web viewtfassil ta’ programm għall-ġimgħa tal-fmlm, li jinkludi l-laboratorju residenzjali...

3
Sejħa għal amministratur/amministratriċi kulturali Inizjamed hija organizzazzjoni kulturali mediterranja rreġistrata bħala Għaqda Volontarja f'Malta li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali. Għas-sena d-dieħla (2017) Inizjamed qed tfittex amministratur/amministratriċi kulturali fuq bażi part- time. L-applikanti ideali jkollhom Livell ta’ Masters fl-Arti jew Masters fi kwalunkwe qasam ieħor Għarfien ta’ kif jaħdmu l-għaqdiet volontarji u l- obbligi istituzzjonali tagħhom Esperjenza ta' ħidma ta' sentejn jew aktar f’għaqda volontarja Il-persuna ideali tkun kapaċi tikkomunika tajjeb fi ħdan grupp u 'l barra minnu, fost l-oħrajn fil-mezzi tax-xandir torganizza attivitajiet żgħar u kbar tmexxi fejn ikun hemm bżonn tikteb proposti ta' proġetti u timla applikazzjonijiet għall-fondi tamminstra l-fondi tieħu l-inizjattiva taħdem tajjeb ma' ħaddieħor

Upload: doanduong

Post on 06-Feb-2018

260 views

Category:

Documents


3 download

TRANSCRIPT

Page 1: Web viewTfassil ta’ programm għall-ġimgħa tal-FMLM, li jinkludi l-laboratorju residenzjali tat-traduzzjoni letterarja, l-attivitajiet ta' qabel il-Festival,

Sejħa għal amministratur/amministratriċi kulturali

Inizjamed hija organizzazzjoni kulturali mediterranja rreġistrata bħala Għaqda Volontarja f'Malta li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali.

 Għas-sena d-dieħla (2017) Inizjamed qed tfittex amministratur/amministratriċi kulturali fuq bażi part-time. L-applikanti ideali jkollhom

Livell ta’ Masters fl-Arti jew Masters fi kwalunkwe qasam ieħor Għarfien ta’ kif jaħdmu l-għaqdiet volontarji u l-obbligi istituzzjonali tagħhom Esperjenza ta' ħidma ta' sentejn jew aktar f’għaqda volontarja

Il-persuna ideali tkun kapaċi

tikkomunika tajjeb fi ħdan grupp u 'l barra minnu, fost l-oħrajn fil-mezzi tax-xandir

torganizza attivitajiet żgħar u kbar tmexxi fejn ikun hemm bżonn tikteb proposti ta' proġetti u timla applikazzjonijiet għall-fondi tamminstra l-fondi tieħu l-inizjattiva taħdem tajjeb ma' ħaddieħor tħaddem tajjeb ħafna l-Malti u l-Ingliż u idealment lingwa oħra

L-amministratur/amministratriċi kulturali trid tieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta. Għaldaqstant, ir-responsabbiltajiet tal-persuna magħżula jinkludu

Kuntatti mal-awturi Maltin u barranin Tfassil ta’ programm għall-ġimgħa tal-FMLM, li jinkludi l-laboratorju

residenzjali tat-traduzzjoni letterarja, l-attivitajiet ta' qabel il-Festival, il-lejliet tal-Festival innifsu

Attivitajiet fil-komunità fil-ġimgħat ta' qabel il-Festival Xogħol estensiv ta' loġistika marbut ma' dawn l-attivitajiet u mal-mawra

f'Malta ta' għadd ta' mistiedna barranin, fosthom kittieba u organizzaturi ta' festivals internazzjonali

Laqgħat ma’ diversi entitajiet, lokali u internazzjonali, u mal-awturi nfushom

Page 2: Web viewTfassil ta’ programm għall-ġimgħa tal-FMLM, li jinkludi l-laboratorju residenzjali tat-traduzzjoni letterarja, l-attivitajiet ta' qabel il-Festival,

Kundizzjonijiet ġenerali

Medja annwali ta' madwar 8 sigħat fil-ġimgħa Ix-xogħol jista’ jsir mid-dar jew minn spazju li tipprovdi Inizjamed Il-kuntratt huwa għal sena u jista’ jiġi estiż kull sena sal-2019

Il-Bord tal-għażla maħtur minn Inizjamed jirriżerva d-dritt tal-għażla. Dettalji oħra, bħall-ħlas, ikunu diskussi mal-persuna magħżula.

Inħeġġu lill-applikanti jibagħtu ittra li fiha jispjegaw għaliex huma interessati f'dan ix-xogħol u l-kurrikulu personali fuq [email protected]

sat-Tnejn 30 ta’ Jannar 2017.