the malta visual and performing arts school for... · 2020-02-03 · b’suċċess f’the malta...
TRANSCRIPT
Il-Gwida Lejn is-Success:
ĦTIĠIJIET
Noti siewja dwar ir-rotta lejn kisbiet għoljin artistiċi ġewwa:
-----------------------------------------------------------------------------
The Malta Visual and
Performing Arts School
NOTI PRELIMINARI
Dan id-dokument jinqasam f’ħames partijiet li jġibu l-ismijiet ta’:
IL-ĦAMES FOROM TAL-ARTI IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA GĦAD-DĦUL
IL-ĦTIĠIJIET TAD-DĦUL GĦAL KULL FORMA T’ARTI REGOLAMENTI TAL-ELIĠIBILITA’ U L-GĦAŻLA
L-ATT DWAR IL-ĦARSIEN TAL-INFORMAZZJONI NOTI ĠENERIĊI DWAR IS-SUĠĠETTI TAL-ISKOLA
Dawn in-noti għandhom jinqraw kollha u bir-reqqa.
In-noti jagħtu ħjiel tajbin tar-rotta li l-istudenti jistgħu jaqbdu ladarba jirnexxielhom jidħlu b’suċċess f’The Malta Visual and Performing Arts School.
Ġenituri/Gwardjani Legali, li qed japplikaw f’isem il-wild taħt il-ħarsien tagħhom, jeħtieġu jagħtu konferma li qraw u fehmu l-ħtiġijiet u t-talbiet li dan id-dokument jagħmel, kif mitlub minnhom kemm fl-applikazzjoni online kif ukoll f’dik tal-karta.
IL-VIŻJONI TAGĦNA Li tkun skola sekondarka meqjusa mill-aktar effettiva u li tgħin lill-istudenti jilħqu il-milja akkademika, soċjali u kreattiva tagħhom filwaqt li tħeġġeġ fihom is-sehem artistiku u kulturali li jafu joffru.
IL-MISSJONI TAGĦNA L-iskola tagħna tħabbrek sabiex taħdem bħala komunita’ li tħaddem firxa kulturali li tlaqqa’ flimkien studenti, ġenituri u għalliema, bil-għan li toħloq ambjent li jiffoka fuq l-istudenti u t-tagħlim imsejjes fuq ir-rispett, il-fiduċja u l-kollaborazzjoni. L-istudenti kollha jingħataw l-għajnuna sabiex jiżviluppaw b’mod sħiħ il-ħila li jrawwmu ħsieb kritiku, emozzjonali u intelletwali filwaqt li jkunilhom ta’ ispirazzjoni dejjiema għas-snin li ġejjin.
PARTI NRU 1: IL-ĦAMES FOROM T’ARTI
Il-Programmi ta’ Studju (sena 7 sa sena 11) tal-Ħames Forom t’Arti għandhom jinqraw sew.
TAGĦLIM PROPOST: O APPELL ESTETIKU
O ELEMENTI TA’ PERĊEZZJONI
O ĦILA TEKNIKA
O ŻVILUPP PERSONALI/SOĊJALI
O PERSPETTIVA STORIKA
APPELL ESTETIKU:
Bis-saħħa tal-Arti Viżwali l-istudenti jifhmu u jużaw il-lingwa tal-
estetika, li hi sabiħa, artistika, u maħduma bil-għaqal b’element
poetiku ta’ narrazzjoni fil-biċċiet tal-Arti. Dan jgħinhom jifhmu
n-natura u l-funzjoni ta’ din il-forma t’arti. Għalhekk, huma
jifhmu u japprezzaw aħjar lil xogħolhom, u dak tal-oħrajn, fil-
kuntest tal-ambjent u l-kultura li jgħixu fiha.
ELEMENTI TA’ PERĊEZZJONI:
L-istudenti jingħataw lopportunita’ li fihom irawmu l-ħiliet
perċettivi li huma meħtieġa biex jifhmu u jwieġbu għall-Arti u
għall-forom tad-Disinn. Huma jitgħallmu jagħmlu reazzjoni
għall-ambjent viżwali permezz ta’ esperjenzi li jidhru, u li allura
jistgħu jaraw u jħossu.
ĦILA TEKNIKA:
L-istudenti jitgħallmu jiżviluppaw u jtejbu lħiliet meħtieġa biex
jużaw għodod differenti ħalli jkunu jistgħu jaħdmu b’materjal
differenti fil-ħolqien ta’ biċċiet t’arti f’midja differenti.
ŻVILUPP PERSONALI U SOĊJALI:
Il-livell tat-tagħlim fl-istudenti jisseddaq peress li s-suġġett
jisfida ‘l ħiliet tagħhom biex jimirħu, jaħsbu, jiddeċiedu, joħolqu
u jsolvu sfidi u problemi parti millprocess tat-tagħlim. Huma
jibdew jaraw ċar il-mod kif iqisu ddinja li jgħixu fiha u
jirrispondu għat-talbiet tagħha.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
PERSPEPETTIVA STORIKA:
Dak kollu li hu maħluq mill-bniedem jipproponi kwalitajiet
viżwali speċifiċi għall-post u għaż-żmien li joħroġ minnhom.
Dan l-istudju jagħti tifsira storika tal-oriġini ta’ biċċiet t’Arti minn
kulturi dinjija speċifiċi, jistaqsi dwar l-oriġini tagħhom, min
għamilhom, il-midja wżata, il-funzjoni ta’ pitturi u oġġetti, kif
intlaqgħu u l-istorja tagħhom.
KARATTERIZZAZZJONI:
L-istudenti jitgħallmu jagħrfu, jinvestigaw u “joħolqu karattri”.
Mill-kitba tal-bidu (script) sal-wirja tal-aħħar (performance) u wara,
jitgħallmu jagħmlu analiżi ta’ karattri li jafu, biex jaslu joħolqu u
jibnu oħrajn, jagħtuhom ħajja, permezz tal-ħsieb, tal-kliem, tad-
dehriet, u l-azzjoni. TAGĦLIM PROPOST:
O KARATTERIZZAZZJONI ESPRESSJONI:
O ESPRESSJONI
O STORJA
Il-Lingwaġġ tal-Ġisem u l-Vuċi huma għodda essenzjali għall- O ANALIŻI
O REĊTAR attur. Bihom l-istudenti jitħarrġu kif jinterpretaw karattru,
O NOĦOLQU TEATRU FLIMKIEN
jgħaddu messaġġ u joħorġu emozzjoni. Huma jiflu modi ta’
espressjoni verbali u mhux verbali, mill-mima sal-kor Grieg sat-
teatru mużikali, li fih, l-istudenti jitħarrġu mhux biss fil-kant,
imma fl-interpretazzjoni wkoll. B’dal-mod huma jkunu qegħdin
isaħħu l-iżvilupp tal-karattri.
STORJA:
L-istudenti jagħmlu tiftix biex isibu kif inbniet it-tradizzjoni storika
tat-teatru matul iż-żmien. Jinvestigaw kif ħtiġijiet soċjali, reliġjużi,
ekonomiċi, kif ukoll gwerer biddlu ħafna riti ċerimonjali u
ċelebrazzjonijiet f’avvenimenti kulturali. Jiskopru kif twieldu
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
stili u ġeneri tat-Teatru, u jiġu murija kif ifissru u jqabblu karattri
u sitwazzjonijiet universali storiċi.
ANALIŻI:
L-istudenti jitgħallmu jsawru l-ħila analitika tagħhom biex
jevalwaw wirjiet teatrali differenti, u wara jużaw din l-analiżi
sabiex joħorġu b’xi ideat ġodda. Jitgħallmu jirriflettu fuq l-użu
tal-lingwa, l-istruttura tad-djalogu, kemm il-karattri jinżlu fil-
fond, u jekk jeżistux possibilitajiet biex jissuġġerixxu tmiem
differenti għal stejjer magħrufin. Jitgħallmu wkoll kif jużaw id-
diskrezzjoni fil-kritika tagħhom.
REĊTAR:
L-istudenti jesploraw it-teknika tar-reċtar permezz tal-attivitajiet
teatrali, il-kisba tat-tagħrif permezz tar-riċerka, u prattika fl-
improvizzazzjoni b’moviment fuq il-palk. Dan jesplorawh
individwalment kif ukoll fi gruppi. Permezz tat-teatru modern,
tat-teatru tat-tfal, ta’ dak klassiku u mill-farsa, mill-kummiedja u
mit-traġedja, jitħarrġu f’teknika mħallta għal reċtar fuq il-palk,
għal quddiem il-kamera, kif ukoll għar-radju.
NOĦOLQU TEATRU FLIMKIEN:
L-istudenti jitgħallmu jaħdmu flimkien. Joħolqu kitba u jsibu
metodi kif jipproduċu u jidderieġu reċti flimkien u kif
jirreklamawhom. Jgħarrfu stili teatrali u kif influwenzi differenti
jaħdmu fuq għażliet artistiċi. Jitħarrġu fix-xogħol ta’ wara l-
kwinti fil-bini ta’ sett, kostum u props, fil-ħoss u fid-dawl billi
jħażżu pjanti sempliċi u skemi ta’ produzzjoni.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
TAGĦLIM PROPOST:
O FOTOGRAFIJA
O VIDJOGRAFIJA
O DISINN GRAFIKU
O DISINN TA’ WEBSAJT
O AWDJO (U RADJU)
O GĦARFIEN U ETIKA TAL-
MIDJA
FOTOGRAFIJA:
Dan l-istudju jintroduċi l-arti tal-Fotografija u l-ħiliet tekniċi
marbutin magħha. L-istudenti jitgħallmu dwar exposure tajba,
dawl, l-użu tal-kamera, kif ukoll dwar il-ħafna stili u modi tekniċi
fotografiċi. Jitgħallmu wkoll kif isir tisbiħ u emendi fir-ritratti.
VIDJOGRAFIJA:
Dan hu studju li jiġbor fih użu tajjeb ta’ kamera u inkwadraturi
korretti, it-tħejjija u storyboarding (pjan grafiku sempliċi li juri kif
storja bil-kontenut tagħha tkun organizzata f’vidjo). Jitgħallmu
jieħdu shots varji u kif jgħaqqdu vidjo permezz tal-editing.
Jitħarrġu wkoll f’kif tinbena produzzjoni ta’ programm televiżiv,
ta’ film u ta’ xandir dirett, b’effetti speċjali u grafiċi.
DISINN GRAFIKU:
Jiġu mistħarrġin prinċipji bażiċi tad-disinn grafiku, kif ukoll il-
liġijiet tal-viżiv u tat-tipografija, li jmexxu l-proċess kollu tal-
produzzjoni tal-istampar. L-istudenti jitħarrġu fil-metodi bażiċi
kif jiddisinjaw posters, materjal pubbliċitarju kif ukoll it-tqassim
tipografiku. Jieħdu tagħlim wiesa’ fil-mod kif prodott ikun jixtieq
li jidher mal-konsumaturi jew kif dawn iħarsu lejh.
DISINN TA’ WEBSAJT:
Dan hu studju li jiġbor sew fih il-ħiliet u d-dixxiplini kollha fil-
produzzjoni u ż-żamma ta’ websajt, li jinkludu l-komponenti ta’
hardware u software tal-Internet. Jagħti lill-istudenti l-ħiliet
meħtieġa fl-użu ta’ blogs u l-midja soċjali bħala bażi biex
jirriklamaw ix-xogħol kreattiv tagħhom. Jieħdu taħriġ tal-ħiliet fl-
iżvilupp bażiku ta’ websajt.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
AWDJO (U RADJU):
Dan l-istudju juri kif il-ħoss jiġi rrekordjat u mħaddem għal
raġunijiet ta’ tisbiħ jew effett. Iħejji wkoll lill-istudenti għall-użu
tiegħu fi produzzjoni ta’ vidjo. Xi industriji professjonali, midħla
tal-produzzjoni tal-awdjo, jiġu diskussi, l-aktar dak tar-radju.
GĦARFIEN U ETIKA TAL-MIDJA:
Dan l-istudju jgħarraf lill-istudenti kif għandhom jinterpretaw
tajjeb il-midja li huma esposti għaliha, u bħala estensjoni naturali,
jitgħallmu jipproduċuha huma stess. Jitgħallmu kif bl-aħjar valuri
huma jħaddmu b’responsabbiltà l-kreattivita’ tagħhom mingħajr
ma jxerrdu informazzjoni żbaljata jew li tagħmel ħsara.
TEKNIKA TAL-KEYBOARD:
Dal-kors jiżviluppa l-ħiliet biex jindaqq il-pjanu, kif ukoll it-
teknika tal-keyboard u l-qari ta’ mużika miktuba. Hu maħsub
għall-istudenti li għandhom ftit jew xejn esperjenza tal-keyboard
biex b’mod sempliċi jesprimu ruħhom.
TEORIJA TAL-MUŻIKA:
TAGĦLIM PROPOST: Dan l-istudju jaħseb biex jagħti ħjiel bażiku tal-aspett tekniku tal-
O TEKNIKA TAL-KEYBOARD mużika. Jagħfas fuq l-għarfien tan-noti, intervalli, kitba ħafifa tar- O TEORIJA TAL-MUŻIKA
ritmu u tal-melodija, kif ukoll jagħti għarfien ta’ kordi ħfief, kant O ELEMENTI KREATTIVI
O SMIGĦ, VALUTAZZJONI, “prima vista” ta’ mużika miktuba, u qari ta’ kompożizzjoni ANALIŻI
mużikali miktuba.
O WIRJIET (GĦAŻLA TA’
STRUMENT)
SMIGĦ, VALUTAZZJONI, ANALIŻI:
GĦAŻLA TA’ STRUMENTI:
VJOLIN, VJOLA, VJOLINĊELL, F’dan l-istudju, l-istili ewlenin tal-Mużika tal-Punent jiġu PJANU, KORNU (F), FLAWT,
mistħarrġin. Jeżamina wkoll stili u metodi tekniċi ta’ mużika KLARINETT (BB), TRUMBETTA,
PERKUSSJONI, KITARRA KLASSIKA
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
vokali u strumentali, ix-xogħlijiet tal-aqwa kompożituri, u l-
forom mużikali ta’ perjodi differenti.
VUĊI:
L-istudenti jitgħallmu jiżviluppaw is-smigħ ġewwieni (il-ħila li
jisimgħu noti mużikali fil-moħħ mingħajr ma jkantaw jew
idoqqu). Il-kors jagħfas fuq l-interpretazzjoni, l-istil, u l-
intonazzjoni meta l-vuċi toħroġ b’livell għoli (projection).
Studenti b’interess lejn dan il-qasam, fil-futur jistgħu jkomplu
jitħarrġu fi studju avvanzat. Il-vuċi tiġi meqjusa bħala strument,
imma trid tittieħed ukoll ma’ strument li jindaqq. Sintendi,
hemm ukoll kor professjonali.
ELEMENTI KREATTIVI: IMPROVIZZAZZJONI,
KOMPOŻIZZJONI:
Dan l-istudju għandu l-għan li jqanqal il-ħiliet immaġinattivi u
inventivi fl-istudenti. Jagħtihom ukoll tagħrif u ħiliet biex jużaw
ideat li jkunu ħadu waqt sessjonijiet ta’ improvizzazzjoni sabiex
joħolqu mużika li ħaddieħor jifhem u japprezza.
WIRJIET, GĦAŻLA TA’ STRUMENT:
Dan il-kors joffri tagħlim prattiku fit-teknika u fil-ħila tad-daqq
tal-istrument magħżul. L-istudenti jitressqu lejn il-kompetenza
fid-daqq tal-istrument (solo jew fi grupp), l-istudju ta’ repertorju
xieraq, kif ukoll l-iżvilupp tal-interpretazzjoni.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
TAGĦLIM PROPOST:
O BALLET
O TEKNIKA MODERNA
O ŻFIN MODULARI
O TEORIJA
BALLET:
Dan il-kors hu maħsub biex l-istudenti jieħdu għarfien tal-
ħtiġijiet tekniċi tal-ballet klassiku u jifhmu sew l-isfidi li joffri.
Ilkors isaħħaħ l-iżvilupp artistiku u tekniku fl-istudenti b’tagħlim
qawwi f’dan il-ġeneru ta’ żfin.
TEKNIKA MODERNA:
Dan il-kors jifli stili ewlenin kontemporanji fosthom Limon,
Graham, Cunningham u ġeneri moderni oħrajn. Jeżamina wkoll
stili tekniċi oħrajn li jipprovdu żvilupp ġenerali fl-istudent żeffien.
ŻFIN MODULARI (Spanjol, Tap, Street, Teatru Mużikali, Jazz):
Il-korsijiet modulari jipprovdu taħriġ speċifiku, b’għarfien
artistiku u tekniku wiesa’, f’kull ġeneru msemmi. Kull kors
jinvestiga karatteristiċi bażiċi biex l-istudenti jkunu jistgħu jiksbu
għarfien akbar u aħjar f’kull qasam taż-żfin u jifhmuh tajjeb.
TEORIJA:
Dan hu kors li jissuġġerixxi skemi bażiċi u sempliċi kif l-istudenti
jifhmu kull qafas teoriku u relatat fiż-żfin. L-oqsma ewlenin huma
Analiżi fit-Teknika, l-Anatomija tal-Ġisem, Kritika u Evalwazzjoni,
l-Istorja taż-Żfin, u modi tekniċi ta’ Korjografija.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
PARTI NRU 2: IL-KRITERJI TAL-GĦAŻLA GĦAD-DĦUL
Il-kriterji li bihom jiġi evalwat l-Applikant u eventwalment magħżul.
Din hi deskrizzjoni ħafifa tas-sistema ta’ għażla fuq 2 stadji, maqsumin fi 3 partijiet.
STADJU
WIEĦED:
1el
2ni
Parti: FORMA t’ARTI:
Parti: INTERVISTA:
minn 90 marka.
minn 10 marki.
STADJU
TNEJN:
3et
Parti: RIŻULTAT AKKADEMIKU:
30% tal-marka globali.
STADJU WIEĦED: 1el PARTI - FORMA T’ARTI:
DRAMA, MUŻIKA, ŻFIN
minn 90 marka.
REFERENZA: evidenza ta’ livelli xierqa maħruġin minn entitajiet rikoxxuti,
liema evidenza tista’ tiġi verifikata mill-Bord tal-Għażla.
AWDIZZJONI: wirja qasira li teżamina l-ħila artistika tal-Applikanti, u li huma jkunu
mitlubin jagħmlu biex juru li jkunu laħqu livell xieraq fil-forma ta’ arti magħżula.
ARTI
PORTAFOLL: ġabra ta’ tpinġijiet, li jkunu xhieda tax-xogħol u l-ħila tal-istudent,
miġburin matul perjodu ta’ żmien taħt il-ħarsien tal-għalliema tal-arti u akkreditati
minnhom bħala Xhud b’dikjarazzjoni iffirmata, liema dikjarazzjoni tista’ tiġi
verifikata mill-Bord tal-Għażla.
PRATICUM: sessjoni ta’ sagħtejn li matulha l-istudenti iridu jipproduċu biċċa xogħol.
MIDJA
INTERVISTA: taħdita qasira mal-Applikanti fejn fiha jridu jagħtu prova ċara li
għandhom interess ġenwin fil-Midja.
STADJU WIEĦED: 2ni PARTI - INTERVISTA: minn 10 marki.
INTERVISTA
KONSULTAZZJONI FORMALI: eżami orali biex jkejjel it-temperament u l-
karatterisitiċi personali tal-Applikanti kif ukoll il-ġibda tagħhom lejn l-arti magħżula.
Din l-intervista tkun fil-preżenza tal-Ġenituri/ Gwardjani Legali.
NOTA: L-EWWEL U T-TIENI PARTI FI STADJU WIEĦED.
o L-Ewwel u t-Tieni Partijiet ta’ Stadju Wieħed jittieħdu flimkien.
o Jingħaddu l-marki taż-żewġ partijiet u toħroġ klassifika proviżorja.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
o L-aqwa ħamsa u għoxrin (25) Applikant f’kull waħda mill-ħames Forom
t’Arti jidħlu f’lista mqassra għall-aktar kunsiderazzjoni fit-Tieni Stadju.
STADJU TNEJN: 3et PARTI - RIŻULTAT AKKADEMIKU: 30% tal-marka globali.
RIŻULTAT AKKADEMIKU
SETT TA’ LIVELLI: il-klassifikazzjoni li tintuża biex turi l-livelli miksubin fil-Malti,
fl-Ingliż, u fil-Matematika fl-aħħar tas-6 sena.
NOTA: IT-TIELET PARTI FIT-TIENI STADJU
o Il-ħamsa u għoxrin student, f’kull waħda mill-ħames forom t’Arti, li
jispiċċaw fil-lista mqassra tal-klassifika proviżorja wara l-Ewwel Stadju,
issa jerġgħu jiġu mnaqqsa wara it-Tieni Stadju (Benchmark).
o Il-proċess jibda minn fuq (l-ogħla post) u jinżel ‘l isfel skont il-lista.
o Sakemm ikunu ġabu 30% jew aktar fir-rata medja tar-riżultat tal-eżamijiet
(benchmark), l-aħjar għaxar (10) studenti f’kull waħda minn Arti, Żfin,
Drama, u Mużika, u l-aħjar tmin (8) studenti fil-Midja, jidħlu fl-Iskola.
o Sa tliet studenti f’kull Forma t’Arti li jkun imiss fil-lista proviżorja
jinżammu bħala riserva.
PARTI NRU 3: IL-ĦTIĠIJIET TAD-DĦUL GĦAL KULL FORMA T’ARTI.
Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fl-ARTI VIŻWALI. L-Arti Viżwali teħtieġ Prova ta’ Livell li trid tkun ċara u ġenwina. L-
istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu evidenza li huma
għandhom il-livell meħtieġ, liema evidenza tiġi mingħand l-għalliema tal-
Arti tagħhom li turi li x-xogħol fil-portafoll ippreżentat ikun inħadem fil-
klassi matul l-aħħar sena skolastika kif jidher fi tmiem dan id-dokument.
Studenti li ma jagħtux din il-Prova ta’ Livell ikunu fi żvantaġġ qawwi.
REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD.
PORTAFOLL: L-istudenti jippreżentaw portafoll b’għaxar (10) biċċiet xogħol, b’varjetà
ta’ materjali, teknika u suġġetti tal-għażla tagħhom. Dawn jistgħu jkunu taħlita ta’ 2D u
3D. Jeħtieġu jfissru b’ħila huma għaliex ħolqu xi waħda mix-xogħlijiet fil-portafoll u l-
proċess kif għamluha.
L-għaxar biċċiet xogħol iridu jkunu sponsorjati mill-għalliema tal-Arti tagħhom fl-iskola bl-informazzjoni kollha mogħtija hawn taħt bħala prova li hu xogħol ġenwin maħdum mill-istudenti. Dawk ix-xogħlijiet li juru kwalunkwe tip ta’ intervent minn ħaddieħor ma jiġux ikkunsidrati. Barra minn hekk, kopji ta’ xogħlijiet artistiċi jew stampi (mill-Internet jew referenzi oħra) u xogħlijiet li fihom influwenza qawwija minn dawk ta’ ħaddieħor ma jiġux ikkunsidrati.
SESSJONI PRATTIKA: L-istudenti jpinġu, jiżbgħu jew jiskolpixxu xi ħaġa tal-għażla
tagħhom, f’sessjoni ta’ sagħtejn, billi jużaw materjali tal-għażla tagħhom ukoll.
Numru ta’ punti (temi u / jew oġġetti) jingħataw lill-istudenti li minnhom wieħed jista’ jipproduċi xogħol 2D jew 3D .
L-għalliema li jmexxu s-sessjoni jassiguraw li l-istudenti ma jikkuppjawx minn stampi li huma jġibu magħhom bħala riżorsi jew studju preliminari jew xi xogħol preparatorju.
L-istudenti jridu jġibu magħhom il-materjal neċessarju bħal: karti, karti għall-collage, imqass, kolla, żebgħa, lapsijiet eċċ.. jew materjal ieħor biex joħolqu xogħol 3D.
Jekk ikum hemm il-bżonn, jiġu provduti xi easels.
L-istudenti jistgħu jipproduċu aktar minn xogħol wieħed. Kull xogħol preparatorju għandu jinġabar flimkien max-xogħol finali u lest.
Billi jħaddmu l-immaġinazzjoni, il-ħsieb, u l-viżjoni kreattiva tagħhom, huma jibdew
minn sketch u jaslu għax-xogħol finali. Is-sessjoni tkun mħarsa tajjeb
u l-proċedura wżata tkun osservata b’reqqa. Kriterji: (25 marka kull
waħda: Total-100 marka)
Preżentazzjoni ta’ Portafoll: il-ħila li jitkellmu dwar xogħolhom.
Kontenut tal-Portafoll: varjetà ta’ materjali, teknika u suġġetti.
L-Użu ta’ Materjali u t-Teknika: ħiliet tekniċi.
Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fid-DRAMA .
L- istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu
evidenza li huma għandhom il-livell meħtieġ, fi gradi, minn
istituzzjonijiet rikonoxxuti. Studenti li ma jagħtux din il-Prova
ta’ Livell ikunu fi żvantaġġ qawwi.
REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD. SESSJONI PRATTIKA: Din tieħu madwar għoxrin minuta. Taf tkun aktar jew anqas. L-istudenti jirreċtaw, bl-istil tagħhom, silta bil-Malti li jagħżlu minn erba’ siltiet li
jidhru fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD. (L-Applikanti li huma interessati li
jagħżlu verżjoni bl-Ingliż ta’ dawn is-siltiet jistgħu jsibuhom fil-versjoni bl-Ingliż ta’ dan id-
dokument fuq il-websajt tal-Edukazzjoni).
Jirrepetu l-istess silta taħt direzzjoni speċifika mill-membri tal-Bord tal-Għażla.
l-istudenti jsarrfu n-narrattiva tas-silta li jkunu għażlu f-diskors dirett bejn żewġ karattri u jaħdmu xena bl-użu ta’ pupazzi. Fl-aħħar, huma jridu jinterpretaw sentenza waħda mis-silta, li tkun magħżula minn membru tal-Bor tal-Għażla, f’erba’ burdai differenti.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
L-istudenti jsarrfu n-narrattiva tas-silta li jkunu għażlu f’diskors dirett bejn żewġ karattri u jaħdmu xena bl-użu ta’ pupazzi.
Fl-aħħar, huma jridu jinterpretaw sentenza waħda mis-silta, li tkun magħżula minn membru tal-Bord tal-Għażla, f’erba’ burdati differenti.
Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fil-MIDJA.
Il-Midja ma titlobx Prova ta’ Livell imma teħtieġ individwi b’ħiliet u
kompetenzi differenti. Kittieba, disinjaturi ta’ kostumi u dawk grafiċi,
animaturi, nies fuq il-kameras, fotografi, artisti li jħażżu sensiela ta’ skizzi
(sketches) li juri l-bdil fix-xeni ta’ film jew programm televiżiv, u diretturi,
kollha għandhom bżonn ta’ ħiliet differenti, imma kollha huma wkoll
intervista importanti fid-dinja vasta tal-Midja.
INTERVISTA: Din tieħu madwar għoxrin minuta. Taf tkun aktar jew anqas. Il-membri tal-Bord tal-Għażla jfittxu interess ġenwin fil-Midja, jaraw jekk l-applikanti
jafux kif taħdem, u kif tinħoloq, kif ukoll jaraw jekk għandhomx għajn għad-dettall fil-
ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fil-MUŻIKA.
Id-Drama teħtieġ Prova ta’ Livell li trid tkun ċara u ġenwina. L-
istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu evidenza li
huma għandhom il-livell meħtieġ, fi gradi, minn istituzzjonijiet
rikonoxxuti. Studenti li ma jagħtux din il -Prova ta’ Livell
ikunu fi żvantaġġ qawwi.
REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD.
SESSJONI PRATTIKA: L-Istudenti jagħmlu sessjoni prattika li tieħu madwar għoxrin
minuta (taf tkun aktar jew anqas) u li tinkludi:
Daqq ta’ Strument: L-Istudenti jdoqqu tliet (3) biċċiet (ismijiet u titli jingħataw aktar ‘il quddiem). L-Istudent jridu jġibu l-istrument tagħahom.
Sight Reading: L-Istudenti jdoqq biċċa mużika adattata għall-istrument li jġibu magħhom u li ma jkunux raw qabel.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
Test Orali: matul dan it-test l-istudenti …
Jirrepetu ritmu mogħti għal darbtejn minn membru tal-Bord Għażla.
Ikantaw frażi qasira (melodija) matul firxa ta’ octave.
Joħorġu d-differenzi bejn żewġ frażijiet li jindaqqu minn membru tal-Bord tal-Għażla.
Jisimgħu silta mużikali u jridu jikkumentaw fuq il-kwalitajiet tagħha.
Test fit-Teorija Mużikali.
Dettalji dwar kif se ssir l-għażla fiż-ŻFIN.
referenza
sessjoni
prattika
Iż-Żfin jeħtieġ Prova ta’ Livell li trid tkun ċara u ġenwina. L-
istudenti li jagħżlu din il-forma t’Arti jridu jipprovdu evidenza li
huma għandhom il-livell meħtieġ, fi gradi, minn istituzzjonijiet
rikonoxxuti. Studenti li ma jagħtux din il -Prova ta’ Livell
ikunu fi żvantaġġ qawwi.
REFERENZA: Prova ta’ Livell kif tidher fi tmiem dan id-dokument - TAGĦRIF MIŻJUD.
SESSJONI PRATTIKA: Din is-sessjoni tieħu madwar sagħtejn. Taf tkun aktar jew anqas.
Fi gruppi, l-istudenti jiżfnu sekwenza klassika (ballet) flimkien, għal silta mużikali klassika. Din is-sessjoni tieħu bejn siegħa u kwart u siegħa u nofs.
L-għadd tal-istudenti jiġi mnaqqas, u f’sessjoni oħra, fl-istess jum jew f’data oħra, dawk li jkunu magħżula, jiżfnu għal biċċa mużika oħra, din id-darba f’ġeneru differenti ta’ żfin.
L-istudenti jiġu eżaminati f’dawn l-erba’ oqsma:
Teknika u Ħila Artistrija
Muzikalita’ u Ritmu Kwalità u Koordinament tal-Moviment
PARTI NRU 4: REGOLAMENTI TAL-ELIĠIBILITA’ U L-GĦAŻLA
Dettalji li jispjegaw ir-regolamenti li jmexxu l-proċess tal-Għażla.
1. ELIĠIBBILITÀ (Dritt li Japplika)
o L-Applikazzjoni għal dħul f’The Malta Visual and Performing Arts School hi miftuħa
għall-istudenti kollha tas-Sitt Sena fl-iskejjel al-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f’Malta u
Għawdex.
o Il-Ġenituri/Gwardjan Legali għandhom iqisu, li biex uliedhom ikunu eliġibbli biex
jidħlu f’ The Malta Visual and Performing Arts School jeħtieġ li jkollhom ħila xierqa li
jagħmlu dan u li għandhom ir-reżiljenza meħtieġa għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti.
o Applikanti li m’għandhomx kompetenza xierqa fl-użu tal-lingwa Maltija u ta’ dik Ingliża
filqari, fil-kitba u fil-fehim jistgħu jsibu diffikulta’ fl-istudji tagħhom, u wkoll fl-eżamijiet.
2. PROĊESS TAL-GĦAŻLA (Sistema ta’ Għażla)
o Il-Ġenituri/Gwardjan Legali, li japplikaw f’isem il-wild taħt il-ħarsien tagħhom, jeħtieġu
jżommu mal-appuntamenti mogħtija (data u ħin) għall-awdizzjoni u l-intervisti.
o Huma għandhom jifhmu u jaqblu li joqogħdu għal kull deċiżjoni li tittieħed fil-proċess
tal-għażla, mill-Bord tal-Għażla kkonċernat.
o Id-deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Għażla hija finali.
PARTI NRU 5: L-ATT DWAR IL-ĦARSIEN TAL-INFORMAZZJONI
L-Att dwar il-Ħarsien tal-Informazzjoni (Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta), jirregola kif it-
tagħrif personali miġbur, f’forma elettronika u miktuba, jista’ jintuża. L-iskola hi mitluba
timxi b’mod sew u sħiħ mal-Prinċipji tal-Ħarsien tal-Informazzjoni kif imfassla fl-Att,
skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Ħarsien tal-Informazzjoni u SL 440.09
o Biex tkun tista’ taqdi l-funzjoni tagħha, The Malta Visual And Performing Arts School, fi ħdan
il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Impiegi, tiġbor, tipproċessa u żżomm fuq il-kotba
tagħha informazzjoni personali, sabiex jiġu osservati l-obbligi legali skont l-Att dwar l-
Edukazzjoni (Kap.327), u dispożizzjonijiet oħra statutorji. Dan tagħmlu b’diskrezzjoni.
o Impjegati f’dan id-Dipartiment, li huma delegati u obbligati li jaqdu l-funzjonijiet ta’ dan
id-Dipartiment, għandhom aċċess għat-tagħrif li l-Ġenituri/Gwardjan Legali jagħtu.
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
o Xi dettalji mit-tagħrif personali jistgħu jintalbu minn dipartimenti tal-Gvern oħrajn u terzi
persuni, bħal kliniċi, sptarijiet, jew speċjalisti mediċi u jsir użu minnhom jekk applikant
ikollu bżonn trattament mediku. L-awtoritajiet tal-Edukazzjoni jistgħu jagħmlu użu minn
din l-informazzjoni kif awtorizzat mil-liġi.
o Id-dettalji personali tal-Applikant u tal-Ġenituri/Gwardjan Legali huma mandatorji
għall-proċess tal-għażla u jintalbu ladarba applikant japplika biex jattendi f’din l-iskola.
o Mad-dħul tal-Applikanti fl-iskola, id-dettalji tal-Ġenituri/Gwardjan Legali jsiru kruċjali
għal tmexxija tajba tal-Iskola.
o Ir-rekords tal-Applikanti jistgħu jinkludu wkoll ritratti. Meta jinqala’ l-każ issir talba
oħra għall-kunsens mill-Ġenituri/Gwardjan Legali.
o Il-Ġenituri/Gwardjan Legali huma fl-obbligu li jgħarrfu lill-iskola b’tibdil fid-dettalji tar-
reġistrazzjoni tal-Applikant. L-informazzjoni teħtieġ tinżamm aġġornata.
o Il-persuni li tagħhom jappartjenu d-dettalji, għandhom kull dritt ikunu jafu x’informazzjoni
għandha l-iskola dwarhom, kif ukoll x’tagħmel b’din l-informazzjoni.
PARTI NRU 6: NOTI ĠENERIĊI DWAR IS-SUĠĠETTI FL-ISKOLA.
The Malta Visual and Performing Arts School, tipproponi taħlita meqjusa ta’ suġġetti
speċjalizzati (il-ħames Forom t’Arti) u oħrajn tradizzjonali kif mitlub mill-Qafas tal-
Kurrikulu Nazzjonali.
Tagħrif dwar il-lezzjonijiet tas-suġġetti tas-Sena 7 (Form One) u Sena 8 (Form Two).
Learning Area
Subject
40 minute lessons
per week
Maltese 4 lessons
Languages English 5 lessons
Foreign Language 3 lessons
Mathematics Maths 5 lessons
Science & Technology
Science 4 lessons
ICT
1 lesson
Health & Physical Education PE 2 lessons
Religious and Ethics Religion/Ethics
2 lessons
Education
Humanities & Education for Geography 1 lesson
Democracy
History 1 lesson
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
Social Studies 1 lesson
PSCD
1 lesson
Visual and Performing Arts 10 lessons
School-based Choices
Art Dance Drama Media Music
8 lessons/week for each of the
chosen Art Forms. 2 lessons/week
for all other Art Forms on a rotation
basis during the year.
TOTAL 40 LESSONS
Tagħrif dwar il-lezzjonijiet tas-suġġetti mis-Sena 9 sa-Sena 11 (Form Three sa Form Five).
Learning Area
Subject
40 minute lessons
per week
Maltese 4 lessons
Languages English 5 lessons
Foreign Language 3 lessons
Mathematics Maths 5 lessons
Core Science / Physics 4 lessons
Science & Technology
Chemistry / Biology
ICT 1 lesson
Health & Physical Education
PE 2 lessons
PSCD
2 lessons
Religious and Ethics
Religion/Ethics 1 lesson
Humanities
1 lesson
Education Humanities
Education for Democracy Option Subject:
Art Dance Drama Media
8 lessons
Visual & Performing Arts
Music
One Subject from One Block:
School-based Choices
Block A – Art forms 4 lessons
Block B – Sciences
Block C – Technical Subjects
Block D - Humanities
TOTAL 40 LESSONS
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
TAGĦRIF MIŻJUD - JEKK JOGĦĠBOK NIŻŻEL IL-PAĠNI SA ISFEL
Dan hu tagħrif għal min jagħżel id-DRAMA, il-MUŻIKA u z-ŻFIN.
Niżżel u pprintja. Imla l-parti skont l-għażla li tagħmel, aqta’ u ibgħatha bil-posta lill-:
Uffiċju tal-Prinċipal, Attenzjoni: Ms Jeanette Debono
Kulleġġ San Tumas More, Contact No: 25986000
Santa Luċija
Triq il-Kaħwiela, Santa Luċija SLC1831
Aqta’ hawn: -------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL ID-DRAMA (Aqra tajjeb u imla.)
REFERENZA:
Skola tad-Drama: Ismijiet u indirizzi ta’ skejjel tad-Drama liċenzjati u akkreditati, dati
u ħin fil-ġimgħa li attendejt, u ibda mill-aktar riċenti.
Isem u l-indirizz tal-iskola tad-Drama Dati meta attendejt Sigħat/ġimgħa
_________________________________________________ ____________ _____________
_________________________________________________ ____________ _____________
_________________________________________________ ____________ _____________
_________________________________________________ ____________ _____________
Taħriġ sa issa: Lista ta’ taħriġ fid-DRAMA minn meta bdejt sa issa. Jekk jogħġbok
ehmeż riżultati, rapporti jew ċertifikati li għandek. Ritratti ta’ produzzjonijiet li ħadt
sehem fihom jgħinu ħafna.
Studju IVA LE L-aktar eżami riċenti. Bord li eżamina, livell, data
Fi grupp ___ ___ __________________________ _____________________
Fi grupp ___ ___ __________________________ _____________________
Solo ___ ___ __________________________ _____________________
Solo ___ ___ __________________________ _____________________
Musical Theatre ___ ___ __________________________ _____________________
Musical Theatre ___ ___ __________________________ _____________________
Karattru ___ ___ __________________________ _____________________
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL ID-DRAMA (Għażel silta waħda u studjaha sew.)
Tista’, jekk trid, tagħżel silta bl-Ingliż li ssibha fil-verżjoni tan-Noti Għall-Istudenti u
l-Ġenituri bl-Ingliż.)
SKAR
Qatt ma ħsibt li l-hyenas jistgħu ikunu daqstant utli! Kelli bżonn nikkonvinċihom.
Imma l-kburija tappella għal kulħadd. Għidtilhom biex ikunu lesti jieħdu opportunità
ta’ darba, li jħaddnu ż-żmien ġdid li se jżernaq. Ma fiehmux x’kien mistenni minnhom,
imma kienu lesti jimxu warajja. Sirt l-għalliem u l-kap tagħhom. Kellhom ħeġġa kbira u
elf mistoqsija. Irbaħthom meta semmejtilhom li se jmut ir-Re, u huma kienu se jiktbu u
jitniżżlu fl-Istorja.
URSULA
B’xorti tajba jien kapaċi nagħmel il-maġija. Nużaha biex ngħin lil min hu fil-bżonn, lil
min iħossu waħdu u jgħix ħajja nieqsa minn kollox u mimlija uġigħ. Pereżempju, l-aħħar
darba ltqajt ma’ tfajla tixtieq tirqaq, u ġuvni jfittex tfajla. Bi ftit maġija laqqajthom u
nġibdu lejn xulxin. Veru li ġieli kien hemm każi fejn kelli nkun iebsa ma’ min ma
jħallasx. U forsi ġieli smajt min gerger kontrija wkoll. Imma fil-biċċa l-kbira min jafni
jagħmilni qaddisa!
BELLE
Twelidt f’belt żgħira, kwieta u minsija, mimlija b’karattri komuni. Kuljum, kulħadd
jisbaħ bi tbissima u t-tislima: Bonjour! Kważi kuljum filgħodu mmur sal-ħanut tal-
kotba. Inħobb naqra! Mattriq dejjem niltaqa’ mal-furnar iġorr il-ħobż, xi nies iseksku
fuq laħħar ġrajjiet, il-bidwi ġej bil-ħaxix mill-għelieqi biex ibigħhom, u l-ħajjat jiftaħ il-
ħanut biex jibda l-jum tax-xogħol. Li hemm komuni hu, li kulħadd jitbissem u
jsellem: Bonjour!
ALADDIN
Ħabib, ma nafx tifhimnix. M’għandix ħajja faċli. Biex ngħix irrid niekol, u biex niekol
irrid nisraq. Ħajti ngħixha fuq xifer l-irdum, kważi bil-ponta ta’ sejf imdendla fuqi.
Nisraq, meta nkun filbżonn. L-inkwiet, daqqa nfittxu, daqqa jiġri warajja. Għedewwa
għandi ħafna, ħbieb ħadd ħlief Abu x-xadina. Ħafna jgħiduli li missejt il-qiegħ, oħrajn
jgħajruni ġurdien u ħalliel. Li t-tort jippruvaw jitfgħuh fuq kif rabbewni l-ġenituri ma
tagħmilx sens! Ġenituri m’għandix!
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL IL-MUŻIKA (Aqra tajjeb u imla.)
REFERENZA:
Taħriġ sa issa: Lista ta’ taħriġ fil-MUŻIKA minn meta bdejt sa issa. Jekk jogħġbok
ehmeż riżultati, rapporti jew ċertifikati li għandek. Ritratti ta’ produzzjonijiet li ħadt
sehem fihom jgħinu ħafna.
IMPORTANTI: L-Istudenti jeħtieġu jkollhom minimu ta’ grad 2
b’distinction kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika u jingħataw prijorita’.
Studenti bi grad aktar baxx jiġu meqjusin ukoll.
Strument studjat L-aktar eżami riċenti. Bord li eżamina, livell, data
Strument 01 ______________ _______________________ ___________________
Strument 01 ______________ _______________________ ___________________
Strument 02 ______________ _______________________ ___________________
Strument 02 ______________ _______________________ ___________________
Teorija fil-MużikaIVA LE _______________________ ___________________
THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL IŻ-ŻFIN (Aqra tajjeb u imla.)
REFERENZA:
Skola taż-Żfin: Isem u indirizz tal-iskola li tattendi, għalliema, dati u sigħat ta’ taħriġ fil-
ġimgħa, ibda mill-għalliem/a ta’ issa.
Isem taż-Żfin Għalliem/a u isem l-Iskola taż-Żfin Dati meta attendejt Sigħat/ġimgħa
____________ ________________________________ _______________ ___________
____________ ________________________________ _______________ ___________
____________ ________________________________ _______________ ___________
____________ ________________________________ _______________ ___________
____________ ________________________________ _______________ ___________
____________ ________________________________ _______________ ___________
PORTFOLIO:
Taħriġ sa issa: Lista ta’ taħriġ fiż-ŻFIN minn meta bdejt sa issa. Jekk jogħġbok
ehmeż riżultati, rapporti jew ċertifikati li għandek. Ritratti ta’ produzzjonijiet li ħadt
sehem fihom jgħinu ħafna.
Tip ta’ Żfin IVA LE L-aktar eżami riċenti. Bord li eżamina, livell, data.
Ballet Klassiku ___ ___ __________________________ _____________________
Kontemporanju ___ ___ __________________________ _____________________
Modern/Jazz___ __________________________________________________
Character ___ ___ __________________________ _____________________
Pointe Work (if yes, how much)
Aqta’ hawn: -------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------
Ritratti: L-Applikanti għandhom jibgħatu mal-karta t’hawn fuq, ritratti tul sħiħ, (mhux
akbar minn 10cm x 13 cm) tagħhom bi ħwejjeġ tat-taħriġ fil-pożizzjonijiet mitluba:
1) Demi plié fl-ewwel pożizzjoni, dirgħajn in 2nd
2) Tendu devant efface (pożizzjoni miftuħa), dirgħajn in 2nd
3) First arabesque, en l’air (tħares fil-ġenb - facing side)
Il-bniet jeħtieġ li jilbsu leotard mingħajr dublett u x-xagħar jeħtieġ ikun ippreżentat
f’qagħqa (bun) pulita u f’postha.
Is-subien iridu jilbsu leotard jew T-shirt issikkat u tights. Ir-ritratti jistgħu jintbagħtu
bħala print ma’ l-informazzjoni t’hawn fuq bil-posta fl-indirizz mogħti fuq. THE MALTA VISUAL AND PERFORMING ARTS SCHOOL THE GUIDE TOWARDS SUCCESS
TAGĦRIF GĦAL MIN JAGĦŻEL L-ARTI VIŻWALI (Aqra tajjeb u segwi.)
Tagħrif li għandu jitniżżel mill-Għalliema ta’ l-Arti Viżwali fuq wara ta’ kull waħda
mill-ħames biċċiet xogħol li jiġu ppreżentati fil-portafoll.
+ THE GUIDE TOWARDS SUCCESS