2. avventura għal bombi · livell 4 blu koronata traskurata, ... ertu jqatta’ ħafna ħin...

17
It-Tielet Sena 1 1. Buġi – Miki u Jake Miktub minn Tricia Fenech u Derek Fenech ISBN: 9789990913705 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 4 Blu Buġi huwa kelb maġiku. Jitkellem mat-tfal u jgħinhom. Niltaqgħu ma’ Miki, tifla mistħija ħafna li bl-għajnuna ta’ Buġi tibda tagħmel ħbieb ġodda waħedha. Jake huwa tifel li jħobb iżomm il-ġugarelli tiegħu għalih biss. Kemm hu isbaħ li taqsam kollox ma’ ħbiebek! 2. Avventura għal Bombi Miktub minn Doris Vella u Justin Debono ISBN: 9789990912487 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 4 Blu X’jiġri meta l-Bombi l-Bomblu jħoss par idejn jaqbduh f’nofs ta’ lejl? 3. Bombi f’Ritratt Miktub minn Doris Vella u Justin Debono ISBN: 9789990912463 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 4 Blu Għaliex Bombi l-Bomblu jispiċċa jieħu ħasla tajba minn barra u minn ġewwa?

Upload: others

Post on 20-Feb-2021

4 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • It-Tielet Sena 1

    1. Buġi – Miki u Jake Miktub minn Tricia Fenech u Derek Fenech ISBN: 9789990913705 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 4 Blu Buġi huwa kelb maġiku. Jitkellem mat-tfal u jgħinhom. Niltaqgħu ma’ Miki, tifla mistħija ħafna li bl-għajnuna ta’ Buġi tibda tagħmel ħbieb ġodda waħedha. Jake huwa tifel li jħobb iżomm il-ġugarelli tiegħu għalih biss. Kemm hu isbaħ li taqsam kollox ma’ ħbiebek!

    2. Avventura għal Bombi Miktub minn Doris Vella u Justin Debono ISBN: 9789990912487 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 4 Blu X’jiġri meta l-Bombi l-Bomblu jħoss par idejn jaqbduh f’nofs ta’ lejl?

    3. Bombi f’Ritratt Miktub minn Doris Vella u Justin Debono ISBN: 9789990912463 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 4 Blu

    Għaliex Bombi l-Bomblu jispiċċa jieħu ħasla tajba minn barra u minn ġewwa?

  • It-Tielet Sena 2

    4. Bombi l-Bomblu Miktub minn Doris Vella u Justin Debono ISBN: 9789990912456 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 4 Blu Bomblu mirdum fid-dlam taħt il-ħamrija. X’jiġri meta l-bidwi jsib lil Bombi l-Bomblu?

    5. Bombi u Pippu Miktub minn Doris Vella u Justin Debono ISBN: 9789990912470 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 4 Blu Bombi għandu ħabib ġdid, Pippu l-Paggagall. X’jiġri meta Pippu jsib il-gaġġa miftuħa?

    6. Koronata Traskurata Miktub minn Trevor Zahra ISBN: 9990911339 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 4 Blu Koronata traskurata, titlaq kollox fl-art bl-addoċċ, żraben ġodda taħt is-sodda, mal-kalzetti u l-papoċċ.

  • It-Tielet Sena 3

    7. Binu l-Ballun Miktub minn Justin Debono ISBN: 9789993275664 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 5 Aħdar Binu ballun isfar u aħdar. Trid tkun taf kemm avventuri jgħaddi minnhom dan il-ballun?

    8. Ġakki l-pirata Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914948 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 5 Aħdar Illum il-bard imma Ġakki ma jridx jilbes ix-xalla li ħititlu l-mamà. Irid bilfors imur l-iskola liebes ta’ pirata! Il-mamà tħallih jagħmel dak li jrid… sakemm Ġakki l-ġiraff jiltaqa’ ma’ sħabu tal-iskola… u mnieħru jibda’ jqattar…

    9. Kif Tikber b’Saħħtek Miktub minn Alfred Buttiġieġ ISBN: 9789993273783 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 5 Aħdar L-ikel jagħtik l-enerġija. L-ikel jgħinek tikber. Biex tikber b’saħħtek trid tiekol ikel differenti.

  • It-Tielet Sena 4

    10. Lupu Lupettu Kull Kulur Addattat minn Clare Azzopardi Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 5 Aħdar Lupu Lupettu ma tantx qam burdata tajba. Ħares fil-mera u ma ħax gost b’li ra: ried jipprova jkun kulur differenti. Imma l-biċċa mhix faċli daqskemm ħaseb…

    11. Pullu u d-Dragun Miktub minn Ġorġ Mallia ISBN: 9789990975666 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 5 Aħdar Pullu, it-tifel qisu tediber ħabib ta’ Toni u Sara, jitkellem dwar id-draguni ta’ taħt l-art. F’daqqa waħda, jitfaċċa wieħed f’darhom, itajjar in-nar minn ħalqu.

    12. Pullu u t-Tifla mill-Ispazju Miktub minn Ġorġ Mallia ISBN: 9789993239734 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 5 Aħdar Pullu, it-tifel qisu tediber, u ħbiebu Toni u Sara, isibu li żurżieqa fi ġnien ma kienet żurżieqa xejn. U Pullu jsib ruħu fir-raba’ avventura f’pajjiżna.

  • It-Tielet Sena 5

    13. Aċċù! Addattat għall-Malti minn Trevor Zahra ISBN: 9789990914894 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Teo għandu problema. X’waħda din… kull meta jagħtas jinbidel f’annimal. U biex tagħqad, Teo dalwaqt jibda l-iskola. Issa kif se jiffaċċja lil sħabu tal-klassi u lill-Miss?

    14. Bertu l-bebbuxu supereroj Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914955 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Bertu huwa bebbuxu simpatiku. Imma ffissa li huwa ċkejken wisq. Ċkejken u kurjuż! Bertu jixtieq ikun jaf x’hemm fil-għoli, ’il fuq mill-pjanti u l-fjuri. U allura jfassal pjan biex ikun jista’ jogħla kemm irid.

    15. Girgor għand in-Nanna Miktub minn Samantha Fabry ISBN: 9789993273677 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 6 Oranġjo F’raħal żgħir qrib il-Buskett kien jgħix ġurdien b’geddumu twil jismu Girgor. Girgor se jqatta’ ġurnata għand in-nanna. Kif se jgħaddi l-ħin?

  • It-Tielet Sena 6

    16. Il-Praspar ta’ Nora Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914603 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Jiena dejjem b’xi praspura! Mhux għax għandi qalbi ħażina, imma għax jien ma naħsibhomx wisq. Tgħid x’se nivvintalhom din id-darba lill-mamà u lill-papà?

    17. Imeldina Miktub minn Sandra Hili Vassallo ISBN: 9789990914535 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Min ma jħobbx iċaflas? Tista’ ċċaflas fl-ilma tax-xita u tista’ ċċaflas fil-baħar, imma Imeldina ssib tarf iċċaflas kullimkien! U tibqa’ tibqa’ sakemm…

    18. Imeldina u l-imbarazz Miktub minn Sandra Hili Vassallo ISBN: 9789990915938 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Hemm min iħalli l-imbarazz ma’ kullimkien. U hemm min iħobb kollox f’postu. U Imeldina… aqta’ kif tħalliha l-kamra tagħha? Għalxejn il-mamà u l-papà jgħidulha tiżbarazza. Imma darba, tiġiha idea…

  • It-Tielet Sena 7

    19. Is-Sinna ta’ Nora Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914627 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Luca qalli biex meta tinqala’ s-sinna npoġġiha f’envelopp taħt l-imħadda. Ġurdininu jiġi billejl, jieħu s-sinna u jħallili regalin. Imma din is-sinna m’hemmx li taqa’!

    20. Katja t-tajra Miktub minn Justin Debono ISBN: 9789993275657 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 6 Oranġjo Katja hija t-tajra ta’ Pawlu. Kemm hi għal qalbu. Aqra dwar l-avventuri ta’ Katja f’dan il-ktieb.

    21. Kukku l-Kukkudrill Kantant Miktub minn Yann Walcker u Matilde Lebeau ISBN: 9789990914566 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Kukku kantant famuż. Jiġu annimali mill-ġungla kollha biex jisimgħuh ikanta. Kulħadd jaf il-kanzunetti tiegħu u ssib ritratti tiegħu ma’ kullinkien. Imma darba waħda Kukku jqum filgħodu b’uġigħ qawwi fid-darsa.

  • It-Tielet Sena 8

    22. Lupu Lupettu ma jridx jimxi aktar Miktub minn Orianne Lallemand ISBN: 9789990914931 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Lupu Lupettu xeba’ mill-mixi. Jixtieq ikollu xi mezz ta’ trasport biex jivvjaġġa: xi rota jew mutur jew karozza. Imma Lupu Lupettu malajr jinduna li mhux daqshekk faċli ssib it-trasport ideali…

    23. Mingu Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990915716 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Mela darba kien hemm għasfur kbir qed itir. Kien kuntent qed idur u jdur u jdur fis-sema. “Le mamà mhux hekk tibda l-istorja.” “Mela kif, Klarissa?” Mela darba kien hemm għasfur kbir u f’daqqa waħda... “X’ġara?” “Dak x’ħoss kien?”

    24. Nora ma tiflaħx Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990915440 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Jisimni Nora. Jien il-ħin kollu noqmos u nara x’se nivvinta. Ilsieni ma jiqafx jgħid. Imma llum qomt ma niflaħx u lanqas

    niflaħ niftaħ għajnejja.

  • It-Tielet Sena 9

    25. Nora tagħlaq sninha Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914610 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Daqt nagħlaq snini u se jkolli festin id-dar. Għandi ħafna x’nagħmel: nistieden lil sħabi tal-klassi, inżejjen id-dar, naħmi kejk kbir taċ-ċikkulata… imma mhux kollox imur sew. Tgħid x’se nivvinta did-darba?

    26. Nora, hemm xi lbist? Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi) ISBN: 9789990915433 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 6 Oranġjo Illum iddeċidejt li nibda nilbes bħal tifla kbira. Wara kollox jien issa kbira. M’għandix bżonn il-mamà biex tgħinni nilbes. Minn issa ’l quddiem se nibda nilbes waħdi.

    27. L-Avventura ta’ Pullu Miktub minn Ġorġ Mallia ISBN: 9789993239116 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 6 Oranġjo Pullu, it-tifel qisu tediber, iniżżel lil Toni u Sara f’daru, taħt l-art. Hemm jattakkah bufu – bħal kelb daqs iljunfant li s-soltu jkun mans imma li f’daqqa waħda jkun sar selvaġġ.

  • It-Tielet Sena 10

    28. Pullu u d-dinja nadifa Miktub minn Ġorġ Mallia ISBN: 9789993272830 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 6 Oranġjo Pullu, it-tifel qisu teddy bear, jinkwieta ħafna dwar il-qirda fl-ambjent tal-art ta’ fuq u jibża’ li l-istess jista’ jiġri lil taħt l-art. Jum wieħed jattakkah mostru li niżel mill-ħofra…

    29. Aqta’ x’rajt! Versi għat-Tfal Miktub minn Philip Grech ISBN: 9789993239192 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 7 Turkważ Inħares madwari u nara dinja sabiħa mimlija ħbieb u kulur. Erbatax –il vers dwar il-ħajja sabiħa tat-tfal.

    30. Bertu 77 Miktub minn John C. Betts ISBN: 9789993273660 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 7 Turkważ Bertu jqatta’ ħafna ħin fil-laboratorju tal-Università, peress li missieru kien jaħdem hemm. Tgħid Bertu kien se jissapporti ma jmiss xejn kif kienu qalulu?

  • It-Tielet Sena 11

    31. Id-Dinosawri Miktub minn Alfred Buttigieg ISBN: 9789993273790 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 7 Turkważ Id-dinosawri kienu rettili. Ħafna minnhom kienu kbar u b’saħħithom. Huma kienu jgħixu fid-dinja ħafna snin ilu. Kun af aktar dwar id-dinosawri billi taqra dan il-ktieb.

    32. Il-Kukkudrill eroj Miktub minn Ġorġ Mallia ISBN: 9789993239970 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 7 Turkważ Din hi l-istorja ta’ Nenu l-kukkudrill, li ħadd ma kien iħobbu, sa ma darba, ħdejn l-għadira jmur kelb żgħir imkeċċi mis-sidien tiegħu.

    33. Il-Leġġenda ta' San Ġorġ u d-Dragun Addattat għall-Malti minn Pierre J. Mejlak ISBN: 9789990915501 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 7 Turkważ Mela darba, qrib belt li fiha kulħadd kien jgħix ferħan, wasal dragun! Dragun daqs dinja u mejjet bil-ġuħ li beda jiekol l-annimali bl-addoċċ. Baqar, nagħaġ, għasafar… belagħhom kollha. U meta iżjed annimali x’jiekol ma kienx fadallu, id-dragun kien lest idur għan-nies. Tal-biża’, le?

  • It-Tielet Sena 12

    34. Kamilla tixtieq familja ġdida Addattat għall-Malti minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990914962 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 7 Turkważ

    Kamilla għandha kulma trid biex tkun kuntenta, imma moħħha biex teqred! Skontha, il-mamà l-ħin kollu tbewwes fiha, il-papà qatt m’għandu ħin jilgħab magħha, u oħtha ma tiqafx ittaqtaq. Kamilla tiddeċiedi titlaq biex tfittex il-familja ideali…

    35. Kevin u Qatraxita Miktub minn Rita Saliba ISBN: 9789993239222 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 7 Turkważ Kevin kellu d-deni u ħadd ma mar jarah għax qisu kulħadd kellu x’jagħmel. Barra kienet nieżla x-xita u Kevin beda jittawwal ’il barra mit-tieqa biex jgħaddi ftit tal-ħin u għax kien iħobbha x-xita. F’ħin minnhom kien hemm tektika mal-ħġieġ … u fuq ħoġor it-tieqa kien hemm ħabiba ġdida biex tilgħab miegħu.

    36. Il-Ħolma ta’ Pullu Miktub minn Ġorġ Mallia ISBN: 9789993270638 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 7 Turkważ Pullu, it-tifel qisu tediber qed joħlom. Isib ruħu ġo art mimlija bini kbir tal-ħġieġ u l-azzar. Hemm, kreaturi kattivi jattakkaw lil ħbieb ta’ Pullu, u t-tifel f’daqqa waħda jsir eroj.

  • It-Tielet Sena 13

    37. Rosetta Banana tinten jew tfuħ? Miktub minn Virginie Hanna u Christel Desmoinaux ISBN: 9789990914573 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 7 Turkważ Rosetta Banana hija ħanżira ħelwa immens, imma meta tmur skola ġdida, ħadd ma jkun irid jagħmel ħbieb magħha.

    38. Serafin il-Prinċep Denfil Miktub minn Carlo Zaglia u Bruno Robert ISBN: 9789990914580 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 7 Turkważ Serafin huwa t-tifel tar-re tad-dniefel u moħħu biex jittanta u jdejjaq lil sħabu l-ħut. Tistgħu tobsru allura li ma tantx hu popolari magħhom. Sakemm darba jeħel ma’ tieqa ta’ dgħajsa u ma jkun jista’ jinqala’ b’xejn. Ajjut! Min se jgħinu? X’jista’ jagħmel waħdu?

    39. Taqbiliet Maltin għall-Kbar u għaż-Żgħar Miktub minn Keith Mayl u oħrajn ISBN: 9789993208662 Pubblikatur: Rhymed Livell 7 Turkważ F’dan il-ktieb il-qarrej isib 60 taqbila bil-Malti, li n-nanniet tagħna, u t-tfal ta’ dari, kienu jirreċtaw b’kantaliena, b’gost, u b’mogħdija ta’ żmien, anki waqt il-logħob. Il-ktejjeb huwa intiż li jkun ta’ għodda fit-tagħlim tal-Malti għal tfal ta’ bejn l-4 u t-8 snin, imma wkoll biex jipprovdi qari għall-gost tal-kbar.

  • It-Tielet Sena 14

    40. 10 Stejjer tal-Prinċipessi Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993298151 Pubblikatur: Wise Owl Publishing Livell 8 Vjola

    Ilbes kuruna f’rasek u int ukoll tista’ tieħu pjaċir mal-prinċipessi. Tista’ tmur għall-festin tal-Prinċipessa Kelly u dawra mal-Prinċipessa Kaya. Tista’ dduq il-pizza ta’ Prinċipessa Marija Mozzarella. Tista’ wkoll tiltaqa’ ma’ xi prinċep. Kemm se tieħu pjaċir.

    41. Jien ma Nħobbx Naqra Miktub minn Joanne Cassar ISBN: 9789993270577 Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin Livell 8 Vjola Ommi tgħidli naqra…Missieri jgħidli naqra…Oħti, Vanna, tgħidli naqra…In-nannu jgħidli naqra…Kulħadd jgħidli li għandi naqra…Imma jien inħobb nilgħab, sakemm…

    42. L-Avventuri ta' Tipi Miktub minn Joan Alison Farrugia ISBN: 9789995733889 Pubblikatur: BDL Livell 8 Vjola Ħelow! Jien jisimni Tipi. Għalkemm jiena ġurdien, bħalkom it-tfal immur l-iskola, inħobb l-isports u l-hena tiegħi niddeverti mal-ħbieb.

    L-avventuri li qed naqsam magħkom lili għallmuni ħafna u żgur li jekk taqrawhom tistgħu titgħallmu intom ukoll.

    http://www.bdlbooks.com/joan-alison-farrugia.html

  • It-Tielet Sena 15

    43. 10 Stejjer tal-Pirati Addattat għall-Malti minn Natalie Portelli ISBN: 9789993298144 Pubblikatur: Wise Owl Publishing Livell 9 Deheb lbes kostum ta’ pirata u lesti ruħek għal vjaġġ fuq il-baħar mimli avventuri. Tista’ ssib il-mappa tat-teżor! Tista’ ssib teżori kbar u ssir sinjur! Tista’ tiltaqa’ mal-Kaptan Storbju u mal-pappagall tiegħu. Se tirkeb fuq bastiment u ddur id-dinja. Kemm se tieħu pjaċir!

    44. It-Tifel Dragun - L-ewwel fjamma Addattat għall-Malti minn Loranne Vella ISBN: 9789990914788 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 9 Deheb Ervaël u Lena jgħixu fid-dinja ta' Organda, fir-renju fejn il-bnedmin u d-draguni ilhom jissieltu kontra xulxin sekli sħaħ. Lena tagħmel parti minn grupp ta' kaċċaturi tad-draguni filwaqt li Ervaël huwa affaxxinat minn dawn il-kreaturi straordinarji...

    45. Kieku Kieku Miktub minn Trevor Zahra ISBN: 9789990912371 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 9 Deheb Ħtaft il-kuxin minn fuq is-sufan u waddabtha għal ras ħija Andrew. Eħ, dik l-imgħarrqa ta’ kuxin x’pandemonju qajmet! U lili kemm daħħlitni f’inkwiet! Li kieku kont naf x’inhu ġej, kont inħalliha bi kwietha fuq is-sufan. Imma kieku, kieku...!

  • It-Tielet Sena 16

    46. Miċu l-Qattus Miktub minn Carmen Sammut ISBN: 9789990912517 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 9 Deheb Jien Miċu, il-qattus li jrid isir ħabib tagħkom. Iftħu dan il-ktieb biex tiltaqgħu miegħi u ma’ sħabi. Flimkien se nieħdu gost żgur. Għandna stejjer x’nirrakkontaw, u logħob x’nilagħbu flimkien. Tlaqna?

    47. Par widnejn kbar Addattat għall-Malti minn Loranne Vella ISBN: 9789990914771 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 9 Deheb Sylvana hija l-iktar tifla mqarba fil-klassi. Moħħha biex tagħmel il-ħmerijiet u issa l-għalliem tagħha ma jiflaħx jissaportiha iżjed. Jekk se tkompli sejra hekk, hemm ċans kbir li jkollha tirrepeti s-sena. Iżda Sylvana ma taqtax qalbha. Għandha pjan kif tista' tgħaddi tagħha u ħadd mhu se jwaqqafha, lanqas Simone, l-akbar ħabiba tagħha.

    48. Ir-Re Pankrazju jagħlaq Mitt sena Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990913422 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 10 Abjad Ir-Re Pankrazju jiftakar fija u jistedinni mmur għandu. Din id-darba tiġi oħti Melanie wkoll. Dik għaġba! Qisha qatt ma rat xejn. Imma fl-aħħar temminni. Fl-aħħar tarah b’għajnejha lir-Re Pankrazju li jorqod raqda tqila u ma jkunx jista’ jqum …

  • It-Tielet Sena 17

    49. Jake Cassar Isalva r-Renju tar-Re Pankrazju IV Miktub minn Clare Azzopardi ISBN: 9789990913415 Pubblikatur: Merlin Publishers Livell 10 Abjad Din hija l-ewwel storja li se nirrakkontalek. Hija l-ewwel avventura bis-sens li għaddejt minnha. Int qatt smajt bir-Re Pankrazju u r-Renju Udit? Qatt doqt il-Kantofonis u taf x’inhuma sriek? F’dan il-ktieb ngħidlek b’kollox. Imma jekk jogħġbok żommha bejnietna. Bejni u bejnek u daqshekk.

    50. Dizzjunarju bil-Malti għat-tfal Miġbur minn Christopher J. Micallef ISBN: 9789995767099 Pubblikatur: BDL Mingħajr Livell Għal kull kelma jingħata eżempju biex jgħin lill-qarrejja jifhmuha aħjar fil-kuntest. Il-kelma tingħata b’kulur aħmar fl-eżempju. Tingħata wkoll il-kategorija grammatikali, is-sillabi, il-varjanti, l-għerq, il-ġens, il-plural u l-għadd imtenni skont kif japplika kif ukoll it-traduzzjoni bl-Ingliż biex tkompli tgħin fit-tifsira.