taf xi ĠuĠÙĠuĠÙ jfissru -...

1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] REMISSA Taf xi jfissru dawn? Kontenitur tal-fuħħar jew tal-metall li fl-ank kien jintuża biex dak li jkun jobżoq fih. SPUTATUR ĠUĠÙ ĠUĠÙ Ħelu li ħafna drabi jkun miksi biz- zokkor u li jkollu togħma ta’ fro, u meta tomogħdu jiġġebbed qisu gomma. Bl-Ingliż nirreferu għalih bħala jujube jew jelly sweets. Kamra mdaqqsa fejn jinżammu l-kareuni, għodod marbuta mar-raba’ u oġġe oħra li għandhom x’jaqsmu mal-armar tal-bhejjem tal-ġarr. Tista’ tkun ukoll kamra fejn jinżammu maqfula l-bhejjem tat-tgħabbija. Għodda qisha trapan irqiq b’manku li biha wieħed ikun jista’ jgħawwar fl-injam jew fil- ġebel biex jagħmel toqba fonda jew usa’. Għalhekk meta ngħidu baqa’ jberren inkunu nfissru li baqa’ jaħseb f’xi ħaġa. BERRINA Ħass ħażin li bih wieħed jinlef minn sensih. Tfisser ukoll sens ta’ telqa kbira wara li wieħed ikun qala’ xi xebgħa. Għaxwa tad-daħk isser l-istat meta wieħed tant ikun daħak li ma jkunx jiflaħ jieħu nifs. GĦAXWA Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd... il-KARNIVAL! I l-Karnival f’Malta jeħodna lura lejn is-seklu ħmistax meta kien festa ta’ ikel. Fi żmien il-Kavallieri l-Karnival kien isir f’forom differen. ’Il quddiem bdew jintużaw il-maskri iżda mhux l-ewwel darba li kien hemm min jabbuża minnhom u japprofia ruħu biex ipaha lil xi ħadd. Iżda l-Gran Mastru Lascaris biex irażżan dawn l-abbużi weħlu n-nisa ma’ rasu u għalhekk ħareġ ordni li n-nisa ma jistgħux jilbsu maskri u jaendu għal reċ umorisċi. Jekk kienet nqabad xi mara kser din il-liġi kienet ngħata l-piena tas-swat… Mhux ta’ b’xejn li għadna sal-lum ngħidu lil xi ħadd li għandu wiċċ Laskri peress li Lascaris kien kontra l-ferħ u l-bluhat. L ejn tmiem is-seklu tmintax l-isfilata tal-Karnival kienet nfetaħ mill-karozzella tal- Gran Mastru, flimkien mal-kavallerija u d-daqq tat-tnabar. Wara kienu jgħaddu l-kalessi wara xulxin, imbagħad il-karrijiet. Fi żmien il-ħakma Ingliża l-Karnival kien naqqas ħafna mill-popolarità egħu iżda xorta baqa’ jiġi organizzat. Fil-fa fl-1926 dan beda kien jiġi organizzat minn kumitat imqabbad mill-Gvern. F ost it-tradizzjonijiet marbuta mal-Karnival insibu l-Parata jew żifna bix-xwabel tal- injam, u l-Kukkanja li kienet daħlet f’Malta mill-Gran Mastru Zondadari biex jalje- na lin-nies mit-tmexxija iebsa egħu. Kien jintrama arblu oħxon u għoli f’nofs il-pjazza tal-palazz tal-Gran Mastru u fil-quċċata egħu kienu jpoġġu fniek, perżut u zalze. L-arblu kienu jidilkuh bix-xaħam u numru ta’ żgħażagħ kienu jilgħu miegħu u kulma jilħqu minn fuq kienu jeħduh. [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected]

Upload: others

Post on 02-Sep-2019

24 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

REMISSA

Taf xi

jfissru

dawn?

Kontenitur tal-fuħħar jew

tal-metall li fl-antik kien

jintuża biex dak li jkun

jobżoq fih.

SPUTATUR ĠUĠÙ ĠUĠÙ Ħelu li ħafna drabi jkun miksi biz-

zokkor u li jkollu togħma ta’ frott,

u meta tomogħdu jiġġebbed qisu

gomma. Bl-Ingliż nirreferu għalih

bħala jujube jew jelly sweets.

Kamra mdaqqsa fejn jinżammu

l-karettuni, għodod marbuta

mar-raba’ u oġġetti oħra li

għandhom x’jaqsmu mal-armar

tal-bhejjem tal-ġarr. Tista’ tkun

ukoll kamra fejn jinżammu

maqfula l-bhejjem tat-tgħabbija.

Għodda qisha trapan irqiq

b’manku li biha wieħed ikun

jista’ jgħawwar fl-injam jew fil-

ġebel biex jagħmel toqba fonda

jew usa’. Għalhekk meta ngħidu

baqa’ jberren inkunu nfissru li

baqa’ jaħseb f’xi ħaġa.

BERRINA Ħass ħażin li bih wieħed jintilef

minn sensih. Tfisser ukoll sens

ta’ telqa kbira wara li wieħed

ikun qala’ xi xebgħa. Għaxwa

tad-daħk tfisser l-istat meta

wieħed tant ikun daħak li ma

jkunx jiflaħ jieħu nifs.

GĦAXWA

Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd... il-KARNIVAL!

I l-Karnival f’Malta jeħodna lura lejn is-seklu ħmistax meta kien festa ta’ ikel. Fi

żmien il-Kavallieri l-Karnival kien isir f’forom differenti. ’Il quddiem bdew

jintużaw il-maskri iżda mhux l-ewwel darba li kien hemm min jabbuża minnhom u

japprofitta ruħu biex ipattiha lil xi ħadd. Iżda l-Gran Mastru Lascaris biex irażżan dawn

l-abbużi weħlu n-nisa ma’ rasu u għalhekk ħareġ ordni li n-nisa ma jistgħux jilbsu

maskri u jattendu għal reċti umoristiċi. Jekk kienet tinqabad xi mara tikser din il-liġi

kienet tingħata l-piena tas-swat… Mhux ta’ b’xejn li għadna sal-lum ngħidu lil xi ħadd

li għandu wiċċ Laskri peress li Lascaris kien kontra l-ferħ u l-bluhat.

L ejn tmiem is-seklu tmintax l-isfilata tal-Karnival kienet tinfetaħ mill-karozzella tal-

Gran Mastru, flimkien mal-kavallerija u d-daqq tat-tnabar. Wara kienu jgħaddu

l-kalessi wara xulxin, imbagħad il-karrijiet. Fi żmien il-ħakma Ingliża l-Karnival kien

naqqas ħafna mill-popolarità tiegħu iżda xorta baqa’ jiġi organizzat. Fil-fatt fl-1926

dan beda kien jiġi organizzat minn kumitat imqabbad mill-Gvern.

F ost it-tradizzjonijiet marbuta mal-Karnival insibu l-Parata jew żifna bix-xwabel tal-

injam, u l-Kukkanja li kienet daħlet f’Malta mill-Gran Mastru Zondadari biex jalje-

na lin-nies mit-tmexxija iebsa tiegħu. Kien jintrama arblu oħxon u għoli f’nofs

il-pjazza tal-palazz tal-Gran Mastru u fil-quċċata tiegħu kienu jpoġġu fniek, perżut u

zalzett. L-arblu kienu jidilkuh bix-xaħam u numru ta’ żgħażagħ kienu jitilgħu miegħu u

kulma jilħqu minn fuq kienu jeħduh.

[email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]