.

Imma l-festa tat-twelid tal-Battista hi eqdem minn dik tat-twelid ta’ Marija. Fost knejjes importanti ddedikati lil Marija Bambina, insemmu biss il-

Katidral ta’ Milan u ta’ Sirakuża, u l-knisja ta’ Santa Marija del Popolo, tal-Patrijiet Agostinjani, fi Piazza del Popolo, ġewwa Ruma.

U s-Sorijiet ta’ Marija Bambina, imwaqqfin minn Santa Bartolomea Capitanio u Santa Viċenza Gerosa, għandhom f’Milan (Via Santa Sofia), is-Santwarju tagħha.

Riflessjonijiet: "It-Twelid ta’ Marija, il-mara msejħa minn Alla biex tkun omm il-feddej." (Mikea 5:1-4) “Imma int, Betlem ta' Efrata, ċkejkna fost il-familji ta' Ġuda, minnek għad joħroġli dak li jkun prinċep f'Iżrael; hu għandu l-bidu tiegħu mill-qedem, sa minn dejjem ta' dejjem. Għalhekk il-Mulej jitlaqhom sa meta teħles dik li hi fl-uġigħ tal-ħlas; imbagħad il-bqija ta' ħutu jerġgħu lura fost ulied Iżrael. U hu joqgħod jirgħa l-merħla tiegħu bil-qawwa tal-Mulej, bil-glorja ta' isem il-Mulej, Alla tiegħu. U huma jgħammru fiż-żgur, għax issa tkun kbira setgħetu, sa trufijiet l-art. U dan ikun is-sliem!”

Page 19: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

18 SIGNUM FIDEI

Silta mill-Omelija tal-Papa Franġisku fuq Marija: Jaħbat ma’ moħħi l-episodju tat-tieġ ta’ Kana (ara Ġw. 2:1-11): anki hawn jidhru r-realiżmu, l-umanità, il-konkretezza ta’ Marija, li hi attenta għall-fatti, għall-problemi; tara u tifhem id-diffikultajiet ta’ dawk l-għarajjes żgħażagħ li jonqoshom l-inbid tal-festa, tirrifletti u taf li Ġesù jista’ jagħmel xi ħaġa, u tiddeċiedi li ddur għand binha biex jindaħal hu: “M’għandhomx inbid” (ara v. 3). Tiddeċiedi. Fil-ħajja diffiċli tieħu deċiżjonijiet u spiss nittentaw inħalluhom għal iżjed tard, inħallu li oħrajn jiddeċiedu għalina, spiss nippreferu nħallu l-ġrajjiet ikaxkruna magħhom, nimxu mal-moda tal-mument; kultant nafu x’inhu dak li għandna nagħmlu, imma m’għandniex il-kuraġġ jew jidhrilna iebes wisq għax ifisser li rridu mmorru kontra l-kurrent. Marija fit-tħabbira, fil-viżitazzjoni, fit-tieġ ta’ Kana tmur kontra l-kurrent, Marija tmur kontra l-kurrent; tisma’ xi jrid jgħidilha Alla, tirrifletti u tfittex li tifhem ir-realtà, u tiddeċiedi li tafda ruħha għal kollox f’idejn Alla, tiddeċiedi li, għalkemm tqila, tmur iżżur lill-qariba xwejħa tagħha, tiddeċiedi li b’insistenza tafda ruħha f’idejn binha biex issalva l-ferħ tal-festa tat-tieġ. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, silta mill-1 punt

To love anything other than God is to wrong him and to prefer something that is infinitely beneath him. If a creature has some goodness or lovableness in it, this is only an overflow from and a participation in the goodness that comes from God, a goodness that belongs uniquely to God and that God imparts to his creature. Besides, because God is infinitely good and the inexhaustible source of all created goodness, we are not allowed to give ourselves and to yield our heart completely to anything but God, because everything has been created for God. If we love anything in creatures, it ought to be loved in God, in whom we will find all that is lovable in creatures as in their source.

TALBA Marija, mara tas-smigħ, agħmel li widnejna jkunu miftuħa;

agħmel li nitgħallmu nisimgħu l-kelma ta’ Ibnek Ġesù qalb il-ħafna kliem ta’ din id-dinja;

agħmel li nagħarfu nisimgħu r-realtajiet li fihom ngħixu, lil kull persuna li magħha niltaqgħu, speċjalment dik li hi fqira,

fil-bżonn, f’diffikultà. Marija, mara tad-deċiżjoni,

dawwal il-moħħ tagħna u l-qalb tagħna, biex nagħarfu nobdu l-kelma ta’ Ibnek Ġesù, bla tnikkir;

agħtina l-kuraġġ tad-deċiżjoni, biex ma nitkaxkrux mill-kurrenti ta’ oħrajn li jmexxulna ħajjitna huma.

Marija, mara tal-azzjoni, agħmel li jdejna u riġlejna jmorru “jħaffu” lejn l-oħrajn,

biex iwasslu l-karità u l-imħabba ta’ Ibnek Ġesù, biex iwasslu, kif għamilt int, id-dawl tal-Vanġelu fid-dinja. Ammen.

Il-Papa Franġisku Missierna ...

Page 20: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 19

It-Tnejn, id-9 ta’ Settembru San Pietru Claver - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Kolossin 1: 24 - 2:3 Sirt ministru tal-Knisja biex inxandar b’mod sħiħ il- misteru li kien moħbi sa miż-żminijiet. 2. Salm 61: 6,7,9 F’Alla s-salvazzjoni u l-ġieħ tiegħi. 3. Luqa 6: 6-11 Kien moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt. SAN PIETRU CLAVER, S.J. (1581-1654) Dan il-qaddis twieled f’Verdù, fil-Katalonja (Spanja). Studja għal qassis

f’Barċellona, imma ddeċieda li jsir Ġiżwita fil-belt ta’ Tarragona. Minn hemm intbagħat fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’Palma di Majorca fejn iltaqa’ ma’ S. Alfons Rodriguez, il-fratell purtinar tal-kunvent li kien ta’ qdusija kbira.

It-tnejn saru ħbieb kbar u l-fratell purtinar ħajjar lil Pietru biex imur fil-missjoni tal-kumpanija fl-Indi.

Fl-1610 Pietru niżel fil-belt ta’ Cartagena, illum Kolumbja, fejn kien hemm wieħed mis-swieq ewlenin tal-ilsiera fid-Dinja l-Ġdida. Hemm huwa ordna qassis fl-1616. Hawn beda jħoss li l-missjoni tiegħu kienet dik li jgħin b’kull mod possibbli lill-ilsiera. Hu kien jilqa’ lil kull vapur li kien jasal bl-ilsiera mill-Afrika (wara li kienu jmutu terz tal-ilsiera fil-vjaġġ) b’galletti, brandi, lumi, u kulma kien jiġbor mid-djar.

Patri Claver kellu miegħu grupp ta’ interpreti ta’ karnaġġjon skura li kienu jafu d-diversi djaletti. L-ilsiera kienu jifhmuh tajjeb meta kien ibusilhom il-feriti jintnu tagħhom. Kien jgħallimhom ukoll talba biex jgħiduha.

Is-sidien ta’ dan il-kummerċ tal-ilsiera bdew jipprotestaw miegħu u mas-superjuri tiegħu. Dawn l-isfruttaturi tan-nies bdew isostnu li flok jaħdmu, l-ilsiera ffurmati minn Pietru kien moħħhom biex jitolbu u jkantaw.

Fit-38 sena li dam f’dan ix-xogħol Pietru għammed aktar minn 250,000 ruħ. Hu kien jagħti wkoll is-servizzi tiegħu fl-isptarijiet ta’ Kartaġeni u wkoll appostolat siewi ma’ dawk ikkundannati għall-mewt, u ħafna minnhom kien jirnexxielu jirrikonċiljahom ma’ Alla qabel l-eżekuzzjoni tagħhom.

Fl-1650, f’Kartaġena, kien hemm il-pesta u Pietru Claver kien wieħed mill-vittmi. Fis-6 ta’ Settembru 1654 waqa’ f’koma u miet jumejn wara. Kellu 73 sena. Eluf ġew iżuruh fiċ-ċella tiegħu u biex ikollhom xi relikwja ta’ dan il-bniedem eċċezzjonali li kien miqjum bħala qaddis f’ħajtu stess.

San Pietru Claver, li kien jiffirma l-ittri tiegħu “Ilsir tal-ilsiera għal dejjem”, ġie ddikjarat qaddis fl-1888 mill-Papa Ljun XIII. Miegħu kien iddikjarat ukoll qaddis il-fratell Ġiżwita Alfonsu Rodriguez li kien ħajru jmur fil-missjoni ta’ Cartagena.

Fl-1996 isem San Pietru Claver tniżżel fil-Kalendarju Universali Ruman.

Page 21: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

20 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Ġesù bħala Alla, beda juri l-ħniena lil kull min kien jeħtieġha. Lill-morda kien jibgħathom lura mfejqin, lill-armla ta’ Najm qajmilha l-iben waħdieni tagħha mil-mewt. Lill-midinbin li resqu għandu tahom il-fejqan tar-ruħ. Fost dawn kien hemm Żakkew, il-mara midinba u l-ħalliel imsallab. Hu kien il-ħabib tal-pubblikani u tal-midinbin, għalkemm kien jobgħod id-dnubiet tagħhom. U meta l-Fariżej u l-kittieba gergru mad-dixxipli, Ġesù qalilhom: “Ma jeħtiġux il-qawwijin it-tabib, imma l-morda; ma ġejtx insejjaħ in-nies tajba, imma ’l-midinbin għall-indiema.” (Lq. 5:31) Ġorġ Borg

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 57, silta mit-3 punt

Indeed, it is enough for an action to be performed through obedience for it to please God when it is accomplished with such simplicity that you have in view only to obey. From this it sometimes happens, through a special guidance of God, that an act that was bad in itself becomes good when done through simple obedience. Because obedience procures such a great advantage, let it be inseparable from all your actions, what makes them worthy of God, and what puts you in a position to do good for the souls you must lead to God and educate as Christians.

TALBA

“Mulej Alla tiegħi, agħtini moħħ biex nagħarfek,

qalb biex infittxek, għerf biex insibek u ...

tama li fl-aħħar inħaddnek miegħi.” Ammen.

San Tumas ta’ Aquino – duttur

Missierna ...

Page 22: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 21

It-Tlieta, l-10 ta’ Settembru San Ġiljan

San Nikola ta’ Tolentino – presbiteru Il-Beatu Franġisk Garate - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Kolossin 2: 6-15 Alla takom il-ħajja flimkien ma’ Kristu: ħafrilna dnubietna kollha. 2. Salm 144:1,2,8-11 Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej. 3. Luqa 6: 12-19 Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmiehom

appostli. SAN NIKOLA MINN TOLENTINO (1245-1305) – Agostinjan Nikola għex il-biċċa kbira ta’ ħajtu fil-belt ta’ Tolentino. Twieled

Sant’Angelo, ħdejn Fermo, fil-Marka ta’ Ankona. Missieru Campagnone u ommu Amata de Guidiani kienu ġa kbar u bla tfal meta talbu ’l Alla biex iberikom bl-interċessjoni ta’ San Nikola minn Bari. Alla semagħhom u t-tifel semmewh Nikola. Kien mudell ta’ qdusija minn ċkunitu.

Beda jistudja ma’ qassis u l-progressi tiegħu ġibdu fuqu l-attenzjoni tal-Isqof Fermo, li tah il-minuri u ppreżentah lill-Kanonċi ta’ San Salvatur. Sar “l-Anġlu tal-Kor” u qabel ma spiċċa l-istudji ġie maħtur kanonku. Iżda wara li sema’ Patri Agostinjan jipprietka fil-Knisja ta’ Santu Wistin, fuq it-test: “Tħobbux id-dinja u l-ħwejjeġ tad-dinja, għax id-dinja tgħaddi u s-sbuħija tagħha wkoll”, ħass ġibda u sejħa biex iħalli d-dinja u jsir Agostinjan. Talab lill-patri biex jaċċettah fl-ordni tal-Eremiti u l-ġenituri tiegħu ħallewh imur bil-ferħ.

Għamel in-novizzjat taħt l-istess predikatur, Patri Reġinaldu u ntrabat qabel ma kien għalaq it-tmintax-il sena.

Waqt l-istudji tiegħu għadda minn kunvent għall-ieħor; Recanati, San Ginesio Macerata u Cingoli, fejn ordna saċerdot (1271). Huwa u jqaddes kien donnu Serafin fuq l-altar, bil-ħeġġa kbira ta’ mħabba t’Alla li kienet tixgħellu sa wiċċu. Għadd kbir ta’ erwieħ devoti kienu ta’ kuljum imorru jisimgħu l-quddiesa tiegħu.

San Nikola hu magħruf għall-ħlewwa tiegħu, għas-sempliċità u għas-safa ta’ anġlu, li hu dejjem żamm bit-talb u bil-penitenzi.

Miet fil-10 ta’ Settembru, 1305. Hu l-protettur speċjali tal-Erwieħ tal-Purgatorju, li tagħhom kien tant devot.

Riflessjoni: Is-sejħa tal-Mulej u l-missjoni li jafda lil dawk li jsejjaħ, minn dejjem kellhom importanza kbira, iżda ċ-ċirkostanzi storiċi ta’ żmienna jagħtuhom importanza tassew partikolari. L-għeluq tas-seklu għoxrin, mill-aspett reliġjuż, juri għadd ta’

Page 23: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

22 SIGNUM FIDEI

fenomini kontra xulxin. Min-naħa sekularizzazzjoni qawwija fis-soċjetà waslet għat-twarrib ta’ Alla u għal kull referenza għal dak li hu traxxendenti, waqt li min-naħa l-oħra qed tidher sensittività reliġjuża aqwa, li qed tfittex tissodisfa x-xewqa ta’ Alla li tinsab fil-qalb ta’ kull bniedem għalkemm mhux dejjem jagħraf ifissirha sewwa. “Il-Missjoni ta’ Kristu l-Feddej li ġiet fdata lill-Knisja għad fadlilha ħafna biex tkun mitmuma. Issa li qed joqrob it-tmiem tat-Tieni Millennju wara l-miġja ta’ Kristu, ħarsa ġenerali fuq il-ġens kollu tal-bnedmin jurina li din il-missjoni għadha biss fil-bidu tagħha, u li aħna fid-dmir li ninpenjaw ruħna bil-ħeġġa kollha ta’ qalbna għall-qadi tagħha.”

San Ġwanni Pawlu II Papa, Is-Saċerdot u t-Tielet Millenju Nisrani Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 199, silta mill-1 punt

...you are called to lay the foundation for the building of the Church4 when you instruct children in the mystery of the most Holy Trinity and the mysteries accomplished by Jesus Christ when he was on earth. For, according to Saint Paul, without faith it is impossible to please God and consequently be saved and enter the homeland of heaven, because faith is the foundation of the hope that we have. The knowledge, then, that each must have of the faith, the instruction that must be given concerning the faith to those who are ignorant of it, is one of the most important things in our religion. How much, then, must you consider it an honor that the Church has assigned you to such a holy and exalted work, to be chosen to procure for children the knowledge of our religion and of the Christian spirit. Pray God that he will make you fit to fulfill such a ministry in a manner worthy of him.

TALBA

Spirtu Qaddis, agħmel li nagħti ħajti għall-bini tal-knisja

u li ntejjeb il-missjoni tagħha, u mhux li nkun tat-tfixkil

jew ta’ skandlu. Ammen

‘Doorway to Faith’

Missierna ...

Page 24: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 23

L-Erbgħa, il-11 ta’ Settembru San Ġwann Gabriel Perboyre – saċerdot u martri Il-Beatu Bonaventura minn Barcinone - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 3: 1-11 Intom mittu ma’ Kristu: mewtu ġo fikom dak kollu li

hu tal-art. 2. Salm 144: 2,3,10-13ab Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej. 3. Luqa 6: 20-26 Henjin intom il-foqra. Ħażin għalikom, intom l-

għonja.

SAN ĠOVANNI-GABRIEL PERBOYRE (1802-1840) – martri Twieled Puech, Cahors (Franza), fl-1802, u ta’ ħmistax-il sena sema’

prietka li xegħlitu bix-xewqa li jsir missjunarju. Mar is-seminarju ż-żgħir ta’ Montauban, daħal mal-Lazzaristi

(kongregazzjoni tal-Missjoni), ordna fl-1825, u kontra x-xewqa tiegħu ħatruh professur tat-Teoloġija Dommatika, fis-seminarju ta’ Saint-Flour, u sentejn wara rettur.

Fl-1832, bagħtuh Pariġi, bħala assistent direttur tan-Novizzjat Ġenerali. Sadanittant kien baqa’ dejjem jitlob biex jibagħtuh iċ-Ċina, minn fejn kienu ta’ sikwit jaslu aħbarijiet ta’ persekuzzjonijiet. Fl-aħħar, fl-1835, kiseb xewqtu, wasal Makao ma’ tnejn minn sħabu, u f’erba’ xhur tgħallem l-ilsien Ċiniż hekk tajjeb li bagħtuh il-missjoni ta’ Honan.

Liebes ta’ Ċiniż u bl-imġiba ta’ Ċiniż, ħadem speċjalment mat-tfal abbandunati, hekk numerużi f’dak il-pajjiż, jgħallimhom id-duttrina. Wara sentejn Honan, bagħtuh Hupeh, fejn f’Settembru tal-1839, qamet ħabta u sabta buffura persekuzzjoni. Ħraxet fi tmiem is-seklu tmintax, kompliet taħt l-Imperatur Kia-King, u baqgħet sejra sa wara l-mewt ta’ Patri Perboyre, fl-1840, meta eluf ta’ Nsara taw ħajjithom għall-fidi Nisranija.

Il-missjunarji staħbew, iżda Newfitu ttradixxa lill-beatu għal tletin ‘taels’ (mal-wieħed u għoxrin ewro).

Kaxkruh, marbut bil-ktajjen, minn maġistrat għall-ieħor: kull wieħed kien jagħmillu mistoqsijiet u jibagħtu għand ieħor. Fl-aħħar wasal f’idejn il-gvernatur u l-Mandarini ta’ Wuchang-Fu, li riduh jgħidilhom fejn kienu mistoħbijin sħabu, speċjalment Mons. Rameux, vigarju appostoliku ta’ Kiang Si; riduh ukoll jirfes is-salib u jqim l-idolu. Il-martirju li kellu jsofri kien tabilħaqq tal-waħx. Għoxrin darba kaxkruh u għoxrin darba sofra t-torturi, għax ma riedx jikxef lil sħabu. Bil-ħadida mixwija stampawlu fuq wiċċu l-erba’ karattri Ċiniżi li jfissru “għalliem ta’ reliġjon qarrieqa”. Saċerdot Ċiniż li żaru fil-ħabs, pinġieh bħala gozz ġrieħi miftuħin, li minnhom kien anke jidher l-għadam.

Fil-11 ta’ Settembru 1840, kważi sena wara li qabduh, ħafi u b’qalziet taħt il-libsa ħamra tal-ikkundannati, ġie mgħallaq Wuch’ang-Fu.

Page 25: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

24 SIGNUM FIDEI

Il-Papa Ljun XIII niżżlu uffiċjalment fl-album tal-beati martri fl-1889 – l-ewwel Nisrani martri fiċ-Ċina li ġie bbeatifikat, wara tant oħrajn li mhumiex ibbeatifikati u lanqas magħrufin.

Il-Papa Ġwann Pawlu II kkanonizzah fit-2 ta’ Ġunju 1996. Riflessjoni: Waqt id-diskors ta' aċċettazzjoni tal-Premju Nobel għall-Paċi fl-1979, Mother Tereża qalet: "Qatt ma ninsa tifel żgħir li għallimni lezzjoni sabiħa ħafna. It-tfal semgħu f’Calcutta, li Madre Tereża m’għandhiex zokkor għal uliedha; u dan iż-żgħir, tifel Hindu ta' erba' snin, mar id-dar u qal lill-ġenituri tiegħu: "Mhux se niekol zokkor għal tlett ijiem; nagħti z-zokkor tiegħi lil Madre Tereża.” Kemm tifel żgħir jista’ jagħti. Wara tlett ijiem huma ġew fid-dar tagħna, u kien hemm dan it-tfajjel żgħir li bilkemm seta’ jippronunzja ismi. Hu kien iħobb bi mħabba kbira; kien iħobb sakemm weġġa'. U dan inressaq quddiemkom - li tħobbu lil xulxin sakemm tweġġgħu. Imma tinsiex li hemm ħafna tfal, ħafna tfal, ħafna rġiel u nisa li ma kisbux dak li għandek. U ftakru li tħobbuhom sakemm tweġġgħu... Nista' ngawdi dan, imma jiena nagħti; nista' niekol dak iz-zokkor, imma nagħti dan iz-zokkor... tkun sorpriż bl-affarijiet sbieħ li n-nies jagħmlu biex jaqsmu l-ferħ meta jagħtu." Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 142, silta mill-1 punt

Saint Bonaventure demonstrates that voluntary poverty is the foundation of Gospel perfection, because by renouncing all things and the desire to have anything, which is called poverty of spirit, we cut off and tear out the root of all evils, which is concupiscence, as Saint Paul declares. This is why, says Saint Bonaventure, when Jesus Christ wished to lead his disciples to perfection, he began by making them understand the happiness that the truly poor in spirit enjoy. Then he urged them to practice poverty, telling them that if they wished to be perfect, it was necessary for them to sell all that they had and to give it to the poor. In this book Saint Bonaventure taught only what he practiced, because he chose the poorest order in the Church when he became a religious. Let us enter into the sentiments of this holy doctor and imitate his example.

TALBA

O Alla Missier tagħna, ħa naħsbu fuq is-sabiħ tad-dinja li int sejjaħtilha tajba,

imma aħna wkoll konxji ta’ kif qed nużaw ħażin dak kollu li tajtna; mill-metal ta’ ġol-art naħdmu l-armi u l-balal;

miż-żejt ta’ taħt il-baħar nagħmlu l-bombi, nagħmlu l-ħsara u nivvalenaw l-ambjent għall-qligħ tal-mument;

mill-eżistenza tal-atomu nagħmlu armi tal-qerda. Għinna biex nibdlu dawk l-affarijiet li jikkontradixxu l-imħabba tiegħek,

u agħmel li l-poplu kollu tiegħek jaħdem u jikber flimkien bħall-aħwa, biex jibni s-slatna tiegħek fid-dinja. Ammen.

Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna …

Page 26: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 25

Il-Ħamis, it-12 ta’ Settembru L-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija

San Gwidu ta’ Anderlacht

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Kolossin 3: 12-17 Ilbsu l-imħabba. 2. Salm 150: 1-6 Kull min jieħu n-nifs, ħa jfaħħar ’il-Mulej! 3. Luqa 6: 27-38 Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. L-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija Skont drawwa Lhudija, il-ġenituri ta’ Marija tawha isimha tmint jiem wara t-twelid tagħha. Huwa għalhekk li l-festa tal-Isem Imqaddes ta’ Marija ssir wara dik tat-twelid tagħha. Il-festa oriġinat fi Spanja u kienet approvata mis-Santa Sede fl-1513. Il-Papa Innoċent XI estenda din il-festa lill-Knisja kollha fl-1683 wara li r-re tal-Polonja, Ġwanni Sobieski ħareġ rebbieħ fuq it-Torok fit-12 ta’ Settembru, 1683. Din il-ġurnata kienet iċċelebrata fi Vjenna. Minn żmien San Ġeremija sas-seklu sittax, l-isem ta’ Marija kien interpretat f’diversi forom, l-aktar popolari kien, ‘Stella Maris’, il-Kewkba tal-Baħar. Fi żmien ir-Rinaxximent permezz ta’ studju Lhudi, saret kritika assenjata mal-ismijiet

mogħtija lill-Verġni Marija, bil-ħsieb li tingħata stima aktar qawwija. Miryãm deher

li kien l-isem ġenwin bil-Lhudi, u ma nstabet l-ebda raġuni valida, li permezz ta’ dan l-isem Lhudi titbaxxa l-awtorità sovrana tagħha. Għalhekk Marija tieħu l-virtù tas-sovranità mingħand binha li għandu l-awtorità bħala sid id-dinja. Bħalma ngħidu li Ġesù hu l-Mulej, hekk ukoll insejħu lil Marija, ‘Is-Sinjura Tagħna’. Kull darba li nlissnu l-isem tagħha naffermaw il-qawwa tagħha, nitolbu l-għajnuna tagħha u npoġġu lilna nfusna taħt il-protezzjoni tagħha. X’jgħidu l-qaddisin fuq l-Isem Imqaddes ta’ Marija: “L-Isem ta’ Marija fih il-leqqitur tal-virtujiet, id-dawl ħelu tal-modestja u s-

sagrifiċċju li jogħġob lil Alla. Huwa s-sinjal tal-ospitalità u ċ-ċentru tal-qdusija.” San Franġisk

Saverju

“Imberkin dawk li jgħożżu l-isem ta’ Marija. L-għajnuna tagħha żżommhom fis-siegħa tal-prova u huma jġibu l-frott tas-salvazzjoni.”

Sant’Antnin ta’ Padova

“M’hemmx isem ieħor, wara dak tal-iben, kemm fil-ġenna kif ukoll fl-art, minn fejn imħuħ devoti qalgħu daqshekk grazzji, tama u ħlewwa, mill-isem tal-Verġni Marija.” L-Abbati

Francone

Page 27: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

26 SIGNUM FIDEI

“Tkun kemm tkun il-qalb iebsa u b’nuqqas ta’ fiduċja, l-isem tal-Imqaddsa Verġni għandu tant qawwa, li jekk biss jingħad, dik il-qalb tirtab.”

Il-Beatu Rajmondu Jordano

“L-isem tiegħek, O Omm Alla, hu mimli bil-grazzji u l-barkiet divini.” San Metodju

“L-isem tiegħek, O Marija, ma jistax jitlissen mingħajr ma jaqla’ xi grazzja lil dak li jkun semma’ dan l-isem bl-akbar devozzjoni.” San

Bonaventura

“M’hemm l-ebda qawwa f’isem, lanqas hemm xi isem ieħor mogħti lill-bniedem, wara dak ta’ Ġesù, li minnu ħarġet is-salvazzjoni tal-bnedmin, daqs l-isem ta’ Marija... li d-devozzjoni lejn dan l-isem ħlejju u qaddis twassal għall-abbundanza ta’ grazzji f’din il-ħajja, u glorja qawwija għall-ħajja li jmiss.” San Rikardu ta’ San Lawrenz

Riflessjoni: Il-Knisja sa mill-bidu fittxet li tfissru b’dan il-mod: il-misteru tal-inkarnazzjoni kien ta’ għajnuna għall-Knisja biex tidħol aktar fil-fond u tara b’mod aktar ċar il-misteru ta’ Omm il-Verb magħmul bniedem. Il-Konċilju ta’ Efesu (431) kellu importanza deċisiva f’din il-ħaġa, għaliex matulu, b’ferħ kbir tal-Insara, il-verità li l-Verġni Marija hi Omm Alla ġiet imwettqa b’mod l-aktar solenni, bħala verità tal-fidi tal-Knisja. Marija hi Omm Alla (Theotokos) għaliex bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu nisslet fil-ġuf tagħha ta’ verġni u tat lid-dinja lil Ġesù Kristu, l-iben ta’ Alla li hu ħaġa waħda mal-Missier. “L-iben ta’ Alla… imwieled minn Marija Verġni… sar tassew wieħed minna”, bniedem bħalna. Hekk, permezz tal-misteru ta’ Kristu, fuq ix-xefaq tal-fidi tal-Knisja, jiddi fil-milja kollha tiegħu l-misteru ta’ ommu. Min-naħa l-oħra, id-domma li l-Verġni Marija hi omm Alla, għall-Konċilju ta’ Efesu u għall-Knisja, kienet qisha tissiġilla d-domma tal-inkarnazzjoni, li biha l-Verb sar tassew bniedem bħalna, fl-għaqda tal-persuna divina tiegħu, mingħajr ma ħassar fih in-natura ta’ bniedem.

Papa Ġwanni Pawlu II, Redemptoris Mater

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, silta mill-1 punt

Today the Church celebrates the feast of the holy name of the Most Blessed Virgin to teach us how useful and advantageous it is for us to invoke her holy name in our needs. The name Mary, by which we honor the Most Blessed Virgin, means star of the sea. It is, says Saint Bernard, very well given to her, because she is indeed a star that enlightens, guides, and leads us to a harbor in the stormy sea of this world. This holy Virgin, says the same saint, is for us the star that rose out of Jacob, whose ray, which is Jesus Christ, enlightens the whole world, for she conceived him in her virginal womb like a star that sends forth its rays without any corruption and enlightens all the world, as Saint Bernard expresses it, following Saint John’s Gospel. She is this clear and brilliant star, says Saint Bernard, rising above this great and spacious sea, shining by her merits, and enlightening by her example.

Page 28: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 27

TALBA

Imbierka int, O Marija, xhud siekta tal-Għid il-Kbir!

Int, o omm ta’ dak l-imsallab, issa rxuxtat,

li waqt is-siegħa tat-tbatija u l-mewt żammejt ħajja l-fjamma tat-tama,

għallimna nkunu wkoll, f’dan il-wied tad-dmugħ,

konvinti u xhieda ferrieħa tal-ħajja u l-imħabba, miġjuba fid-dinja mill-Feddej Irxoxt.

San Ġwanni Pawlu II, Papa

Missierna ...

Il-Ġimgħa, it-13 ta’ Settembru San Ġwann Griżostmu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Timotju 1: 1,2,12-14 Qabel kont midgħi, iżda sibt il-ħniena. 2. Salm 15 :1,2a,5,7,8,11 Mulej, inti s-sehem tal-wirt tiegħi. 3. Luqa 6: 39-42 Jista’ għama jmexxi għama ieħor? SAN ĠWANN GRIŻOSTMU (347-407) Twieled Antjokja, mit-tribun Sekondu u minn Antusa, qalb il-għana u l-unuri.

Missieru miet kmieni u kienet ommu li għallmitu r-reliġjon Nisranija. Kien dixxiplu tar-retori Libanju u tal-filosofu Andraganzju; iżda kien aktar

għal qalbu t-tagħlim u l-ispirtu tal-Vanġelu milli l-elokwenza u l-għerf. Mill-iskola għadda għall-qorti (forum), fejn wera li kien diġà “kapaċi”; iżda

malajr xeba’, u wara fuq l-eżempju ta’ ħabibu Bażilju, inġabar fis-solitudini u ta ruħu għall-istudji tal-Iskrittura.

Fit-381, l-Isqof Melezju ordnah djaknu, u s-suċċessur tiegħu Flavjanu, ordnah saċerdot ħames snin wara u tah f’idejh il-katekiżmu tal-poplu fil-katidral fejn għal għaxar snin kellu suċċess mill-aqwa. Anke l-Lhud u l-pagani kienu jmorru jisimgħu l-omeliji tiegħu.

Wara l-mewt ta’ Nettarju (397), patrijarka ta’ Kostantinopoli, Ewtropju riedu bħala suċċessur, u Teofilu, patrijarka ta’ Lixandra, kellu jikkonsagrah isqof, kontra x-xewqa tiegħu (398).

Page 29: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

28 SIGNUM FIDEI

Kollu ħeġġa, ħaseb l-ewwelnett biex jikkoreġi d-drawwiet ħżiena tal-poplu u tal-kleru. Il-poplu kien miegħu bi sħiħ, iżda wħud min-nobbli u mill-kleru daru kontrih.

Teofilu, fl-403 kien mar Kostantinopoli u, b’għira għall-patrijarka ta’ Kostantinopoli, ġibed ukoll lejh l-Imperatriċi Ewdossja, li wara l-waqgħa ta’ Ewtropju bdiet tagħmel li trid bid-dgħajjef Imperatur Arkadju. Hu rnexxielu jlaqqa’ 36 isqof, fil-konċilju tal-‘Balluta’, fil-Bitinja, fejn Ġwanni ġie kkundannat, imniżżel mit-tron u eżiljat mill-belt. Iżda l-poplu qabeż għalih, u l-imperatriċi kellha terġa’ ssejjaħlu: il-baħar tal-Bosforu mtela bix-xwieni li marru jilqgħuh.

Iżda l-kalma ma damitx. Wara xahrejn, l-imperatriċi reġgħet ftehmet ma’ Teofilu, laqqgħet konċiljabolu ieħor, u l-patrijarka reġa’ ġie kkundannat u mkeċċi.

Ġwanni Griżostmu ġie mibgħut l-ewwel Kukużu fl-Armenja (404), u mbagħad ittieħed f’vagun miġbud mill-barrin f’post aktar ’il bogħod ħdejn il-Baħar l-Iswed fejn miet fit-triq fl-14 ta’ Settembru tal-407 minħabba l-istrapazz u l-għejja.

L-aħħar kelma tiegħu kienet: “Ikun imfaħħar Alla f’kollox”. Ġismu jinsab fil-knisja ta’ San Pietru, f’Ruma. L-opri ta’ dan il-kbir oratur Nisrani huma bosta. Fosthom magħduda bħala

l-opra ewlenija, it-tmenin omelija fuq San Mattew; kif ukoll l-opra “De Sacerdotio”, djalogu mill-isbaħ, f’sitt taqsimiet.

Riflessjoni: B’din il-parabbola Ġesù jgħidilna li n-nuqqasijiet tagħna stess jdgħajfu l-perċezzjonijiet tagħna b'mod iebes, filwaqt li jibqgħu moħbija. Għaldaqstant naslu biex niġġudikaw ħażin lill-oħrajn, mingħajr ma nagħtu kas tal-perċezzjonijiet mudlama tagħna dwarhom. Bħat-travu tal-parabbola ta’ Ġesù, in-nuqqasijiet tagħna jinsabu wisq midfunin ġewwa fina nfusna biex jidhru fil-ħarsa normali tagħna u joħorġu għad-dawl biss meta nagħmlu sforz qawwi biex nikxfuhom. Jekk bi tbatija nitgħabbew b'dan ix-xogħol waħedna, kunfidenti biss fl-abbiltajiet tagħna stess biex ngħinu lilna nfusna, ma ndumux ma nispiċċaw fid-disperazzjoni, konfużi u megħluba min-nuqqasijiet tagħna. Jekk nilmħu l-mod kif Alla jara lid-dinja u lilna kif ninsabu fiha, allura nkunu nistgħu nwettqu din il-biċċa xogħol iebsa aħjar.

Fr. Timothy Bellamah, addattata mill-ktieb: “Praying with Saint Luke’s Gospel”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 69 silta, mit-3 punt

The profession you exercise places you under the obligation of being among people of the world every day, where even the least of your actions is observed. This ought to motivate you not to omit anything to be an example of all kinds of virtues in the eyes of the secular people among whom you must live. You ought to seek to edify them particularly by your seriousness and self-control. If they notice in you any signs of levity or thoughtlessness, they will easily be

Page 30: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 29

scandalized, whereas if you go among them in a reserved manner, they will have a high regard for you. To this might be added, what the Wise Man says, that people judge others by their external appearance. So people will readily come to the conclusion, that there is little piety and recollection in you whenever they see you in thoughtless behavior. But if you show a simple and serious exterior, people will soon conclude that your inner life too is well-controlled and that there is reason to believe that you are fit to educate your disciples in the Christian spirit.

TALBA O Alla,

int tkellimt kliem il-ħajja bl-elokwenza tal-qaddej fidil tiegħek

li int sejjaħt biex ixandar l-aħbar it-tajba tas-salvazzjoni.

Bl-eżempju u l-interċessjoni ta’ San Ġwann Kriżostmu,

qajjem fi żmienna predikaturi kuraġġjużi u konvinċenti biex jagħtu l-ħajja lill-fidi, ifejjqu l-qlub maqsuma

u joffru ħajja ġdida, bi Kristu Sidna,

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Is-Sibt, l-14 ta’ Settembru L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Numri 21: 4b-9 Meta xi ħadd kien jisfa’ migdum, kien iħares lejh u jfiq.

jew Fillippin 2: 6-11 Ċekken lilu nnifsu; għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet. 2. Salm 77: 1,2,34-38 Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla. 3. Ġwanni 3: 13-17 Jinħtieġ li Bin il-bniedem ikun merfugħ.

Page 31: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

30 SIGNUM FIDEI

L-EŻALTAZZJONI TAS-SALIB Ilum il-Knisja tagħti l-ikbar qima lis-Salib Imqaddes bħala l-istrument tal-

aqwa rebħa, għax hu l-istrument tal-fidwa. Dan hu l-jum tad-dedikazzjoni tal-Knisja, mibnija mill-Imperatur Kostantinu

u minn ommu Sant’Elena fuq il-Kalvarju. Infakkru għalhekk illum is-sejba tas-salib fis-sena 326 (li qabel kienet issir fit-3 ta’ Mejju), kif ukoll ir-ritorn trijonfali tar-relikwija tas-salib għal Ġerusalemm, fis-sena 630, meta l-Imperatur Heraclius kiseb ir-rebħa fuq il-Persjani.

Importanti ferm ġewwa Ruma, il-Bażilika ta’ Santa Croce in Gerusalemme (illum tal-Benedittini Ċisterċensi), mibnija wkoll, l-ewwel darba mill-Imperatur Kostantinu u Sant’Elena, biex tħares diversi relikwiji tal-passjoni.

Niftakru fl-aħħarnett li s-sinjal tan-Nisrani hu s-sinjal tas-salib, u li San Pawl ma setax jiftaħar jekk mhux bis-salib tal-Mulej Ġesù.

Riflessjoni: Għax l-imħabba tħaddan fiha l-eżistenza kollha kemm hi, f’kull dimensjoni tagħha, ukoll iż-żmien. Ma jistax ikun mod ieħor, billi l-wegħda tagħha tħares dritt lejn għan preċiż: l-imħabba tħares lejn l-eternità. Hekk hu, l-imħabba hija “estasi”, iżda estasi li ma tfissirx ħin ta’ sakra, imma estasi bħala mixja, bħala ħarġa dejjiema mill-egoiżmu magħluq fih innifsu lejn il-ħelsien minnu fl-għotja ta’ dak li jkun, u sewwa sew ħarġa lejn l-għarfien tiegħu nnifsu, anzi lejn l-għarfien ta’ Alla: “Min ifittex li jsalva ħajtu, jitlifha; iżda min jitlifha, isalvaha” (Lq. 17:33), qal Ġesù - din l-istqarrija tiegħu tinsab f’diversi bnadi tal-Evanġelju (ara Mt. 10:39; 16:25; Mk. 8:35; Lq. 9:24; Ìw 12:25). B’dan, Ġesù jpinġi l-mixja tiegħu nnifsu li permezz tas-salib wasslitu għall-qawmien; il-proċess tal-ħabba tal-qamħ li taqa’ fl-art u tmut u hekk tagħti ħafna frott. Mill-istess qalba tas-sagrifiċċju personali tiegħu u tal-imħabba li fih laħqet il-perfezzjoni, b’dawn il-kelmiet huwa fisser ukoll il-qofol tal-imħabba u sewwa sew il-qofol tal-ħajja umana fiha nnifisha.

Il-Papa Bendittu XVI, Alla huwa Mħabba

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.165, it-tieni punt

It is not fitting that the honor we must pay to the cross of our Lord be limited to showing it respect and to adoring it. Rather, we must love it with all the affection of our heart and desire to die attached to it as Jesus Christ our divine Master desired. For, as the author of the Imitation says, those who embrace the cross of Jesus Christ with a good heart need not fear the dreadful sentence of damnation. Because we have been freed from sin by means of it, we must not doubt (and we ought to have this confidence) that if we love the cross in union with Jesus Christ, who loved it tenderly and bore it with extreme joy, all the miseries of this life will become pleasant and agreeable to us. In this way we will be truly happy, having found our paradise in this world, because we will have entered into the sharing of the suffering spirit of Jesus Christ, who has reconciled us by his death on this holy cross, as Saint Paul says, and made us holy, pure, and beyond reproach before God.

Page 32: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 31

Let us, then, consider attentively how much we owe to this sacred wood for having contributed this way to our sanctification. By a zeal of ardent love, let us raise it up to Jesus Christ to unite it to him, for he still loves it now, as he loves our salvation, and is glad to have borne it for our sanctification. Therefore, when you have some trouble, unite with Jesus suffering. Love his cross, because you are one of his members; this union and love will soothe your pains and make them much more tolerable.

TALBA

lil Ġesù msallab O Ġesù maħbub tiegħi,

mixħut għarkupptejja quddiemek, nitolbok bl-akbar ħrara li tnissel f’qalbi,

twemmin, tama u mħabba l-aktar qawwija, kif ukoll indiema kbira ta’ dnubieti,

u fehma sħiħa li ma nerġax noffendik; filwaqt li jiena, bl-imħabba u bil-ħniena kollha,

sejjer naħseb fuq il-ħames pjagi tiegħek, b’dak il-kliem quddiem għajnejja,

li qal fuqek il-profeta David: ‘Nifduli idejja u riġlejja:

għaddewli l-għadam tiegħi kollu.’

Missierna ...

Il-Ħadd, il-15 ta’ Settembru Id-Duluri tal-Verġni Mqaddsa Marija

L-24 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 32: 7-11.13-14 Il-Mulej nidem mid-deni li qal li kien se jagħmel

lill-poplu tiegħu. 2. Salm 50: 3-4.12-13.17 u 19 Inqum u mmur għand missieri. 3. 1 Timotju 1: 12-17 Kristu Ġesù ġie fid-dinja biex isalva ’l-midinbin. 4. Luqa 15: 1-32 Ikun hemm ferħ fost l-anġli ta’ Alla għal midneb

wieħed li jindem.

Page 33: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

32 SIGNUM FIDEI

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAD-DULURI Il-Knisja tfakkar id-Dulur tal-Madonna darbtejn matul is-sena: nhar il-

Ġimgħa tal-ġimgħa tal-passjoni (il-ġimgħa ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira), u llum il-15 ta’ Settembru. L-ewwel waħda nbdiet f’Cologne, il-Ġermanja, fis-seklu ħmistax bħala tpattija tal-ereżija ta’ Ġovanni Hus. Dik tal-lum bdewha l-Patrijiet Serviti meta fl-1668 qalgħu permess mingħand il-Papa biex jiċċelebraw il-festa tas-Seba’ Duluri fit-tielet Ħadd ta’ Settembru. Meta mbagħad il-Papa Piju VII fl-1814 irritorna mill-eżilju estenda din il-festa għall-Knisja kollha bħala tifkira ta’ kemm il-Knisja (u hu personalment) batiet minn Napuljun. Imbagħad, il-Papa San Piju X, meta għamel ir-riforma tal-kalendarju liturġiku, iffissa d-data tal-festa fil-15 ta’ Settembru, fl-Ottava tat-Twelid tal-Verġni Marija. Il-Madonna sofriet mhux għax kellha xi dnub. It-tnissil tagħha kien immakulat. Il-ħajja tagħha kienet bla l-iċken dnub.

Is-Seba’ Duluri nistgħu nniżżluhom hekk: 1. Il-profezija ta’ Xmun fit-tempju. 2. Il-ħarba lejn l-Eġittu, triq ta’ 480 kilometru, bit-tarbija Ġesù ta’

inqas minn sena. 3. It-telfa ta’ Ġesù. 4. Il-laqgħa tagħha ma’ Ġesù jġorr is-salib fi triqtu lejn il-Kalvarju. 5. Il-kruċifissjoni. 6. Ġesù mejjet fi ħdanha. 7. Id-difna ta’ Ġesù.

“Forsi ma kinitx taqta’ aktar minn sejf dik il-kelma li nifditlek tassew ruħek, kelma li tinfed sa fejn jinfirdu minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu: Mara, hawn hu ibnek? X’bidla din! Ingħatalek Ġwanni minflok Ġesù, l-ilsir minflok is-sid, id-dixxiplu minflok l-imgħallem, bin Żebedew minflok Bin Alla, bniedem sempliċi minflok Alla veru! Kif jista’ jkun li kelma bħal din ma tinfidlekx il-qalb l-iżjed ħelwa tiegħek meta aħna, imqar jekk biss niftakru fiha, inħossuha taqsmilna qalbna, avolja qalb iebsa daqs il-ħadid u ż-żonqor?”

Mill-omelija ta’ San. Bernard

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-Vanġelu ta’ San Luqa llum ipoġġielna tliet parabboli, tan-nagħġa l-mitlufa, tal-armla li tfittex il-munita u tal-iben il-ħali. Dawn huma l-qalba tal-Vanġelu, sewwa sew f’nofs il-vjaġġ ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm. Juru l-personalità ta’ Alla kif dehret lilna fil-kliem u fl-għemil ta’ Ġesù. Juru wkoll minn huma l-veri wlied ta’ Alla.

Minn dawn il-parabboli nistgħu nagħarfu min huma l-personaġġi tat-tliet parabboli fis-silta tal-lum. Ir-ragħaj li jfittex in-nagħġa l-mitlufa, il-mara li tiknes id-dar biex issib il-munita li ntilfitilha, u l-missier tal-iben il-ħali, huma Alla nnifsu, kif wera l-imħabba tiegħu fil-kliem u fl-imġiba ta’ Ġesù.

In-nagħġa l-mitlufa, il-munita u l-iben iż-żgħir huma l-midinbin li huma l-għożża ta’ Alla li qiegħed ifittixhom bla waqfien.

Page 34: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 33

Fil-parabbola tal-iben iż-żgħir, naraw kif dan l-iben ħejja diskors ta’ ndiema li kien maqsum fi tliet partijiet: stqarrija tad-dnub, stqarrija li tilef il-kudizzjonijiet ta’ iben u jitlob li jiġi milqugħ bħala qaddej.

Madanakollu, il-missier kien qiegħed jistennih u mingħajr ma jħallih jgħid xejn, inxteħet biex jgħannqu, libbsu l-isbaħ libsa bħala sinjal li huwa persuna importanti, libbsu ċurkett bħala sinjal ta’ setgħa, libbsu sandli f’riġlejh bħala sinjal tal-ħelsien mill-ġdid u għamilu festa ta’ ferħ għax l-iben reġa’ lura għand il-missier.

Aħseb ftit: o Alla jinkwieta meta xi ħadd jintilef u jifraħ meta jinstab – Alla jibqa’ jittama

dejjem. o Għal Alla n-nagħġa l-mitlufa hija aktar importanti u jibqa’ jfittixha bil-ħerqa. o Min hu tassew dixxiplu ta’ Ġesù jrid ikollu impenn sħiħ biex ifittex lil dawk li

tilfu t-triq.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 7, silta mit-2 punt Is it not an abomination, indeed, to find that sin and disregard for the Rule exist in a house where the Spirit of God ought to be the only guide and where people who ought to breathe only God and think only of pleasing God, because they have consecrated themselves to his service, neglect him or abandon him entirely out of boredom to satisfy their inclinations or even their passions? What desolation this brings about in a community, for there is no union or peace where God is not found! Those who behave this way are thieves, to use our Lord’s expression in the Gospel, because they steal the bread they eat and occupy the place of others who prefer to live according to the spirit andnthe Rule of this community. Take care not to fall into such an evil.

TALBA

O Verġni Mbierka, bil-qawwa tiegħek agħmel li l-passjoni u l-mewt ta’ Kristu ibnek u d-duluri tiegħek ma jkunux bla frott għalija.

Ammen San Ġorġ Preca

Missierna ...

Page 35: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

34 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, is-16 ta’ Settembru San Kornelju – Papa

San Ċiprijanu – isqof ta’ Kartaġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.1Timotju 2: 1-8 Nitolbok li jsiru suppliki lil Alla għall-bnedmin kollha, li

jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw. 2. Salm 27: 2,7-9 Imbierek il-Mulej, għax sema’ leħen it-tnehid tiegħi. 3. Luqa 7: 1-10 Anqas f’Iżrael ma sibt fidi bħal din. Mill-Istorja tal-Istitut: Bħal-lum fis-798, Brother Agathon – is-superjur ġenerali tal-ordni tal-Brothers, miet waħdu, ma kellu ’l ħadd biex idur bih, kważi għama u trux, ftit wara li ġie meħlus mill-ħabs fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża, wara li ra l-qerda tal-istitut tal-Brothers. Kien Brother Agathon li żviluppa t-tnax il-virtù li bihom għandu jkun mżejjen l-għalliem. Ktieb imprezzabbli għal kull għalliem. Bro.Louis Camilleri

SAN ĊIPRIJANU (210? – 258) – isqof u marti San Ċiprijanu twieled f’Kartaġni, fl-Afrika, fis-sena 210, għand familja

pagana. Sar oratur famuż, kien għani, u fuq kollox kellu karattru mżejjen b’ħafna virtujiet.

Fis-sena 246, ħaddan il-Kristjaneżmu. Sa mill-bidu tal-konverżjoni tiegħu, okkupa fil-Knisja ta’ Kartaġni post prominenti minħabba l-pożizzjoni għolja soċjali li kellu.

Sentejn wara l-magħmudija sar qassis, u sena wara (249), inħatar isqof ta’ beltu. Mexxa l-knisja tajjeb ħafna. Kien bniedem għaqli, għaref u maħbub mill-poplu.

Meta Deċju beda l-persekuzzjoni tiegħu kontra l-Insara fil-bidu tas-sena 250, Ċiprijanu mar jgħix fil-moħbi, iżda żamm kuntatt mad-djoċesi tiegħu bl-ittri li kien jibgħat spiss.

Wara l-mewt ta’ Deċju, Ċiprijanu reġa’ lura lejn Kartaġni. Flimkien mal-Papa Kornelju rreżista n-Novazjaniżmu, u kien jilqa’ lura fil-Knisja lil dawk li kienu ċaħduha fil-persekuzzjoni. Iżda sfortunatament ċaħad il-validità tal-magħmudija mogħtija mix-xiżmatiċi. Sadanittant il-Papa miet; is-suċċessur tiegħu San Luċju miet martri f’inqas minn sena; u San Stiefnu l li dam Papa tliet snin kien għoddu wasal biex jiskomunika lil Ċiprijanu li kien baqa’ jsostni l-opinjoni żbaljata tiegħu. Wara San Stiefnu l laħaq San Sistu II li fetaħ djalogu ma’ Ċiprijanu, iżda ma tkompliex minħabba l-persekuzzjoni ta’ Valerjanu, għax Ċiprijanu kien eżiljat f’Kurubis fejn is-suldati qatluh billi qatgħulu rasu fl-14 ta’ Settembru 258.

Page 36: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 35

Riflessjoni, Il-Fidi (Salm 27: 1-4): Il-Mulej, id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi; minn min għandi nibża'? Il-Mulej hu l-kenn tiegħi; quddiem min għandi nitwerwer? Meta jqumu għalija l-ħżiena, biex jaħtfuni u jikluni, dawk li għandhom għalija, l-għedewwa tiegħi, huma jitfixklu u jaqgħu. Imqar jekk eżerċtu jqum għalija, xejn ma tibża' qalbi; imqar jekk gwerra tqum kontrija, jiena nibqa' qalbi qawwija. Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej, ħaġa waħda nfittex: li ngħammar f'dar il-Mulej tul il-jiem kollha ta' ħajti; biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej jien u nħares lejn it-tempju tiegħu. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 32, it-2 punt On entering the upper room, our Lord radiated such an aura of his divinity that Saint Thomas, unbelieving until then, catching sight of Jesus Christ and of his wounds, was deeply moved, for at that moment Jesus Christ filled him with faith and made him understand in one instant by a vision and a deepening of his faith what previously had been hidden from him. In this way Jesus Christ, entering a soul, raises it so far above all human sentiments, through the faith that enlivens it, that it sees nothing except by the light of faith. No matter what anyone does to such a soul, nothing can disturb its constancy, make it abandon God’s service, or even diminish in the least degree the ardor it feels for God, because the darkness that previously blinded its spirit is changed into an admirable light. As a result, the soul no longer sees anything except by the eyes of faith. Do you feel that you have this disposition? Pray to the risen Christ to give it to you.

TALBA

Mulej Ġesù, għarraftna dak li hu tajjeb u titlobna li nipprietkaw

il-ġustizzja u l-ħniena u l-mogħdrija u bl-umiltà kollha nimxu miegħek.

Inti ma ġejtx, la biex tiġġudika u lanqas biex tikkundanna,

imma biex taħt il-gwida tiegħek tgħinna nerġgħu nġeddu rabta miegħek għal dejjem.

Iva Mulej! Alla tiegħi, jiena nemmen fik. Mulej tiegħi u Alla tiegħi,

jiena nittama kollox mingħandek. Mulej u Alla tiegħi, jiena nħobbok.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 37: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

36 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, is-17 ta’ Settembru San Albertu ta’ Ġerusalemm – isqof

San Robertu Bellarmino – isqof u duttur tal-Knisja Santa Ildegarda – verġni

L-Għoti tal-Pjagi lil San Franġisk ta’ Assisi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Timotju 3: 1-13 L-isqof ikun bniedem li ma ssibx xi tgħid fih. Id-djakni

għandhom iżommu sħiħ il-misteru tal-fidi b’kuxjenza safja.

2. Salm 100:1-3ab,5,6 Irrid nimxi b’qalb safja. 3. Luqa 7: 11-17 Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!

L-GĦOTI TAL-PJAGI LIL SAN FRANĠISK TA’ ASSISI Illum il-Franġiskani jfakkru meta l-fundatur tagħhom San Franġisk t’Assisi rċieva l-pjagi ta’ Kristu fl-1224, sentejn qabel ma miet. F’Awwissu tal-1224, flimkien ma’ ftit ħbieb ta’ ġewwa, il-qaddis irtira fuq il-muntanja Alvernja biex jinġabar fis-skiet u l-penitenza bħala tħejjija ta’ 40 jum għall-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu (29 ta’ Settembru). Waqt li kien jitlob, aktarx filgħodu kmieni tal-14 ta’ Settembru, lemaħ fl-ajru bħal raġel f’forma ta’ serafin b’sitt ġwienaħ, b’idejh u saqajh imsammrin ma’ salib. Wara li għebet id-dehra, Franġisku sab idejh, riġlejh u l-kustat stampati bil-marki tal-passjoni ta’ Kristu, li kienu jnixxu d-demm u kawża ta’ uġigħ kbir. Dawn il-pjagi, il-qaddis baqa’ jġibhom f’ġismu sakemm miet. Hawn għandna l-ewwel każ tal-istigmata fl-istorja tal-Knisja. Fi żminijietna dan il-fenominu deher ukoll fuq il-qaddis Kappuċċin San Piju ta’ Pietrelcina li l-festa tiegħu taħbat fit-23 ta’ Settembru.

SAN ROBERTU BELLARMINO (1542-1621) Robertu kien it-tielet minn għaxar ulied ta’ familja nobbli li fiha t-talb u l-qadi

tal-oħrajn kellhom importanza kbira. Huwa kien in-neputi tal-Papa Marċell II.

Hu daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù meta kellu 18-il sena. Kien ordnat saċerdot nhar il-Lunzjata, fil-25 ta’ Marzu 1570.

Robertu kien bniedem qasir ħafna tant li kemm-il darba kellu juża banketta biex jipprietka f’pulpti għoljin fl-Ewropa. Hu kien ukoll ta’ saħħa dgħajfa imma, fl-istess ħin, kien ġgant f’ħafna ħwejjeġ oħra: kellu enerġija u talent għal kollox: studji, tagħlim, il-pulptu, direzzjoni spiritwali, amministrazzjoni u – fl-erba’ snin li għamel bħala arċisqof ta’ Capua – kura pastorali.

It-talent tiegħu jidher ukoll fil-pubblikazzjonijiet: grammatika tal-ilsien Lhudi, żewġ katekiżmi li kisbu suċċess kbir, l-opra “Kontroversji” f’4 volumi li biha sar l-aqwa apoloġista tal-Kontro-Riforma, u, ftit xhur qabel miet, ħareġ il-ktieb “L-Arti ta’ Kif Tmut Tajjeb.” Huwa sar librar tal-Vatikan.

Page 38: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 37

Fl-1598 ġie nominat kardinal kontra xewqtu. Fl-appartament tiegħu fil-Vatikan hu kien jiekol biss ikel milli jkun ippreparat

għall-fqar. Uża l-purtieri tal-kmamar tiegħu biex isiru lbiesi għall-fqar għax qal li l-ħitan ma jħossux bard.

Fl-1602 ġie maħtur arċisqof ta’ Capua, fejn qeda tant tajjeb il-missjoni tiegħu ta’ ragħaj spiritwali. Kien imsejjaħ Ruma wara erba’ snin (1605) biex jaħdem għad-difiża tal-Knisja kontra l-ereżiji ta’ żmienu. Kien il-kunsillier ta’ ħames papiet. Għal 15-il sena kien l-aktar kardinal imsemmi fil-Kurja. Kellu parti ewlenija fil-kwistjoni li nqalgħet ma’ Galileo Galilei, li kien ħabib tiegħu, u mess lilu li jwissi lil dan ix-xjenzjat li t-teorija ta’ Copernicus ma setgħetx tiġi milqugħa bħala fatt qabel ma tkun ippruvata.

Robertu Bellarminu miet fis-17 ta’ Settembru 1621 fin-novizzjat tal-Ġiżwiti wara li rreċita l-Kredu u rċieva l-barka tal-Papa. Kellu 79 sena. Hu l-patrun tal-Katekisti u tal-Katekumeni. Piju XI iddikjarah qaddis fl-1930 u duttur tal-Knisja 1931.

Riflessjoni: Il-karità tfisser, li permezz tagħha l-ebda bniedem ma jintilef, u mingħajrha l-ebda bniedem ma jsalva. San Robertu Bellarminu Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 173, silta mit-3 punt

He (St. Francis) fasted very rigorously almost all the year round. In winter he wore very little clothing, which made him suffer very much from the cold. He often spent his nights in prayer and took very severe disciplines. He practiced very harsh austerities, and he could say with Saint Paul that he was attached to the cross with Jesus Christ. For this reason, one time when he was at prayer, a Seraphim imprinted on his body the sacred stigmata of the Passion. He received this favor only after he had devoted himself to continual mortification. Imitate this great saint in the love he had for suffering, and see to it that either your mind or your body is always mortified. May this mortification be so effective in you that it reproduces on your body, so to speak, the sacred stigmata of Jesus Christ crucified.

TALBA O Alla

l-aktar għoli u glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi.

Sawwab fija fidi retta, tama ċerta u mħabba perfetta.

Agħtini, Mulej li nħoss u nagħraf lilek biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek.

Ammen. San Franġisk ta’ Assisi

Missierna ...

Page 39: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

38 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, it-18 ta’ Settembru San Ġużepp ta’ Copertino – reliġjuż

San Ġwann Macias – reliġjuż Il-Beatu Vittore III - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Timotju 3: 14-16 Kbir hu l-misteru tar-reliġjon tagħna. 2. Salm 110:1-6 Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej. 3. Luqa 7: 31-35 Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom

għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom. Mill-Istorja tal-Istitut: Bħal-lum, fl-1670, Ġwanni Battista De La Salle daħal is-seminarju ta’ Reims, biex jibda l-istudju tiegħu għas-saċerdozju. SAN ĠUŻEPP TA’ COPERTINO (1603-1663) Kien jismu Ġużeppi Marija Desa u twieled f’Copertino (Lecce), l-Italja, iben

wieħed jagħmel il-karrijiet. Ommu wellditu fi stalla tal-pajjiż. Ġużeppi ma kellux wisq tagħlim, għax ma tantx attenda skola minħabba l-

faqar u l-mard. Terġa’ hu kien tifel moħħu ma jagħtihx u jitlagħlu malajr. Ipprova jitgħallem is-sengħa ta’ skarpan, iżda ma rnexxilux.

Ipprova jidħol f’kunvent. Il-Franġiskani Konventwali ma ridux idaħħluh magħhom u l-Kappuċċini bagħtuh lura wara 8 xhur.

Fl-aħħar kien milqugħ bħala qaddej mill-Konventwali u ngħata l-abitu bħala membru tat-terz’ordni.

Sar ġwejjed, umli u jagħmel penitenzi u minkejja ħafna diffikultajiet, hu ġie ordnat saċerdot.

Huwa beda jkollu ħafna estasijiet, kien iwettaq mirakli ta’ fejqan u kellu ħafna ġrajjiet sopranaturali. Kien ukoll jinqata’ mill-art. Biex jevitaw il-ħafna nies li kienu jiġu jfittxuh, is-superjuri tiegħu kienu jibagħtuh minn kunvent għall-ieħor, iżda l-folol kienu jsibu fejn ikun. Għal 35 sena sħaħ ma kienx imħolli jqaddes fil-pubbliku.

Il-qaddis kellu d-don tax-xjenza infuża u minħabba f’hekk kienu jfittxuh għall-pariri anki t-Teoloġi.

Kien jaf jaċċetta t-tbatija bl-akbar sempliċità. Kien il-ħin kollu jħeġġeġ lin-nies: “Itolbu, itolbu! Jekk intom imħabbtin bin-nixfa jew distrazzjonijiet, għidu t-talba tal-Missierna u tkunu qegħdin titolbu vokalment u mentalment.”

San Ġużepp ta’ Copertino miet fil-kunvent ta’ San Franġisk f’Osimo fit-18 ta’ Settembru 1663 meta kellu 60 sena.

Kien iddikjarat beatu fl-24 ta’ Frar 1753 mill-Papa Benedittu XIV, u ddikjarat qaddis fis-16 ta’ Lulju 1767 mill-Papa Klement XIII.

Page 40: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 39

Hu l-qaddis imsejjaħ mill-istudenti għal waqt l-eżamijiet. Riflessjoni: Kieku kellu jiġi Ġesù fostna għal ġurnata, hawn fir-raħal tagħna, żgur li lkoll konna morru ħa narawh, b’ħerqa ikbar min meta ġie l-Papa jżurna. Tgħid x’kien jolqotna l-iktar fih? Min-naħa tiegħi, kif nara l-Evanġelji, naħseb li kienu jolqtuni żewġ ħwejjeġ; kif kien moħħu f’Missieru, dejjem jitkellem fuqu bħala l-iktar ħaġa għażiża f’ħajtu, u l-ħniena u mogħdrija tiegħu. “Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.” (Mt. 11:28) Fr. Harry Formosa S.J. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 34, silta mill-1 punt

The world’s joy will be brief; that of God’s servants will have no end. This much is clear from the words of the Gospel. Worldlings, says Jesus Christ, will rejoice, but for how long? At most, for as long as they remain in this world, but as soon as they leave this earth, that is, after this present life, their joy will end, and the sadness that will follow will be eternal. As for the joy of God’s servants, it will be such, says our Lord, that no one will be able to take it away from them. If now they experience trials and sorrows, these will last only for a short time; the joy that will follow their pains will have no end. Woe to those who think only of satisfying themselves in this world, for this satisfaction will not last!

TALBA

(Mt 6: 31) Mulej!

Int Missier li taħseb f’kulħadd u tibgħat u tilqa’.

Il-preżenza tiegħek hija mħabba, paċi u tama fit-tiġrib, kif ukoll fil-ferħ!

Nirrigrazzjak Ġesù għal din il-paċi li jien qed inħoss. Tkun magħmula r-rieda tiegħek.

Imma għinni Mulej biex inkun xhieda tat-tama f’ħajti,

ħalli nkun persuna li dejjem lesta biex nilqa’ lil kulħadd, naħfer lil kulħadd,

u nxerred il-paċi fost kulħadd. Agħmel li din il-paċi tinfirex

mad-dinja kollha! Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 41: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

40 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, id-19 ta’ Settembru San Gennaro – isqof u martri

San Franġisk Maria minn Camporosso – reliġjuż San Alfons de Orozco – presbiteru

Sant’Emilja De Rodat - reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Timotju 4: 12-16 Għasses fuqek innifsek u fuq it-tagħlim tiegħek; għax,

jekk tagħmel hekk, issalva lilek innifsek u lil dawk li jisimgħuk.

2. Salm 110: 7-10 Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej. 3. Luqa 7: 36-50 Dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet

ħafna.

SAN ĠENNARU († c. 305) - isqof u martri Ftit nafu dettalji ċerti dwar il-ħajja ta’ San Ġennaru, patrun ta’ Napli, ħlief li

kien isqof ta’ Benevento, belt qrib Napli. Aktarx li ħa l-martirju fil-persekuzzjoni taħt l-Imperatur Djoklezjanu, għall-

ħabta tas-sena 305. Skont il-leġġenda, Ġennaru mar iżur lil xi Nsara li kienu mixħutin il-ħabs, u

hu nnifsu kien arrestat flimkien ma’ sitt Insara oħra u kkundannati għall-mewt billi kienu mitfugħin fl-anfiteatru biex ikunu maqtulin mill-bhejjem selvaġġi.

Billi l-bhejjem ma għamlulhom ebda ħsara, ġew ikkundannati għal qtugħ ir-ras, u d-demm u l-fdal ta’ Ġennaru ttieħdu Napli.

San Ġennaru għandu post fil-kalendarju universali tal-Knisja minħabba li demmu jinħall 18-il darba kull sena fil-katidral ta’ Napli qrib il-festi tiegħu.

Filwaqt li l-poplu jkun qed jitlob, il-qassis jaqleb il-kunjett ta’ 4 pulzieri ’l fuq u ’l isfel, quddiem għajnejn in-nies, sakemm il-massa skura tad-demm tinħall.

Għalkemm saru ħafna eżamijiet xjentifiċi, dan il-fenomenu, li ilu jsir mill-inqas sa mill-1389, ma jistax jingħata spjegazzjoni naturali.

Riflessjoni: Ġesù kien diġà għallem hekk b’mod ċar meta, mistieden għall-ikel għand wieħed Fariżew, kienet resqet lejh waħda mara magħrufa minn kulħadd bħala midinba (ara Lq. 7:36-50). Hi kienet ksiet bil-fwieħa r-riġlejn ta’ Ġesù, xarrbitthomlu bid-dmugħ tagħha u xxuttathomlu b’xagħarha (ara v. 37-38). Quddiem ir-reazzjoni ta’ skandlu li kellu l-Fariżew, Ġesù wieġeb: “Id-dnubiet tagħha li kienu ħafna nħafrulha, għax ħabbet ħafna. Iżda lil min jinħafirlu ftit, ftit iħobb” (v. 47). Il-maħfra hija s-sinjal l-aktar viżibbli tal-imħabba tal-Missier, li Ġesù ried jiżvela f’ħajtu kollha. M’hemmx paġna tal-Evanġelju li ma ssegwix dan l-imperattiv tal-

Page 42: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 41

imħabba li jwassal għall-maħfra. Saħansitra fl-aħħar mumenti tal-ħajja tiegħu fuq din l-art, waqt li jiġi msammar mas-salib, Ġesù għandu kliem ta’ maħfra: “Missier, aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu” (Lq. 23:34).

Il-Papa Franġisku, silta mill-Ittra Appostolika Misericordia et Misera

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.196, l-1 punt

Be convinced of what Saint Paul says, that you plant and water the seed, but it is God through Jesus Christ who makes it grow and brings your work to fulfillment. So when it happens that you encounter some difficulty in the guidance of your disciples, when there are some who do not profit from your instructions and you observe a certain spirit of immorality in them, turn to God with confidence. Very insistently ask Jesus Christ to make his Spirit come alive in you, for he has chosen you to do his work. Consider Jesus Christ as the Good Shepherd of the Gospel, who seeks the lost sheep, puts it on his shoulders, and carries it back to restore it to the fold. Because you are taking his place, consider that you are obliged to do the same thing. Ask him for the grace needed to procure the conversion of hearts. You must, then, be very devoted to prayer to succeed in your ministry. You must constantly represent the needs of your disciples to Jesus Christ, explaining to him the difficulties that you have experienced in guiding them. Jesus Christ, seeing that you regard him as the one who can do everything in your work, whereas you are an instrument that must be moved only by him, will not fail to grant you what you ask of him.

TALBA

O Mulej, agħtini s-saħħa sabiex f’kull sitwazzjoni jkolli l-kuraġġ.

Agħtini l-imħabba sabiex inħobb lill-oħrajn kif tħobbhom int.

Agħtini l-għerf, sabiex inkun nista’ ngħin lill-oħrajn fil-mixja għas-suċċess.

Agħtini l-ħniena, sabiex naħfer lil kull min weġġgħani.

Agħtini l-paċi, sabiex nara s-sabiħ f’kulħadd.

Agħtini t-tama, sabiex qatt ma naqta’ qalbi.

Agħtini l-kuntentizza, sabiex inkun grat għall-grazzji kollha li tagħtini u agħtini l-grazzja li nżommok dejjem maġenbi.

Ammen. David Bennett

Missierna ...

Page 43: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

42 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, l-20 ta’ Settembru Santa Bertilla Boscardin - reliġjuża

Sant’Andrija Kim Taegon, San Pawl Chong Hasang u sħabhom – martri tal-Korea

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Timotju 6: 2ċ-12 Int, bniedem ta’ Alla, fittex li jkollok il-

ġustizzja. 2. Salm 48:6-10,17,18,19,20 Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-

Saltna tas-Smewwiet. 3. Luqa 8: 1-3 Kellu miegħu t-tnax u xi nisa li kienu

jaqduhom minn ġidhom. SANTA BERTILLA BOSCARDIN (1888-1922) - reliġjuża Kienet bint familja ta’ bdiewa fqar ħafna. Qabel daħlet reliġjuża kien jisimha

Anna Francesca. Missierha Anġlu, li kien bniedem nervuż għall-aħħar, ħareġ lil bintu fit-tielet sena tal-iskola elementari biex tmur tirgħa l-bhejjem; minħabba f’hekk hi baqgħet ta’ ftit skola, tant li kienu jsejħulha l-“oca” (papra) jew “l-istupida”. Però ħadet formazzjoni reliġjuża soda mingħand ommha.

Biex tgħin lill-familja daħlet bħala seftura ma’ familja qrib id-dar tagħha. Kellha xewqa kbira li tingħata kollha kemm hi lil Alla, u meta kienet tkun ma’ ommha u tara xi sorijiet kienet tgħidilha li trid tingħaqad f’kongregazzjoni reliġjuża.

Min-natura tagħha kienet bniedma kalma, u meta l-konfessur tagħha għaraf il-vokazzjoni reliġjuża, il-kappillan qabad jidħak għax qatt ma seta’ jifhem li bniedma mhi kapaċi għal xejn setgħet tkun xi darba reliġjuża. Minkejja dan, huwa bagħatha f’kunvent fil-qrib, imma ma aċċettawhiex.

Meta kellha sittax-il sena hi ġiet aċċettata mas-sorijiet ta’ Santa Dorotea f’Viċenza u tawha l-isem ta’ Bertilla.

Għal sena Bertilla ħadmet fil-kċina, fil-forn, fil-ħasil u xogħol ieħor bħal dan. Wara ntbagħtet titgħallem ta’ infermiera fi Treviso, fejn is-sorijiet kienu jmexxu l-isptar muniċipali. Hemm ġiet mitluba tgħin fil-kċina u tgħin fit-taqsima tat-tfal.

Minn hemm ’l quddiem Bertilla ddedikat ruħha għall-morda. Imma ftit wara hija stess mardet, u għal tnax-il sena baqgħet issofri uġigħ kontinwu minn marda tal-kanċer fl-intern li, avolja kienet operata għalih, xorta waħda baqgħet issofri minnu sa ma mietet fl-20 ta’ Ottubru 1922, ta’ 36 sena.

Bertilla fasslet ħajjitha fuq it-Triq tal-Qdusija kif tidher fil-kitba ta’ Santa Tereża ta’ Lisiuex.

Page 44: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 43

Il-fama ta’ qdusitha fost il-poplu – li kien jaf kemm kienet iddur u tgħin ’il-morda minkejja li hija nnifisha kienet tkun muġugħa – kienet iġġib ħafna nies fuq qabarha u saru bosta mirakli.

Meta ġiet ibbeatifikata fl-1952 kienu preżenti ħafna minn niesha kif ukoll nies li kienet iddur bihom fil-mard tagħhom.

Santa Bertilla Boscardin ġiet iddikjarata qaddisa mill-Papa Ġwanni XXIII fl-1961.

Riflessjoni: Huwa tajjeb li nirriflettu minn żmien għal żmien fuq il-kmandamenti ta' Alla, mhux biss b'mod ġenerali imma wkoll fuq il-kmandamenti partikolari għall-vokazzjoni ta’ kull persuna. Jekk insibu li jġegħluna li nistmerruhom, għaliex dan? Huwa biss ir-rieda tagħna, li rridu kollox kif nixtiequ aħna. Ħafna drabi jiġri li aħna nixtiequ nagħmlu xi ħaġa li m’aħniex ikkmandati li nagħmlu, imma jekk l-istess ħaġa tkun ikkmandata lilna, ma rridux nagħmluha. Minn dan jista' jkun li jidhrilna li rridu naqdu lil Alla bil-mod tagħna stess u mhux kif irid hu.

San Franġisk de Sales Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Siltiet minn ittri li De La Salle kiteb lil diversi Brothers dwar il-vokazzjoni: All that you now ought to devote yourself to is to respond faithfully to your

vocation, not to question it. I am very happy that you have a high esteem for your vocation. Every state of life has its own difficulties. You must not be surprised at

having to suffer. This is part of the plan of God, who wishes us to gain merit in this way.

You are right in saying that the thoughts you indulge in from time to time about the difficulties of your vocation are nothing but a deception of the devil, who seeks only to discourage you and to prevent you from lovingly bearing the hardships that are part of it.

TALBA

Mulej Ġesù, għarraftna dak li hu tajjeb u titlobna li nipprietkaw

il-ġustizzja, il-ħniena u l-mogħdrija u bl-umiltà kollha nimxu miegħek.

Inti ma ġejtx, la biex tiġġudika u lanqas biex tikkundanna,

imma biex taħt il-gwida tiegħek tgħinna nerġgħu nġeddu rabta miegħek għal dejjem.

Iva Mulej! Alla tiegħi, jiena nemmen fik. Mulej tiegħi u Alla tiegħi,

jiena nittama kollox mingħandek. Mulej u Alla tiegħi, jiena nħobbok.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 45: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

44 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, il-21 ta’ Settembru San Mattew - appostlu u evanġelista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Efesin 4: 1-7.11-13 Alla ta lil xi wħud li jkunu appostli, lil xi wħud

evanġelisti. 2. Salm 18: 2-5 Mal-art kollha jasal leħinhom. 3. Mattew 9: 9-13 Ejja warajja. Dak qam u mar warajh. SAN MATTEW (l-1 seklu) Mattew kien Lhudi, x’aktarx li kien mill-Galilija. Bla dubju kien raġel għani.

Ismu jfisser “rigal ta’ Alla”. Huwa l-istess persuna li San Mark u San Luqa jsejħulu Levi.

Bi professjoni kien pubblikan, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi mingħand il-Lhud u jgħaddihom lill-ħakkiema tagħhom, ir-Rumani. Dan kien fi żmien Erodi Antipa.

Il-Lhud ma kinux jaħmluhom lill-pubblikani, għax barra milli kienu aġenti tal-Gvern Ruman, kellhom il-fama li kienu rgħiba u qarrieqa. Għalhekk il-Lhud ma kinux iħalluhom jidħlu fit-tempju u fis-sinagoga. L-ebda Lhudi tal-affari tiegħu ma kien ikollu kuntatti magħhom.

B’danakollu, darba waħda Ġesù rah bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “ejja warajja.” Dak qam u mar warajh (Mt. 9:9). Hekk kienet is-sejħa ta’ San Mattew biex isir wieħed mit-tnax-il appostlu ta’ Ġesù.

Ftit wara, Mattew stieden lil Ġesù għall-ikla fid-dar tiegħu f’Kafarnaum u stieden ukoll ħafna kolletturi ħbieb tiegħu. Xħin il-Fariżej raw dan ħaduha kontra Ġesù u qalu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin?” Ġesù sempliċiment weġibhom: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda” (Mt. 9:12).

Isem San Mattew insibuh fil-lista tal-appostli. Flimkien mal-appostli kien xhud tal-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù; kien magħhom ukoll Ġerusalemm jitlob u jistenna l-miġja tal-Ispirtu s-Santu (Atti 1:13).

San Mattew kiteb l-ewwel Vanġelu. Kitbu bl-Aramajk, l-ilsien antik tal-Palestina, u li bih kien jitkellem Ġesù. Is-simbolu tiegħu hu figura ta’ bniedem għax il-Vanġelu tiegħu jibda bil-ġenealoġija ta’ Ġesù.

Tradizzjoni tgħid li San Mattew mar jipprietka lil Ġesù fl-Etjopja (mhux dik tal-Afrika iżda ta’ ħdejn il-baħar Kaspju) fejn miet martri.

Riflessjoni: L-istess kif kien jiġri fil-ħajja tiegħu fuq l-art, anke llum Ġesù, l-Irxoxt, jgħaddi mit-toroq ta’ ħajjitna, u jarana mgħaddsin fl-attivitajiet tagħna, bix-xewqat tagħna u l-ħtiġijiet tagħna. Fil-ħajja ta’ kuljum huwa jkompli jwasslilna l-kelma tiegħu, isejħilna biex ngħixu ħajjitna miegħu, l-uniku wieħed li jista’ jaqtgħalna l-għatx

Page 46: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 45

tagħna għat-tama. Huwa, ħaj fil-ġemgħa tad-dixxipli li hija l-Knisja, anke llum isejjaħ persuni biex jimxu warajh. U din is-sejħa tista’ tasal f’kull ħin. Anke llum Ġesù jtenni: “Ejja! Imxi warajja!” (Mk. 10:21). Li nilqgħu din l-istedina, jfisser li ma nagħżlux aktar it-triq tagħna waħedna. Li nimxi warajh ifisser li ngħaddas ir-rieda tiegħi f’dak li jrid Ġesù, li għalija jkollu tassew il-prijorità, li npoġġieh fl-ewwel post qabel dak kollu li jagħmel parti mill-ħajja tiegħi: il-familja, ix-xogħol, l-interessi personali, inpoġġieh qabli stess. Ifisser li nagħti l-ħajja tiegħi lilu, ngħix miegħu f’intimità profonda, li permezz tiegħu nidħol f’għaqda mal-Missier fl-Ispirtu s-Santu, u b’riżultat ta’ dan, ma’ ħuti wkoll. U din għaqda ta’ ħajja ma’ Ġesù hi l-post vantaġġat fejn nistgħu nesperjenzaw it-tama u fejn il-ħajja tkun ħielsa u sħiħa! Il-Papa Benedittu XVI Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 167, l-1 punt

The most admirable trait in the life of Saint Matthew is that he faithfully followed Jesus Christ as soon as he was called. He lived in Capharnaum, a city of Judea, where he was a collector of the imperial tax. Jesus Christ, who was preaching his Gospel there, one day passed by the gate where Saint Matthew stayed, and the saint immediately left his counting house and all he had and followed Jesus Christ. To show the joy and gratitude he had toward Jesus Christ because of his conversion, he invited him to a great banquet in his house, where several publicans and sinners were present. These, says Saint Jerome, were converted by our Lord. Saint Matthew’s conversion is quite extraordinary and shows the power of grace and the effect it produces in a soul. It is true that the word of Jesus Christ is efficacious4 in the calling of his first Apostles, but as most of them were poor fishermen, it is not so surprising that they at once followed Jesus Christ, whereas Saint Matthew had property and lived comfortably. Were you as prompt to follow Jesus Christ as Saint Matthew was: on the spot, at the first word, not taking time to settle his affairs, and without even asking for a delay in order to do so? How many times has Jesus Christ perhaps called you?

TALBA O glorjuż San Mattew,

fil-Vanġelu tiegħek, int urejtna lil Ġesù bħala l-Messija li kien mistenni,

dak li kien magħruf lill-profeti fit-Testment il-Qadim, u dak li tana l-liġi l-ġdida, fit-Testment il-Ġdid

biex waqqaf il-Knisja. Agħtina l-grazzja li dejjem naraw lil Ġesù ħaj fil-Knisja tiegħu,

u f’din il-ħajja fid-dinja, dejjem nimxu fuq il-kelma tiegħu. Biex b’hekk inkunu nistgħu ngħixu

miegħu fis-sema, għal dejjem. Ammen.

Missierna ...

Page 47: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

46 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, it-22 ta’ Settembru Il-25 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għamos 8: 4-7 Il-Mulej kontra dawk li jixtru bil-flus il-foqra. 2. Salm 112 :1,2,4-8 Faħħru lill-Mulej, li jerfa’ l-fqir. 3. 1Timotju 2: 1-8 Itolbu għall-bnedmin kollha, għax Alla jrid li l-bnedmin

kollha jsalvaw. 4. Luqa 16: 1-13 Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Qed ngħixu f’dinja mimlija regħba għall-ġid, għall-pjaċir, ħajja li ma jonqosha xejn, ħajja ta’ konfort. Qed jiġri li l-bniedem jagħmel diviżjoni bejn ir-reliġjon u l-ħajja ta’ kuljum, b’dak kollu li ġġib magħha. Tmur il-quddies mingħajr ma taf x’inti tagħmel u wara tgħix kif jogħġbok.

Hemm għażla x’nagħmlu: jew inkunu “wlied id-dawl” jew “ulied id-dlam”. L-onestà fix-xogħol huwa ħobż li jintiegħem ħelu. Jekk ma nagħrafx id-differenza bejn il-pjaċir tad-dinja u l-ferħ ta’ ħajja spiritwali jfisser li għadni ma bdejtx ngħix.

Il-messaġġ ta’ Kristu huwa: il-bnedmin huma aktar importanti mill-ħwejjeġ l-oħra.

Wieħed ma jistax jixtri l-hena, l-imħabba, ir-rispett. Fl-aħħar mill-aħħar li jgħodd hu li inti tippossjedi ’l Alla u Alla jippossjedi lilek. Liema hija l-prijorità ta’ ħajjitna? Lil min u x’inhu l-aktar importanti f’ħajti?

Fi tmiem ħajti nieħu miegħi dak biss li “KONT”; x’kont?

Amos u Ġesù jridu minna attitudni u mentalità lejn dawk fil-bżonn. Ħniena tiswa kemm tiswa. Agħmel ħbieb ma’ din il-kwalità ta’ nies. Mhux kwistjoni ta’ dak li aħna nistgħu nagħmlu magħhom, imma pjuttost kemm huma jagħmlu magħna.

X’jistgħu jagħmlu magħna? Jgħinuna nżommu l-prijoritajiet ta’ ħajjitna, jgħinuna ma naqgħux vittmi tar-regħba u x-xeħħa, li nsiru aktar umani, li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-ewwel pass biex tkun Nisrani!

Dawn il-fqar, l-imsejknin, l-imċaħħdin mill-ġid ta’ din l-art, huma l-messaġġiera li jiftħulna għajnejna, biex naqdu ’l Ġesù fil-persuna tagħhom u b’hekk inkunu, bħalma qalet San Giovanna d’Arco, “Alla l-ewwel u qabel kollox.”

Dak li Ġesù kien għalina, aħna għandna nkunu għalih, fil-persuna tal-oħrajn. Huwa privileġġ għalina meta Ġesù jgħinna biex ngħollu qalbna u jdejna biex nerfgħu u nħobbu ... lill-fqar.

Ħsibijiet ta’ Bro. Louis (†2011)

Page 48: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 47

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 61, l-1 punt

A manager was accused of wasting the property of his employer, who called him and said: What is this that I hear about you? Give me an account of your management. You are in a holy work where God has placed you. You must be convinced that these words are addressed to you. At the close of each day and at the end of each performance of your work, you ought to reflect that God calls you to give him an account of the way you have behaved. For this reason you must reflect on and examine this account, so that you will always be ready to give it. You must act in such a way that God, to whom you have to make this report, will find no fault with it. If you wait to prepare your account until God comes to ask it of you, you must greatly fear that he will find you wanting.

TALBA

Mulej, missier ħajti u sidha, titlaqnix għar-rieda tagħhom,

u tħallinix naqa' minħabba fihom. Min se joqgħod b'sawt ma' ħsibijieti, u bid-dixxiplina tal-għerf ma' qalbi,

biex ma jeħlishilix fin-nuqqas tiegħi, u ma jagħlaqx għajnejh għad-dnubiet tiegħi?

Li ma jiżdidux l-iżbalji tiegħi u jitkattru d-dnubiet tiegħi,

u naqa' quddiem dawk li jeħduha miegħi, u jifraħ l-għadu tiegħi minħabba fija!

Mulej, missier u Alla ta' ħajti, tagħtinix ħarsa merfugħa 'l fuq,

u warrab minni kull ġibda ħażina; tħallix li jaħtfuni kilba għall-ikel u xewqat tal-ġisem,

u titlaqnix fil-ħakma ta' xewqat faħxija. Bin Sirak 23: 1-6

Missierna ...

Page 49: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

48 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, it-23 ta’ Settembru San Piju ta’ Pietrelcina - presbiteru

San Żakkarija u Santa Eliżabetta - ġenituri ta’ San Ġwann Battista Santa Klara ta’ Assisi ‘in inventione corporis’

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Esdra 1: 1-6 Kull min hemm fostkom mill-poplu tal-Mulej, ħa jitla’

Ġerusalemm, u jibni t-tempju tal-Mulej. 2. Salm 125 :1-6 Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! 3. Luqa 8: 16-18 Il-musbieħ iqiegħduh fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa

jara d-dawl. SAN PIJU MINN PIETRELCINA KAPUĊĊIN (1887-1968) Il-kanonizzazzjoni ta’ Patri Piju, li seħħet fis-26 ta’ Mejju 2002, kif kien sar

fil-beatifikazzjoni tiegħu fit-2 ta’ Mejju tas-sena 1999, kienet ġrajja li qanqlet interess kbir mhux biss fost il-kattoliċi, għax Patri Piju li miet biss ftit snin ilu, kien bniedem magħruf għall-ħajja qaddisa tiegħu u għall-ħafna fenomini straordinarji li seħħew f’ħajtu, fosthom li għal 50 sena ġab fuqu l-pjagi ta’ Kristu. Imma aktar minn hekk, Patri Piju jibqa’ magħruf minħabba l-qdusija kbira tiegħu, speċjalment fl-għaqda intima tiegħu ma’ Alla bit-talb u fil-mod kif aċċetta minn idejh kull xorta ta’ tbatija li għadda minnha.

Francesco Forgione (kif kien jismu proprja qabel ma daħal reliġjuż) twieled fi Pietrelcina, fl-arċidjoċesi ta’ Benevento, fil-25 ta’ Mejju 1887. Ta’ 16-il sena (1903) daħal novizz fil-kunvent tal-Kapuċċini f’Marcone. Fis-27 ta’ Jannar 1907 għamel il-professjoni solenni.

Wara li ordna saċerdot ta’ 23 sena fl-10 ta’ Awwissu 1910 f’Benevento, kellu jmur jgħix mal-familja tiegħu sal-1916 minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

F’Settembru ta’ dik l-istess sena bagħtuh fil-kunvent ta’ San Giovanni Rotondo u baqa’ hemm sa mewtu.

Mimli bl-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu, Patri Piju għex fil-milja tagħha l-vokazzjoni tiegħu biex jaħdem għall-ġid tal-bnedmin, skont il-missjoni speċjali li mmarkat il-ħajja kollha tiegħu u li hu wettaq permezz tad-direzzjoni spiritwali [tal-fidili], is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni lill-penitenti u ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.

Il-quċċata tal-ħidma appostolika tiegħu kienet iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. In-nies li kienu jieħdu sehem fiha jixhdu li waqt li kien iqaddes kienet tidher u tinħass il-qdusija ta’ dan is-saċerdot Kapuċċin.

Kien iħoss ħafna għat-tbatijiet tal-bnedmin, u biex jissolleva l-uġigħ u t-tbatija ta’ ħafna familji, hu waqqaf il-Casa Sollievo delle Sofferenze, li nfetħet fil-5 ta’ Mejju 1956.

Patri Piju kien bniedem ta’ fidi kbira – kulma kien jagħmel kien jagħmlu fid-dawl tal-fidi. Kien bniedem ta’ talb – kien jgħaddi l-ġurnata u parti kbira tal-

Page 50: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 49

lejl f’konverżazzjoni ma’ Alla. Kien jgħid: “Fil-kotba nfittxu lil Alla; fit-talb insibuh. It-talb hu l-muftieħ li jiftaħ il-qalb ta’ Alla.”

Meta xi ħadd issuġġerielu biex inaqqas il-ħin tat-talb biex ikollu aktar ħin għall-qrar li kienu jiġu għalih minn kullimkien, wieġeb: “Inti taħseb li n-nies tiġi biex tisma’ kelma mingħand Patri Piju? Jekk ma nitlobx, il-kelma tiegħi jkunu jieħdu u mhux ta’ Alla li tant ikollhom bżonn.”

Hu waqqaf il-gruppi ta’ talb li llum jinsabu mxerrdin bl-eluf fid-dinja kollha kattolika. Il-fidi wasslitu biex jaċċetta l-volontà misterjuża ta’ Alla.

Kien dejjem mgħaddas f’realtajiet sopranaturali. Mhux biss hu kien bniedem ta’ tama u fiduċja sħiħa f’Alla, imma bil-kelma u bl-eżempju hu kkomunika dawn il-virtujiet lil dawk kollha li kienu jersqu lejh.

Kien bniedem ta’ mortifikazzjoni kbira. Hu fehem minn kmieni li ħajtu kellha tkun fit-triq tas-salib, u hu mill-ewwel aċċettaha (dix-xorta ta’ ħajja) bil-kuraġġ. Għal ħafna snin, hu esperjenza sofferenzi spiritwali. Għal snin sħaħ hu sofra l-uġigħ tal-istigmati (i.e. tal-pjagi) li kien iġib f’ġismu li bihom hu sar xbieha ħajja ta’ Ġesù Msallab – dawn is-sofferenzi ġarrabhom b’sabar kbir. Hu sofra wkoll fis-silenzju l-ħafna interventi tas-superjuri tiegħu, kif ukoll baqa’ sieket waqt il-ħafna kalunji li saru kontrieh.

Hu sinċerament kien iżomm lilu nnifsu bħala wieħed bla siwi, mhux dehen tad-doni li tah Alla, mimli dgħufija u mard, u fl-istess ħin kien imbierek minn ħafna favuri divini. Fost tant ammirazzjoni li poplu kbir kien juri lejh, u li kienu jżuruh bl-eluf kuljum f’San Giovanni Rotondo, hu kien iddefenixxa lilu nnifsu: “Jiena sempliċement patri fqajjar li jitlob.”

Sa minn żgħożitu saħħtu qatt ma kienet waħda robusta, u, speċjalment fl-aħħar snin ta’ ħajtu, marret lura ħafna b’ħeffa. Il-mewt laħqitu ppreparat sewwa, u hu nġabar mal-Mulej f’serenità kbira fit-23 ta’ Settembru 1968 fl-etá ta’ 81 sena, ftit wara li kien iċċelebra l-quddiesa. Mal-mewt, is-sinjal tal-pjagi li kien ilu jġib f’ġismu 50 sena sparixxew għal kollox. Ma’ mewtu l-qima lejh kompliet tikber kuljum sakemm il-Papa Ġwanni Pawlu II ddikjarah qaddis fis-26 ta’ Mejju 2002. Wara li dan l-istess Papa kien iddikjarah beatu tliet snin qabel fit-2 ta’ Mejju 1999.

Għall-fama kbira li jgawdi dan il-qaddis mad-dinja kollha, dakinhar li ġie kkanonizzat ismu ddaħħal ukoll fil-Kalendarju Universali Ruman.

Riflessjoni: Jekk Ġesù jnebbħek, roddlu ħajr; jekk jinħeba, agħmel l-istess. L-imħabba tiegħu għandha ħafna lwien. Ħarsa lejn il-Verġni tal-Ħniena u l-Omm kollha mogħdrija tkompli tipprovdilek is-saħħa u l-almu bi tjubija li ma titfissirx, sabiex tkompli sal-aħħar il-provi tal-għaqda fl-imħabba li l-Mulej jibqa’ jsawwab fuqek. Xewqti għalik tkun li tmut imħaddan ma’ Ġesù fuq is-salib, u li tkun tista’ tistqarr bil-ħlewwa: “kollox mitmum”.

San Piju minn Pietrelcina

Page 51: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

50 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 45, it-2 punt

It is not enough for a person who has withdrawn from the world to live a life of grace; he must also oppose whatever might cause him to lose it. This is another effect brought about in him by the Holy Spirit. The flesh, says Saint Paul, fights with its desires against the spirit, and the spirit against the flesh, and they are opposed to each other. For this reason, declares the same Apostle, if by the Spirit you put to death the deeds of the flesh (that is, by the Spirit of God, who dwells in you), you will live. This tells you that you cannot preserve the life of grace except by mortifying in you the inclinations of corrupt nature, what Saint Paul calls the flesh. The more you resist these inclinations, the more you will strengthen the life of grace in you. Only in this way will you belong entirely to Jesus Christ, because those who belong to Jesus Christ, as the same Apostle says, have crucified their flesh with their vices and their passions.

TALBA

O Alla ta’ dejjem u li tista’ kollox, inti tajt lis-saċerdot San Piju minn Pietrelcina

l-grazzja speċjali li jieħu sehem fis-salib ta’ ibnek, u permezz tal-ministeru tiegħu

ġeddidt l-għeġubijiet tal-ħniena tiegħek, agħtina, b-interċessjoni tiegħu

l-grazzja li tant għandna bżonn. Agħtina l-grazzja wkoll li magħqudin bla heda

mal-passjoni ta’ Kristu nkunu nistgħu naslu henjin fil-glorja tal-qawmien.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna. Ammen

Missierna ...

Page 52: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 51

It-Tlieta, l-24 ta’ Settembru San Paċifiku minn San Severino - presbiteru Il-Beata Columba Gabriella Sagheddu - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Esdra 6: 7,8,12b,14-20 Lestew il-bini tat-tempju u għamlu l-festa tal-Għid. 2. Salm 121: 1-5 Fraħt meta qaluli: “Sejrin f’dar il-Mulej!” 3. Luqa 8: 19-21 Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u

jagħmlu li jgħid hu. IL-BEATA COLUMBA GABRIELLA SAGHEDDU (1914-1939) - verġni L-isem Gabriella żdied wara li daħlet reliġjuża – twiedet f’Dorgali, f’Sardinja,

fis-17 ta’ Marzu 1914, il-ħames minn tmint ulied li sfaw orfni minn missierhom f’età żgħira.

Kellha tfulija sempliċi ħafna, kienet tħobb tgħaddi l-ħin tilgħab it-tombla u l-karti, kif ukoll taqra rumanzi li ma kinitx titlaqhom ħlief biex filgħaxija tmur il-knisja.

Meta ommha ħajritha tidhol fl-Azzjoni Kattolika, Marija ma riditx għax dehrilha li kienet għadha mhux ippreparata tagħmel id-dmirijiet tagħha sewwa. Iżda ommha Katerina xehdet hekk fuqha. “Aktar tard, meta Marija daħlet minn jeddha tant saret assidwa li kien jeħtieġ li ngħajtilha għax inkella kienet donnha tinsa li kellha tiġi lura d-dar.”

F’Marija kienu jidhru l-karetteristiċi tar-rgħajja ta’ Sardinja li minnhom kienet ġejja, bil-kwalitajiet sbieħ kollha tagħhom; fedeltà, sens kbir ta’dover, qawwa ta’ karattru u safa instransiġentiti – kif ukoll dawk ftit u xejn negattivi; ras iebsa u xi ftit vjolenti.

Bħala tifla u żagħżugħa, l-akbar kwalità li kienet tispikka kienet it-temperament ostinat, tipiku tal-poplu tagħha. Infatti fix-xhieda li nġabret fil-proċess għall-kawża tal-beatifikazzjoni tagħha ma nsibux dehra ta’ tfajla “li minn ċkunitha wriet sinjal ta’ qdusija”.

Ommha stess xehdet li, flimkien mal-karattru sensittiv u ġeneruż kellha temperament aktarx imqit u stinat u tħobb tikkontesta – kwalitajiet li dehru wkoll xi ftit kultant waqt in-novizzjat.

F’Jannar 1938, kif kienet se tibda l-ottava ta’ talb għall-għaqda bejn l-Insara, il-Madre Badessa qrat lis-sorijiet ittra ta’ Dun Pawl Couturier (1953), l-appostlu tal-Ekumeniżmu, li fiha saħaq fuq il-ħtieġa tat-talb li għandu jsir biex isseħħ l-għaqda mixtieqa minn Kristu nnifsu.

Dan is-sacerdot Franċiż fl-ittra tiegħu semma wkoll xi wħud li offrew ħajjithom għal din il-kawża; fost dawn anki reliġjuża mill-istess monasteru, li kienet mietet is-sena ta’ qabel.

Marija Gabriella li dik il-ħabta kellha qrib l-24 sena, ħassitha mqanqla minn dak il-kliem u malajr talbet lill-majjistra tan-novizzi biex tkun tista’ toffri

Page 53: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

52 SIGNUM FIDEI

ħajjitha biex din l-għaqda fost l-Insara sseħħ aktar malajr. Il-majjistra ma opponietx imma riedet li deċiżjoni bħal din teħodha l-badessa.

Alla laqa’ l-talba tagħha. Filfatt mietet sena wara fit-23 ta’ April 1939. Riflessjoni: Il-kliem li Kristu qal lill-Madonna li welditu u lill-qraba tiegħu huwa bil-maqlub ta’ ċanfira. Meta Kristu jiddikjara li ommu u ħutu huma dawk li jisimgħu l-kelma u jagħmlu r-rieda t’Alla, hu qiegħed jikxef il-misteru tad-dixxipulat. Santu Wistin qal: "Tassew li l-Imbierka Marija żgur għamlet ir-rieda tal-Missier, u għalhekk kienet ħaġa ferm akbar għaliha li tkun dixxiplu ta' Kristu milli li kienet l-omm tiegħu, u li kienet iktar imbierka fid-dixxipulat tagħha milli fil-maternità tagħha. Tagħha kienet l-ewwel ferħ li ġarritu fil-ġuf tagħha, lilu li kellha tisma' minnu bħala l-imgħallem tagħha."

Father George William Rutler, addattata mill-ktieb Praying with Saint Lukes’ Gospel Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 61, it-3 punt

The second account you must give will have to do with piety, whether you take care to impart it to your disciples: whether they are self-controlled and reserved in church, whether they pray to God all the time they are there, whether they do not talk there, whether they do not sometimes play there, whether they pray to God every morning and evening, whether when they pray in school they pray with attention, whether they have a horror for taking oaths and improper language, whether they respect their parents and obey them faithfully, whether they avoid bad companions, whether you encourage them in all these practices, whether you watch diligently over their behavior as far as necessary to help them carry out these practices, whether you take care that they go to Confession from time to time, and whether you obtain good confessors for them. Because you are responsible for the good of their souls, God will ask you for an account of all these things. Are you ready to give it? Is there nothing about which your conscience feels uneasy? For in these matters you are taking the place of the pastors of the Church and their fathers and mothers.

TALBA

O Ġesù mbierek, dak li qiegħed nipproponi li nagħmel

hu iebes u jien inħossni dgħajjef, għax jien mimli bl-egoiżmu, imma r-rieda qiegħda hemm

u ħierġa minn qalbi. Għinni! Għinni! Ġesù.

San Ġwanni XXIII, Papa Il-Ġurnal tar-Ruħ (Reliġjon u Ħajja, ĊAK)

Missierna ...

Page 54: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 53

L-Erbgħa, il-25 ta’ Settembru

L-Istitut Lasalljan Joffri t-Talb ta’ Dan il-Jum għall-Vokazzjonijiet San Vinċenz Marija Strambi - isqof

San Finbar - isqof ta’ Cork Il-Beatu Ġovanni Beneditt Dusmet

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Esdra 9: 5-9 Alla tagħna ma nsinix fl-eżilju tagħna. 2. Salm: Tobit 13: 2-8 Imbierek Alla, li jgħix għal dejjem. 3. Luqa 9: 1-6 Bagħathom ixandru s-saltna ta’ Alla u jfejqu ’l-morda. SAN VINĊENZ MARIJA STRAMBI (1745-1824) - isqof Twieled f’Civitavecchia. Missieru kien spiżjar. Kien ta’ karattru ferrieħi u fi

ċkunitu minkejja li kien jagħmel xi praspar tat-tfal, kien ta’ qalbu kbira. Mhux l-ewwel darba li kien jiltaqa’ ma’ xi tifel fqir, u arah itih il-qorq u l-kowt.

Il-ġenituri ntebħu li kien tifel reliġuż ħafna u għalhekk ħallewh jistudja għal saċerdot.

Iltaqa’ ma’ San Pawl tas-Salib, il-fundatur tal-Passjonisti u talbu jidħol fl-ordni.

Fiż-żmien laħaq professur tat-Teoloġija u provinċjal tal-ordni. Fl-1801 sar isqof ta’ Macerata u Tolentino. Għamel ħafna tiġdid fost il-kleru

u l-lajċi. Fl-1808 rrifjuta jieħu l-ġurament ta’ lealtà lejn Napuljun u ġie mkeċċi mill-

kariga u Macerata u Tolentino. 1813 Vincens irritorna lura lejn Macerata hekk kif Napuljun ġie eżiljat fil-

gżira ta’ Elba. Wara l-mewt tal Papa Piju VII rriżenja minn isqof. Il-Papa Ljuni XII għażlu

bħala l-kunsillier tiegħu. Miet fl-1 ta’ Jannar, 1824. Il-Papa Piju XII ikkanonizzah fl-1950.

Riflessjoni (din tgħodd għal kulħadd): Is-sejħa missjunarja tasal għandkom ukoll għal raġuni oħra, u dan għax hi meħtieġa għall-mixja personali tagħna fil-fidi. Il-Beatu Ġwanni Pawlu II kiteb li “l-fidi tissaħħaħ meta tingħata lill-oħrajn!” (Redemptoris Missio, 2). Meta intom ixxandru l-Vanġelu, intom stess tikbru għax tkunu tniżżlu iktar għeruqkom fi Kristu u timmaturaw bħala Nsara. L-impenn missjunarju hu dimensjoni essenzjali tal-fidi. Ma nistgħux nemmnu tassew jekk ma nevanġelizzawx. Ix-xandir tal-Vanġelu jista’ jkun biss ir-riżultat ta’ dak il-ferħ li jiġi mil-laqgħa tagħna ma’ Kristu u meta nsibu fih il-blata li fuqha ħajjitna tista’ tinbena. Meta intom tħabirku biex tgħinu lill-oħrajn u xxandrulhom il-Vanġelu, imbagħad ħajjitkom stess, spiss maqsuma f’ħafna biċċiet

Page 55: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

54 SIGNUM FIDEI

minħabba l-għadd ta’ attivitajiet tagħkom, issib l-għaqda tagħha fil-Mulej. Tkun tibnu wkoll lilkom infuskom, u hekk tikbru u timmaturaw bħala bnedmin.

Il-Papa Benedittu XVI, silta mill-messaġġ tal-Papa f’jum iż-żgħażagħ 2013

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 199, silta mit-2 punt

Saint Cyril, Patriarch of Jerusalem, and Saint Augustine have left us catechisms, which they wrote and taught and which they also caused to be taught by the priests who helped them in their pastoral duties. Saint Jerome, whose knowledge was so profound, testifies in his letter to Leta that he considered it a greater honor to teach catechism to a young child than to be a tutor to a great emperor. Gerson, the great chancellor of the University of Paris, had such high esteem for this ministry that he also practiced it. These great saints acted this way because teaching was the first ministry Jesus Christ gave his holy Apostles, a fact Saint Luke reports when he says that as soon as Jesus had chosen his Apostles, he sent them forth to proclaim the Kingdom of God. This is also what Jesus Christ requested of his Apostles very clearly just before he departed from them, telling them, Go, teach all nations, baptizing them in the name of the Father and of the Son and of the Holy Spirit. This is likewise the first thing Saint Peter did in the Temple of Jerusalem after the descent of the Holy Spirit, with the immediate result that three thousand people began to embrace the faith in Jesus Christ.

TALBA

GĦALL-VOKAZZJONIJIET O Alla, int għażilt lil

San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni Nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala Nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan, flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen. Missierna ...

Page 56: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 55

Il-Ħamis, is-26 ta’ Settembru

San Kosma u San Damjan – aħwa, tobba u martri San Elżear minn Sabran u l-Beata Delfina – lajċi

Il-Beatu Aurelio ta’ Vinalesa u Sħabu - martri ta’ Valencia

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ħagar 1: 1-8 Ibnu d-dar, u jien nitgħaxxaq biha. 2. Salm 149 :1-6a u 9b Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu. 3. Luqa 9 : 7-9 Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu? SAN ELŻEAR MINN SABRAN U MARTU SANTA DELFINA Twieled fil-kastell ta’ Saint-Jean de Tobians, fil-Provenza. Ommu, li kienu

jsejħulha “l-Kontessa t-Twajba”, offrietu ’l Alla malli twieled u talbitu biex jeħilsu minn kull dnub. Mat-tagħlim qaddis ta’ ommu, kellu edukazzjoni tajba, sew fix-xjenzi kemm fil-pietà, minn zijuh Gulliermu minn Sabran, abbati ta’ San Viktor, fil-Marsilja.

Ta’ 15-il sena, skont ix-xewqa ta’ Karlu II, re ta’ Sqallija u konti ta’ Provenza, iżżewweġ max-xbejba Delfina, tal-familja ta’ Glandeves, iltima, imrobbija minn zijitha, madre badissa. Irrispetta x-xewqa tagħha li tgħix bħala xebba, u t-tnejn saru terzjarji ta’ San Franġisk, jimpikaw kważi ma’ xulxin fit-talb, fil-mortifikazzjoni u fil-karità mal-iżvinturati.

Ta’ 20 sena Elżear mar ma’ martu minn Ansouis għal Puy-Michel, biex igawdi aktar is-solitudni: hawn għamel lill-qaddejja tiegħu regoli ta’ ħajja ordinata, hekk li l-ħajja ġo daru kienet qisha ħajja ta’ kunvent, veru mudell ta’ ħajja Nisranija.

Wara l-mewt ta’ missieru, fl-1309, kellu jmur l-Italja biex jidħol fil-wirt ta’Arjano, fejn bit-tjubija u bil-ħlewwa kiseb ir-rispett u l-imħabba tan-nies, li għall-ewwel ma ridux jafu bih għax Franċiż.

Waqt li kien l-Italja mar Ruma fl-1312 bis-suldati tiegħu biex jgħin ’il-Ġwelfi jkeċċu minn hemm lill-Imperatur Enriku VII. Wara assenza ta’ erba’ snin mar lura pajjiżu, il-Provenza.

Fl-1315, huwa u martu, wara li tqarbnu, intrabtu bil-vot tal-kastità perpetwa f’riġlejn l-altar tal-kappella tal-kastell. Kien jgħid l-Uffizzju kuljum u kien jitqarben kważi kuljum. Meta kien ’il bogħod minn martu u hi kitbitlu biex tisma’ minnu spiss, weġibha: “Mur u żur lil Ġesù Sagramentat u idħol bl-ispirtu f’qalbu. Issibni dejjem hemm.”

Fl-1317 kellu jerġa’ jmur Napli, biex isir tutur tad-Duka Karlu, bin ir-Re Robert. F’dan iż-żagħżugħ nissel l-imħabba tar-reliġjon, tal-qrar u t-tqarbin, ta’ Alla u tal-fqar. Meta r-Re Robert kellu jmur il-Provenza, ħalla ’l ibnu warajh Napli bħala reġġent u lil Elżear bħala prim ministru tiegħu.

Page 57: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

56 SIGNUM FIDEI

Fl-1323 ir-re bagħat lill-qaddis Pariġi. Wara li kiseb b’suċċess il-missjoni tiegħu, waqa’ marid Pariġi. Baqa’ jqerr u jitqarben kuljum waqt il-marda, li kellha tkun l-aħħar ta’ ħajtu.

Meta rċieva l-vjatku qal: “Din hi t-tama tiegħi, u f’din ix-xewqa mmut.” Miet fis-27 ta’ Settembru 1323, f’idejn il-patri Franġiskan, Franġisku Mayronis, il-konfessur tiegħu. Skont ix-xewqa tiegħu, ġismu ħaduh Apt u difnuh bil-libsa ta’ San Franġisk fil-knisja tal-Franġiskani Minuri Konventwali.

Il-Beata Delfina għexet 35 sena wara mewt żewġha. Wara l-mewt tar-Re Robert marret tgħix mar-Reġina Sanchia f’monasteru tal-Klarissi, li r-reġina kienet bniet Napli. Mietet fl-1358 u difnuha ma’ żewġha. It-tnejn huma meqjumin bħala Terzjarji ta’ San Franġisk.

Riflessjoni: Aħna nemmnu u nistqarru li Ġesù ta’ Nazzaret, imwieled Lhudi minn xebba ta’ Israel, f’Betlem, fi żmien is-sultan Erodi l-Kbir u l-Imperatur Ċesri Awgustu; kellu s-sengħa ta’ mastrudaxxa, miet imsallab f’Ġerusalemm, taħt il-Prokuratur Ponzju Pilatu, fi żmien is-saltna tal-Imperatur Tiberju – hu l-iben etern ta’ Alla magħmul bniedem li “ġie mingħand Alla” (Ġw. 13,3), “niżel mis-sema” (Ġw. 3,13; 6,33), “sar bniedem” (1 Ġw. 4,2), għax “il-Verb sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala ibnu l-waħdieni mimli bil-grazzja u l-verità... u mill-milja tiegħu aħna lkoll ħadna, grazzja fuq grazzja” (Ġw. 1,14.16).

Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, Par. 423 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, siltiet mit-3 punt

By him and in him, says Saint Paul, a general reconciliation of all things with God has taken place. By the blood that Jesus shed on the cross, peace has been restored in heaven and on earth. He also, according to the same Apostle, although we had strayed far from God and had become his enemies, has reestablished us in grace to make us holy, without blemish, and without blame before him. He too, according to the same Apostle, has made us worthy to share the lot of the saints. ...God, who is rich in mercy, as Saint Paul says, out of the infinite love with which he has loved us, sent his own Son, even when we were dead by our sins and by our crimes, to give us new life in Jesus Christ, to manifest to future ages the magnificence of the riches of his grace through the goodness he has had for us in Jesus Christ. If, then, we enjoy such abundant graces to save ourselves and to become perfect saints, as Saint Paul says, we are indebted for all this to what Jesus Christ did for us on this day by becoming man out of love for us. Let us show him our gratitude by the holy use we make of these graces.

Page 58: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 57

TALBA O Ġesù

nirringrazzjak li inti għoġbok toffri ħajtek għalija.

Fl-imħabba infinita tiegħek ħalli noqgħod fi ħdanek; u waqt il-mumenti diffiċli li jien nkun ninsab fihom,

ħallini niftakar f’dak li int għamilt għalija

biex b’hekk nimtela bil-kuraġġ u bl-hena. Ammen

Missierna ...

Il-Ġimgħa, is-27 ta’ Settembru San Vinċenz de Paul – saċerdot (1581-1660)

Il-Beatu Br. Scubillion Rousseau – missjunarju, frère ta’ S. Ġw. Battista De La Salle

Il-Beatu Innocenz ta’ Berzo – presbiteru Il-Beati Ġużepp Calasanz u Enriku Saiz u sħabhom - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ħagar 1: 15b – ; 2: 9 Dalwaqt, ftit ieħor biss u nimla dan it-tempju bil-

glorja. 2. Salm 42 :1-4 Ittama f’Alla, hu l-għajnuna u Alla tiegħi. 3. Luqa 9: 18-22 Inti l-messija ta’ Alla. Jeħtieġ li bin il-bniedem ibati

ħafna. IL-BEATU BR. SCUBILLION ROUSSEAU (1797-1867) – missjunarju u frère ta’ S. Ġw. Battista De La Salle Twieled fi żmien ir-Revoluzzjoni Franċiża, fit-22 ta’ Marzu 1797,

f’Tharoisseau Bourgogne, minn familja fqira. Ta’ 14-il sena kien jgħin fit-tagħlim tal-Katekiżmu fil-parroċċa, u minn hemm

ġietu s-sejħa li jingħaqad mal-Frères. F’Settembru tal-1827, għamel l-irtir u ħa l-aħħar wegħdiet imqaddsa. Wara ntbagħat f’diversi komunitajiet, Poitiers, Alencon, Chinon. In-nies

kienu jaraw fih bniedem ‘qaddis’.

Page 59: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

58 SIGNUM FIDEI

Fl-20 ta’ April 1833, telaq għall-missjoni fil-gżira tal-Oċean Indjan – Reunion.

Beda l-appostolat tiegħu fil-belt ta’ St. Leu. Kien hemm ħafna lsiera suwed, li kienu taħt il-ħakma tal-bojod, li bla ebda ħniena kienu jħaddmuhom xogħol iebes u għal ħinijiet twal fl-għelieqi tal-kafè.

Br. Scubilion kien imur fl-għelieqi u wara kienu jmorru bil-mijiet fl-iskola tar-raħal jisimgħuh. Kien jgħallimhom il-katekiżmu fi gruppi, imbagħad jerġa’ jgħaqqadhom grupp wieħed u jgħallimhom bl-istejjer.

Mill-ewwel indunaw li kien iħobbhom u li kien bniedem ta’ Alla. Huma kienu juruh rispett u kienu jħossuhom kburin. Dejjem kellu kelma ta’ faraġ għal kulħadd.

Xħin ra li s-sidien bojod ma tantx kienu qed jieħdu gost li l-ilsiera kienu qed jitgħallmu l-katekiżmu, hu tkellem magħhom u pperswadihom li jekk isiru Nsara jaħdmu aħjar u mingħajr mibgħeda. “Huma wkoll ulied Alla.”

Wara tħejjija twila wasal il-jum tal-magħmudija. Dakinhar seħħ ‘miraklu’ għaliex is-sidien bojod ħadu b’idejn l-ilsiera.

Kien strumentali biex l-ilsiera jinħelsu u jum il-ħelsien f’Reunion ma sarx bil-ġlied u ċ-ċarċir ta’ demm.

Dam fuq il-missjoni tiegħu f’St. Leu, la Possesiio u f’St Marie għal 30 sena. Fl-aħħar marad fit-tul u kien ikun muġugħ ħafna. Miet fil-Ġimgħa Mqaddsa tal-1867. Fil-funeral tiegħu, fl-14 ta’ April, in-nies kollha ġrew bil-friegħi tal-palm

f’idejhom ifaħħru lil Alla għall-appostlu ta’ Reunion, Br. Scubilion. Riflessjoni, il-Fqar u l-Magħkusin: Ejjew nimxu tul il-qiegħ tal-widien fil-virtujiet tal-umiltà u nsibu lilna nfusna nimxu kemm fuq il-ward kif ukoll fuq ix-xewk; dawn jinkludu l-karità li tispikka fost iż-żewġ weġgħat interni u esterni, il-Ġilji tas-safa, u l-vjola tal-mortifikazzjoni. Jappellaw partikolarment għalija huma t-tliet virtujiet żgħar tal-ġentilezza tal-qalb, il-faqar tal-ispirtu u s-sempliċità tal-ħajja. Meta żżur il-morda, taqdi lill-foqra u tistabar bil-magħkusin tkun qiegħed tgħix il-faqar tal-ispirtu u s-sempliċità tal-ħajja.

San Franġisk de Sales

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 200, silta mit-2 punt

The chief care, then, of the Apostles, after instructing the first faithful, was to have them receive the sacraments, assemble for prayer together, and live according to the Christian spirit. Above everything else, this is what you are obliged to do in your work. In imitation of the Apostles, you must take altogether special care that those whom you instruct receive the sacraments in particular and that they are made ready to receive Confirmation with the proper dispositions in order to be filled with the Holy Spirit and the graces that this sacrament produces. You must see to it that they go to Confession often after learning how to do it well. You must dispose them to receive their first Communion with holy dispositions and to receive

Page 60: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 59

Communion frequently thereafter in order to be able to preserve the grace they received the first time they performed this action. Oh, if you knew the great good that you do for them by procuring the preservation and increase of grace by their frequent use of the sacraments, you would never let up instructing them about this!

TALBA

lill-Beatu Br. Scubilion Mulej, int għamilt minn Br. Scubilion,

edukatur mimli bl-ispirtu ta’ fidi u ta’ ħeġġa biex iwassal l-bxara t-tajba lill-fqar,

inissel it-tama lill-ilsiera u jqanqal lill-midinbin għall-maħfra.

Agħtina nitolbuk, li nimxu fuq l-eżempju tiegħu sabiex bl-għajnuna tal-Verġni Marija

jirnexxielna ngħixu mimlijin bi mħabbtek Ii narawha fid-dawl tal-Ewkaristija

u bis-sbuħija tas-salib glorjuż tiegħek. B’Ġesù Kristu ibnek,

Ammen.

Missierna ...

Is-Sibt, it-28 ta’ Settembru

L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt San Wenċeslaw, Re tal-Boemja - martri

San Lawrenz Ruiz u Sħabu - il-martri tal-Ġappun

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Żakkarija 2: 5-9,14-15a Ġej biex ngħammar f’nofsok. 2. Ġeremija 31: 10-13 Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu. 3. Luqa 9: 43b-45 Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-

bnedmin. Huma beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.

Page 61: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

60 SIGNUM FIDEI

SAN LAWRENZ RUIZ U SĦABU (1633-1637) – martri San Lawrenz Ruiz u ħmistax oħra xerrdu demmhom għal Kristu f’Nagasaki,

il-Ġappun, bejn l-1633 u l-1637. Ġew ibbeatifikati flimkien mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fl-1981, f’Manila, il-

Filippini. Iċ-ċerimonja tal-beatifikazzjoni tagħhom kienet l-ewwel waħda fl-istorja li

qatt saret barra minn Ruma. Ħames snin wara ġew ikkanonizzati. Lawrenz twieled f’Binondo, illum parti minn Manilia, minn missier Ċiniż u

omm Filippina. Sa minn tfulitu tela’ mal-patrijiet Dumnikani. Meta kiber sar kaligrafista. Iżżewweġ u kellu żewġ subien u tifla. Kien raġel twajjeb, membru tal-konfraternità Dumnikana tar-Rużarju

Mqaddes. Fl-1636, wara li ġie involut f’dak li deher bħala każ kriminali, iddeċieda li

jaħrab mill-pajjiż. Fuq il-bastiment iltaqa’ ma’ xi missjunarji li kienu sejrin il-Ġappun bil-moħbi,

u ngħaqad magħhom. Ftit xhur wara, flimkien mal-istess missjunarji, ġie arrestat, mitfugħ il-ħabs,

ittorturat u maqtul. Meta l-aħbar tal-mewt tiegħu waslet Manilia, in-nies daqqew il-qniepen tal-

knejjes u kantaw it-Te Deum. Il-missjunarji l-oħra kienu:

o Domingo Ibanez de Erqiucia – patri Dumnikan Spanjol o Franġisku Shoyemon – Dumnikan Ġappuniż o Ġakbu Kyushu – Dumnikan Ġappuniż o Mikiel Kurobioye – katekista Ġappuniż o Luqa tal-Ispirtu s-Santu – Dumnikan Spanjol o Mattew Kohibye – Dumnikan Ġappuniż

o Maddalena ta’ Nagasaki - soru Ġappuniża o Giordano Arsaloma - patri Dumnikan Taljan o Tumas Hibji - patri Dumnikan Ġappuniż o Marina ta’ Omura - soru Ġappuniża o Anton Gonzalez - patri Dumnikan o Guillaume Courtet - patri Dumnikan Franċiż o Miguel de Aozoraza - patri Dumnikan Spanjol o Vincenz Shiwozuka - patri Dumnikan Ġappuniż

o Lawrenz ta’ Kyoto - lajk Ġappuniż, li għall-ewwel ċaħad il-fidi, iżda ma damx ma reġa’ ħaddanha u miet imdendel ma’ salib.

Riflessjoni: "CONSUMMATUM EST." Kollox mitmum – wasal it-tmiem għal kollox. Il-misteru tal-imħabba ta' Alla lejna qed jitwettaq. Il-prezz tħallas, u aħna ġejna mifdija. Il-Missier Etern determinat li ma jaħfrilniex mingħajr prezz, sabiex jurina l-imġiba speċjali tiegħu lejna. Hu aċċetta li jagħmilna siewja għalih. Huwa seta’ jsalvana mingħajr prezz – bir-rieda sempliċi tal-awtorità tiegħu. Imma biex juri l-imħabba

Page 62: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 61

tiegħu lejna, huwa ħallas prezz, li, kieku kien hemm prezz iffissat fuqna lkoll, jekk kien hemm xi ħlas li ried jitħallas għall-ħtija ta' dnubietna, ma jista' jkun xejn inqas mill-mewt ta’ Ibnu stess li kellu n-natura tagħna. O Alla u Missieri, int tant stmajtna li ridt tħallas l-ogħla prezzijiet possibbli għall-erwieħ midinba tagħna - u għalhekk m’għandniex inħobbu u nagħżlu lilek fuq ll-ħwejjeġ kollha bħala l-uniku bżonn u tjieba?

Il-Beatu Kardinal Henry Newman (Fit-13 t’Ottubru Henry Newman ser jiġi kkanonizzat)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 200, silta mill-1 punt

Reflect on what Saint Paul says, that it is God who has established in the Church Apostles, Prophets, and teachers, and you will be convinced that he has also established you in your work. The same saint gives you another expression of this when he says that there are diverse ministries, but there are different operations, and the Holy Spirit manifests himself in each of these gifts for the common good, that is to say, for the good of the Church. One receives by the Spirit the gift to speak with wisdom; another, the gift of faith by the same Spirit. You must not doubt that it is a great gift of God, this grace he has given you to be entrusted with the instruction of children, to announce the Gospel to them and to bring them up in the spirit of religion. But in calling you to this holy ministry, God demands that you fulfill it with ardent zeal for their salvation, because this is the work of God, and he curses the one who does his work carelessly. Let it be clear, then, in all your conduct toward the children who are entrusted to you, that you regard yourselves as the ministers of God, carrying out your ministry with love and a sincere and true zeal, accepting with much patience the difficulties you have to suffer, willing to be despised by men and to be persecuted, even to give your life for Jesus in the fulfillment of your ministry. The zeal that ought to inspire you is meant to give you these dispositions, so that you recognize that it is God who has called you, who has destined you for this work, and who has sent you to labor in his vineyard. Do this, then, with all the affection of your heart, working entirely for him.

TALBA Sinjur Alla,

nistqarru bil-verità li aħna mingħajrek ma nistgħu nagħmlu xejn;

għalhekk agħtina l-grazzja tiegħek, u f’kollox nagħmlu l-volontà santissima tiegħek. Aħna żguri li inti tagħtihielna meta nitolbuhielek

la darba inti kkmandajtna biex inkunu qaddisin bħalek.

Ammen. San Ġorġ Preca

Missierna ...

Page 63: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

62 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, id-29 ta’ Settembru Is-26 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għamos 6: 1a,4-7 Tintemm l-għajta tal-imhejmin. 2. Salm 145 : 7-10 Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej! 3.1Timotju 6: 11-16 Ħares l-istruzzjonijiet sa jum id-dehra ta’ Sidna Ġesù

Kristu. 4. Luqa 16: 19-31 Lazzru, il-ħażin irċevieh f’ħajtu, issa hu qiegħed jitfarraġ. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

L-għani tal-parabbola tal-lum jidher li ma kien għamel xejn ħażin – ma kienx seraq flusu, anqas kien hu l-ħtija tal-faqar ta’ Lażżru. L-għani kien sempliċement qed igawdi flusu. Allura, għaliex ġie kkundannat? Id-dnub tiegħu kien li ma għamel xejn, għax il-fqir fuq l-għatba ma raħx. Għalih ma kienx jeżisti. Tassew dnub meta n-nuċċali tagħna ma jwassalx aktar ‘il bogħod mill-għatba ta’ qalbna.

Insibu kull skuża biex ningħalqu fina nfusna u ma nagħmlu xejn – “Din mhux biċċa tiegħi” jew “U jien kif nista’ nkun responsabbli ta’ kulħadd?” jew “Hemm ħaddieħor biex jagħmlu dan ix-xogħol, mhux jien!” U anqas nindunaw li nkunu għalaqna qlubna għall-bqija ta’ ħutna, qishom ma jeżistux.

Id-dnub mhux biss il-ħażen li nwettqu, imma wkoll it-tajjeb li ma nagħmlux. “Jien dnibt ħafna bil-kliem, bil-ħsieb, bl-għemil u billi ħallejt dmirijieti...” Hekk ngħidu fil-bidu tal-quddiesa. Mhux għax aħna obbligati nagħmlu kollox, imma għax obbligati nagħmlu kull ma nistgħu. L-għani ġie kkundannat mhux għax ma għenx il-fqar tad-dinja kollha, imma għax ma għenx il-fqir li kien hemm kuljum wara biebu stess. Kien qribu, u hu ma kkalkulaħx.

Kemm hu veru dan!. Wisq drabi nkunu aktar ħfief li ngħinu lil min hu ‘l bogħod – fil-missjoni, f’xi kampanja ta’ karità, f’xi ġabra għall-fqar – imma ma nkunux kapaċi nindunaw bid-tbatija ta’ dawk li ngħixu magħhom fi djarna, fuq ix-xogħol, fost il-ġirien tagħna stess. Għax aktar faċli nkunu ġenerużi ma’ min hu mbiegħed milli ma’ min hu qrib.

Imma l-biċċa ma tiqafx hemm. Kemm l-għani kif ukoll il-fqir, it-tnejn imutu u jidhru quddiem Alla. F’kelma waħda, dak li nagħmlu jew ma’ magħmlux fil-ħajja, se jibqa hekk għal dejjem. Il-ħajja tiġi darba, u darba biss. Ma tagħtikx ċans ieħor. Qatt ma nistgħu nħassru dak li għamilna f’ħajjitna u anqas nistgħu nagħmlu darb’oħra dak li m’għamilniex illum. Għada se tkun ġurnata oħra.

Kieku nifhmu dil-ħaġa, kieku la nagħlqu għajnejna daqshekk faċilment għall-ġid li nistgħu nagħmlu u anqas inħallu għal għada dak li nistgħu nagħmlu llum. Kemm nabbużaw mill-ħajja għax naħsbu li għada jasal!

Page 64: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 63

U kemm mabbużaw ukoll mill-ħsieb li hemm ħaddieħor biex iwettaq dak li għandu jsir. “Ibgħat lil Lażżru biex itaffili t-tbatija li qed inbati,” qal l-għani lil Abraham. It-tweġiba li rċieva hi tassew tal-biża’ u tisfidana mill-qiegħ: “Hemm vojt kbir bejnietna... min ikun irid jaqsam minn hawn għal għandkom ma jkunx jista’, u anqas ma jgħaddi minn hemm għal għandna.” Dan ifisser li ħadd ma jista’ jgħix il-ħajja ta’ ħadd. Kulħadd responsabli għall-ħajja tiegħu stess. Jagħmel kemm jagħmel tajjeb ħaddieħor, qatt mhu se jieħu l-post u l-valur tat-tajjeb li nagħmlu aħna. Ma nistgħux nistrieħu fuq il-qdusija tal-oħrajn. Irridu nibnu l-qdusija tagħna aħna stess.

Imberkin aħna jekk it-tajjeb li nistgħu nagħmlu, nagħmluh, u nagħmluh illum.

Fr. Paul Chetcuti, silta mill-ktieb Musbieħ għal Riġlejja

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 169, it-2 punt

Id-29 ta’ Settembru taħbat ukoll il-festa ta’ San Mikiel l-Arkanġlu, li San Ġwann Battista De La Salle għandu meditazzjoni tassew sabiħa. Tajjeb li wieħed jixtarr din il-meditazzjoni.

Saint Michael, inspired by this attitude of faith, which served as his shield against the evil angels, was victorious over them by these words: Who is like to God? At the same time, he gave glory to God with his followers as they cried out, You are worthy, O Lord, our God, to receive all glory, all honor, and all power, because you have created all things. Now salvation and power and the reign of our God have been established, because the accuser of our brothers, who day and night accused them before our God, has been thrown down from the heights of heaven. At that moment all these holy angels were confirmed in eternal glory, from which they have never fallen and which can never have the least alteration in them. What happiness for this holy archangel: to be the first of these blessed spirits who devote themselves entirely to praise God in heaven and, by his zeal and respect for God, to have contributed the most to start bringing others to heaven! Honor this great saint as the first to give glory to God and to cause him to be glorified by his creatures. Pay him the honor he deserves for having been so loyal to God. Join with him and with all the blessed spirits who are with him in heaven, and regard them as the models of what you ought to do for God. Often recall those words that inspired them in the fight and that supported them against the devils: Who is like unto God? So that these words may strengthen you in your temptations when you are under attack, say, Is the pleasure I would have by yielding to this attraction of concupiscence to be compared with the joy I have from God?

Page 65: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

64 SIGNUM FIDEI

TALBA San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida;

kun int l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju.

Irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa. Int l-aqwa fost il-qtajja’ tas-sema,

itfa' bil-qawwa t'Alla, fil-qiegħ tal-infern lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra

li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien tal-erwieħ. Ammen.

Missierna ...

It-Tnejn, it-30 ta’ Settembru San Ġilormu – presbiteru u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Żakkarija 8: 1-8 Jiena nsalva ’l-poplu tiegħi mil-Lvant u mill-Punent. 2. Salm 101:16-23 u 29 Il-Mulej bena lil Sijon, u deher fis-sebħ tiegħu. 3. Luqa 9: 46-50 Min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir. SAN ĠILORMU TAD-DALMAZJA (341-420) Twieled fi Stridonium fid-Dalmazja, f’dik li kienet il-Jugoslavja, madwar is-

sena 341, mhux bogħod minn Aquileia u Triests (Trier) u fi Franza. Ta’ kważi 20 sena mar Ruma fejn ġie mgħammed mill-Papa Liberju fis-

sena 360. Wara żmien jgħix ta’ eremita f’Aquilleia u fis-Sirja, fejn studja l-Ebrajk u kiteb il-ħajja ta’ San Pawl Eremita. Minn hemm mar Antjokja fejn sar saċerdot, u baqa’ sejjer Kostantinopli fejn studja l-iskrittura taħt San Girgor Nażjanżenu.

Fis-sena 382, insibuh Ruma fejn il-Papa Damasu ħatru segretarju tiegħu, u talbu jittraduċi l-Kotba Mqaddsa għal-Latin, kif filfatt għamel, kważi l-iskrittura kollha nsibuha fil-Bibbja tiegħu, il-“Vulgata”.

Barra minn dan, kiteb ħafna iktar, iddefenda l-verità Kattolika kontra Helvidius, li ċaħad il-verġinità perpetwa tal-Madonna, u kontra Jovinianus li kien kontra ċ-ċelibat tal-kleru, il-verġinità u l-qima lejn ir-relikwiji tal-qaddisin, barra minn tant omeliji li fihom spjega l-Vanġeli.

Page 66: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 65

Wara l-mewt tal-Papa San Damasu, fis-sena 384, telaq lejn il-Lvant u qatta’ l-aħħar 34 sena ta’ ħajtu (386-420) ġewwa Betlem, fejn kellu dixxipli lil Santa Pawla, armla Rumana, lil bintha Santa Eustochium Verġni, u nisa qaddisin oħra, li għalihom Pawla waqqfet tliet kunventi, barra minn ieħor għall-irġiel, li tagħhom kien superjur, San Ġilormu.

Miet fit-30 ta’ Settembru, 420: 10 snin qabel Santu Wistin ġewwa Betlem, ta’ madwar 80 sena. Il-fdal tiegħu ttieħed Ruma u jinsab meqjum fil-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore.

Hu wieħed mill-erba’ dutturi l-kbar tal-knisja tal-Punent (l-oħrajn huma Santu Wistin, Sant’Ambroġġ u San Girgor il-Kbir) l-ikbar wieħed dwar l-iskrittura, u l-patrun tal-għalliema u l-istudjużi tal-Bibbja.

Mill-kitba ta’ San Ġilormu: Ix-xemx maż-żerniq ta’ filgħodu għandha ssibek bil-ktieb tal-Iskrittura

Mqaddsa f’ħoġrok u filgħaxija n-ngħas jieħdok waqt li inti żżomm miftuħ quddiemek dan il-ktieb għażiż u l-paġna qaddisa tilqagħlek wiċċek waqt li tongħos bin-ngħas fuqha.

Min ma jafx l-iskrittura, ma jafx lil Kristu. Riflessjoni: Nemmen li jiswa ħafna li nidraw nitħarrġu f'din il-virtù, jew li nfittxu li niksbu mingħand il-Mulej l-umiltà vera li tiġi minnha. Il-bniedem umli żgur li jkun jixtieq li ma jinżammx fil-għoli, li jkun immaqdar u kkundannat bla ħtija, ukoll fi ħwejjeġ gravi. Għax min irid jimxi wara l-Mulej, kif jista' jagħmel dan b'mod aħjar? U hawn la hija meħtieġa xi saħħa tal-ġisem u lanqas l-għajnuna ta' xi ħadd ħlief ta' Alla.

Santa Tereża ta’ Ġesù

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 170, it-2 punt

Saint Jerome traveled over almost all the world in order to be able to consult with the greatest men of his time, especially those most versed in the science of Holy Scripture. In Athens he met Saint Gregory of Nazianzen, who told him that to understand well the meaning of Holy Scripture, it is necessary to begin by putting it into practice. This is why he followed the advice of this great saint, whom he began from that time to look upon as his teacher and went at once into the Syrian desert to live there a holy and penitential life. As soon as he arrived there, he devoted himself to prayer, meditation on Holy Scripture, and the practice of all it teaches, spending nights in prayer and constantly fasting, separated from all contact with the world. There he came to understand thoroughly what Saint Paul says, that knowledge sometimes puffs up, but charity edifies, and that if anyone thinks he knows something, he has not yet learned what he must know, but if anyone loves God, he is known and loved by God. Of what use, says the author of the Imitation, is knowledge without the fear of God? Of what use is it, he adds, to speak profoundly about the mystery of the most Holy Trinity if the person is displeasing to God for lack of humility? In the solitude where Saint Jerome lived as though in a paradise,

Page 67: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

66 SIGNUM FIDEI

he learned to despise himself and to place no value on anything whatsoever on the earth. You must have knowledge in order to teach, but be convinced that you will know the Gospel better by meditating on it than by committing it to memory.

TALBA

Mulej, int li tferraħni biex bl-umiltà nimxi

pass pass fit-triq, nirringrazzjak li fi triqti

laqqajtni mal-aħwa subien u bniet

biex flimkien inkunu ta’ għajnuna lil xulxin.

Agħmel li l-preżenza tiegħek, li ma narawx, imma li nemmnu fiha,

issaħħaħna u flimkien nagħtuk ġieħ u foħrija

u nirringrazzjawk. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 68: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

SIGNUM FIDEI 67

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen. Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 69: SETTEMBRU 2019 - WordPress.com...2019/09/09  · Il-Ħadd, l-1 ta’ Settembru It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

68 SIGNUM FIDEI

To all Brothers, Teachers, Parents, former students, families and friends

and to all those who knew Brother Louis

In the name of the De La Salle Brothers

The Team promoting the life, work and spirituality of

Bro Louis Camilleri FSC would like to invite you to a Mass

in his memory. After the Mass, there will be an

adoration with prayers for the Pope as part of the

300th Jubilee year of St. John Baptist de la Salle, with

plenary indulgences.

Place: Mosta Oratory of the Sacred Heart of Jesus Date: Friday 13 September 2019 Time: 7pm

Signum Fidei members are encouraged to attend