investiment għall-Ħarsien tal-annimali - futur fis-sod

8
Il-Ħamis, 7 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 24 siegħa ta’ servizz ta’ kura miċ-Ċentru San Franġisk għall-Ħarsien tal-Annimali Il-Gvern assigura kwalità aqwa ta’ servizzi tas-saħħa fl-isptarijiet kollha Muscat irid jibni power station bi spiża enormi ta’ €600 miljun ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGĦżEL ĦAżIN Il-Gvern fetaħ iċ-Ċentru San Franġisk għall-Ħarsien tal- Annimali li jagħti servizzi ta’ kura l-ħin kollu, l-aktar filgħodu kmieni. U hawn ambulanza għall-annimali li taħdem il-ħin kollu wkoll u li tiġbor medja ta’ tliet annimali feruti kuljum. Illum qed jiddaħħlu l-Qorti aktar każi ta’ moħqrija tal- annimali b’liġijiet eħrex u ċerti każi ta’ moħqrija xegħlu l-immaġinazzjoni pubblika bħalma qatt kien sar qabel. Fost il-ħafna spazji pubbliċi sbieħ li llum għandna madwar il-pajjiż għandna wieħed ukoll f’Ta’ Qali għall-klieb. U fejn qabel kien hemm ċerta diffikultà għal min ried jistudja l-mediċina u l-kura tal-annimali, issa l-Gvern ta Investiment f’ċentru u f’ambulanza għall-ħarsien tal-annimali Erba’ snin ilu l-Gvern waqqaf Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali li qed imexxi ħafna ħidma biex jindokra l-annimali Microchipping lil 30,000 kelb u kelba Matul din il-leġiżlatura l-Gvern daħħal fis-seħħ għadd ġmielu ta’ miżuri biex iħares l-interessi tal- annimali. Fost l-oħrajn fl-2011 inbeda proċess – u għal dan l-iskop daħlet fis-seħħ ukoll liġi importanti – li tobbliga lil kull sid ta’ kelb biex dan ikollu microchip. S’issa saret iċ-ċippa lil 30,000 kelb u kelba. L-iskop li kull kelb u kelba jkunu microchipped hu biex ikun hawn anqas periklu ta’ mard jew attakki minn klieb abbandunati. Hekk illum f’pajjiżna nħolqot database ċentrali b’reġistru sħiħ ta’ informazzjoni rigward il- klieb u s-sidien tagħhom. 12-il scholarship għal studenti li jridu jsiru veterinarji - biex ikollna aktar nies li jikkuraw u jindukraw lill-annimali li jakkumpanjawna f’dan il-vjaġġ sabiħ li qed nagħmlu f’din id-dinja miżgħuda bi ħlejjaq ta’ kull tip li fil-varjetà kbira tagħhom – il-bniedem għadu qed isib il-ġodda – juru kemm hi sabiħa l-ħajja ta’ madwarna.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 08-Mar-2016

252 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

Suppliment il-Ħamis 7 ta' Frar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Investiment għall-Ħarsien tal-Annimali - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 7 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

24 siegħa ta’ servizz ta’ kura miċ-Ċentru San Franġisk għall-Ħarsien tal-Annimali

Il-Gvern assigura kwalità aqwa ta’ servizzi tas-saħħa fl-isptarijiet kollha

Muscat irid jibni power station bi spiża enormi ta’ €600 miljunii iii viFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScAT jAGĦżEL ĦAżIN

Il-Gvern fetaħ iċ-Ċentru San Franġisk għall-Ħarsien tal-Annimali li jagħti servizzi ta’ kura l-ħin kollu, l-aktar filgħodu kmieni. U hawn ambulanza għall-annimali li taħdem il-ħin kollu wkoll u li tiġbor medja ta’ tliet annimali feruti kuljum.

Illum qed jiddaħħlu l-Qorti aktar każi ta’ moħqrija tal-annimali b’liġijiet eħrex u

ċerti każi ta’ moħqrija xegħlu l-immaġinazzjoni pubblika bħalma qatt kien sar qabel.

Fost il-ħafna spazji pubbliċi sbieħ li llum għandna madwar il-pajjiż għandna wieħed ukoll f’Ta’ Qali għall-klieb.

U fejn qabel kien hemm ċerta diffikultà għal min ried jistudja l-mediċina u l-kura tal-annimali, issa l-Gvern ta

Investiment f’ċentru u f’ambulanza għall-ħarsien tal-annimaliErba’ snin ilu l-Gvern waqqaf Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali li qed imexxi ħafna ħidma biex jindokra l-annimali

Microchipping lil 30,000 kelb u kelbaMatul din il-leġiżlatura l-Gvern daħħal fis-seħħ għadd ġmielu ta’ miżuri biex iħares l-interessi tal-annimali.

Fost l-oħrajn fl-2011 inbeda proċess – u għal dan l-iskop daħlet fis-seħħ ukoll liġi importanti – li tobbliga lil kull sid ta’ kelb biex dan ikollu microchip. S’issa saret iċ-ċippa lil 30,000

kelb u kelba.L-iskop li kull kelb u

kelba jkunu microchipped hu biex ikun hawn anqas periklu ta’ mard jew attakki minn klieb abbandunati.

Hekk illum f’pajjiżna nħolqot database ċentrali b’reġistru sħiħ ta’ informazzjoni rigward il-klieb u s-sidien tagħhom.

12-il scholarship għal studenti li jridu jsiru veterinarji - biex ikollna aktar nies li jikkuraw u jindukraw lill-annimali li jakkumpanjawna f’dan il-vjaġġ sabiħ li qed nagħmlu f’din id-dinja miżgħuda bi ħlejjaq ta’ kull tip li fil-varjetà kbira tagħhom – il-bniedem għadu qed isib il-ġodda – juru kemm hi sabiħa l-ħajja ta’ madwarna.

Page 2: Investiment għall-Ħarsien tal-Annimali - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 7 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

30,000kelb u kelba ġew

microchipped

12-ilscholarship mill-Gvern

lil studenti li jridu jsiru veterinarji

Fatti u Ċifri

€300,000f’investiment biex

inbnew shelters ta’ kenn għall-karozzini

2,600annimal miġbur

mill-ambulanza tal-annimali għall-kura wara

li ġew feruti

Il-kura u l-ħarsien tal-annimali huma wkoll kejl tal-avvanz

tal-pajjiż fil-kwalità tal-ħajja. Il-Gvern matul din il-leġiżlatura ħa għadd ġmielu ta’ miżuri biex

jissalvagwardja d-drittijiet tal-annimali. Dawn se jkomplu jissaħħu fil-leġiżlatura li jmiss

24siegħa kuljum mit-Tnejn

sal-Ħadd ta’ servizz ta’ kura miċ-Ċentru San Franġisk

għall-Ħarsien tal-Annimali

Nipprovdu enerġija nadifa, irħisa u sigura b’miżuri bħall-cable minn Sqallija55. kontroll aħjar tat-trabijiet fl-arja

Tiddaħħal għalkollox is-sistema ta’ environmental permits li permezz tagħha kull settur industrijali, inkluż il-barrieri, ikun marbut bi standards ambjentali, inkluż fuq it-tniġġis ta’ trabijiet fl-arja sabiex tittaffa darba għal dejjem il-problema tat-trabijiet mill-barrieri u impjanti ta’ kostruzzjoni.

56. kontroll aħjar tal-ħsejjes

Tissaħħaħ il-liġi kontra t-tniġġis mill-ħsejjes u jinbeda servizz ta’ helpline għal ilmenti mill-pubbliku dwar ħsejjes li jaqbdu dirett ma’ awtorità apposta li tista’ tieħu passi legali dwar ħsejjes.

Isir servizz ta’ medjazzjoni f’każi dwar ħsejjes li jinvolvu residenti li jgħixu ħdejn xulxin filwaqt li l-infurzar isir b’koperazzjoni mal-Pulizija. Jittieħdu wkoll miżuri biex jittaffew il-ħsejjes mit-traffiku fit-toroq arterjali.

57. Politika dwar l-Enerġija

Fil-qasam tal-enerġija, Gvern Nazzjonalista huwa impenjat illi:i. Jipprovdi enerġija nadifa, irħisa u sigura.

ii. Jgħin lill-konsumaturi jużaw l-enerġija b’mod effiċjenti, responsabbli u sostenibbli.

Il-pjan fit-tul tal-Gvern biex jagħmel l-enerġija tagħna kemm jista’ jkun irħisa, nadifa, sigura u sostenibbli, ifisser illi:i. Bnejna estensjoni ta’ 150MW fil-power

station ta’ Delimara li bdiet taħdem fl-aħħar tal-2012 u li hija impjant nadif u aktar effiċjenti li jnaqqas il-livelli ta’ emissjonijiet u l-ispiża tal-fuel;

ii. Se nlestu l-interconnector, li huwa cable tad-dawl ta’ 200MW imqiegħed taħt il-baħar bejn Malta u Sqallija, sal-bidu tal-2014. Dan se jipprovdi sa 70% tal-ħtiġiet tal-elettriku tal-pajjiż bla ma jipproduċi ebda emissjoni;

iii. B’finanzjament mill-UE se nibnu pipeline tal-gass li jgħaqqad lil Malta ma’ Sqallija bil-mira li jkun lest sal-2018, biex jipprovdi l-orħos gass possibbli;

iv. Inlestu l-istallazzjoni ta’ Smart Meters kullimkien sal-aħħar ta’ din is-sena, li permezz tagħhom il-familji u n-negozji jkunu jistgħu jikkonsmaw l-enerġija b’mod aktar effiċjenti u responsabbli;

v. Inkomplu nżidu l-enerġija minn sorsi rinnovabbli biex ikollna enerġija aktar nadifa filwaqt li kemm id-djar kif ukoll in-negozji jnaqqsu l-konsum u jassiguraw li Malta tagħti s-sehem sħiħ tagħha fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Page 3: Investiment għall-Ħarsien tal-Annimali - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 7 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemFid-diversi oqsma tas-saħħa, il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista assigura li l-Maltin u l-Għawdxin f’din il-leġiżlatura jingħataw l-aħjar servizz. Dan japplika għal dawk li jirrikorru l-Isptar Mater Dei kif ukoll fil-postijiet l-oħra li minnhom jingħataw servizzi ta’ kura u assistenza medika

Polikliniċi li fihom isiru operazzjonijiet żgħarL-investiment li qed isir mill-Gvern fil-qasam tas-saħħa hu ta’ min ifaħħru tant li qiegħed jinħass li s-servizz inbidel u llum qegħdin jiġu ristrutturati ċerti polikliniċi biex jaqdu l-bżonnijiet aħjar.

Numru ta’ polikliniċi fosthom dawk tal-Mosta qed ikunu konvertiti u ristrutturati tant li mil-lum ’il quddiem se jkunu qegħdin jilqgħu fihom anke pazjenti li jkollhom bżonn operazzjonijiet żgħar. B’hekk se tkun qed tingħata l-għajnuna lill-Isptar Mater Dei.

Il-polikliniċi bl-operazzjonijiet minuri li jsiru fihom ifissru inqas listi ta’ stennija minn Mater Dei, għaliex it-teatri tal-isptar imbagħad ikunu jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet aktar serji.

Rekord impressjonanti fil-qasam tal-operazzjonijietIl-Gvern investa miljuni ta’ ewro biex l-Isptar Mater Dei jkompli jkun mgħammar bl-ogħla u l-aħjar materjal biex jaqdu lil eluf ta’ pazjenti li ta’ kull sena jkollhom bżonn jiġu operati.

Żgur li kulħadd sema’ li din is-sena kellna rekord fil-qasam tal-operazzjonijiet fl-Isptar tant li saru ’l fuq minn 45,000 operazzjoni li minnhom ibbenefikaw mhux biss il-pazjenti li sabu s-serħan mill-uġigħ jew saħanistra kellhom ħajjithom salvata, iżda bbenefikaw magħhom il-qraba tagħhom - xhieda tal-impenn tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa.

Pazjent li jfiq u li tingħatalu lura saħħtu jfisser familja aħjar għax dan ikun jista’ jingħaqad lura mal-familja u jaħdem.

Is-saħħa hi l-aqwa għodda għal soċjetà b’saħħithaHu impressjonanti l-fatt li matul is-sena l-oħra biss saru mal-45,000 operazzjoni fl-Isptar Mater Dei. Din turi qabża kbira ħafna ta’ 12,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-Isptar San Luqa, fl-2007, ħames snin qabel.

Dan joħroġ minn statistika uffiċjali li turi kif fl-Isptar Mater Dei l-għadd ta’ operazzjonijiet żdiedu bil-kbir fl-aħħar snin. Mill-istess ċifri li qrajna dwarhom fil-ġurnali jirriżultaw ukoll kisbiet oħra importanti li qed isiru fis-saħħa.

Politika li trid li kull membru ta’ dan il-poplu jkun b’saħħtu ħalli dan igawdi ħajja ta’ kwalità ’l bogħod minn kull tip ta’ mard jew uġigħ żejjed.

Il-Gvern jinvesti biex int tkun b’saħħtek u kull bniedem li hu b’saħħtu jagħti kontribut ikbar lis-soċjetà permezz tax-xogħol u kontribuzzjonijiet li dawn jerġgħu jkunu investiti fis-saħħa, u inċentivi oħra.

L-isptarijiet tal-Gvern iħabbtuha bil-kbir ma’ dawk privatiKulma jmur l-isptarijiet tal-Gvern, kemm Mater Dei kif ukoll dak li jinsab f’Għawdex, qed jiġbdu lejhom eluf ta’ Maltin u Għawdxin biex jieħdu l-kura tal-aqwa kwalità u b’attenzjoni personalizzata lill-pazjenti fihom.

L-isptarijiet tal-Gvern saru tal-ogħla kwalità u jħabbtuha bil-kbir mal-privat tant li kull sena jsiru fihom eluf ta’ operazzjonijiet. Dan direttament juri kemm il-poplu għandu fiduċja f’dawn l-isptarijiet.

Is-saħħa tiġi l-ewwel u qabel kollox għall-individwu u l-istess għall-Gvern tant li dejjem nisimgħu b’inizjattivi biex il-Gvern ikompli jnaqqas il-listi ta’ stennija u ssir ħidma qawwija biex dak li jkun jieħu saħħtu lura.

Favur kull pazjentNaqbel ħafna mal-inizjattiva li għamel il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista mal-privat favur kull pazjent li jkollu bżonn ikun operat.

Dan wassal biex fl-aħħar snin żdied b’mod konsiderevoli n-numru ta’ pazjenti li qegħdin jiġu operati fi sptarijiet privati bla ebda ħlas għax huma pazjenti li ntbagħtu fil-privat mill-Gvern. Fost l-operazzjonijiet hemm dawk relatati mal-katarretti u l-irkoppa. Il-Gvern ħaqqu kull tifħir għal dan l-impenn ferm importanti fil-qasam tas-saħħa li tolqot lil kulħadd

Dan kollu wassal biex ikomplu jonqsu l-listi ta’ stennija u magħhom mhux biss in-numru ta’ pazjenti iżda wkoll l-uġigħ li jħoss il-pazjent, għax trid tkun fis-sitwazzjoni biex tifhem xi wġigħ iħoss pazjent u kemm dan l-uġigħ iwassal għal telf ta’ xogħol u paga inqas.

CARMELBALDACChINOIS-SIġġIEwI

JOE GALEAĦAL BALZAN

NIGEL MICALLEFIN-NAXXARMATThEw

hAMILTONIL-FGURA

KEvIN CASSARIX-XEMXIJA

Page 4: Investiment għall-Ħarsien tal-Annimali - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 7 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Pajjiżna jgawdi finanzi fis-sod u għalhekk il-Gvern investa wkoll f’servizzi ta’ kura u ħarsien tal-annimali

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista vara diversi inizjattivi favur il-kura u l-ħarsien

tal-annimali u dan wassal biex kiber l-apprezzament għall-annimali. Biżżejjed jingħad li llum, aktar minn qatt qabel, teżisti tolleranza żero għall-moħqrija tal-annimali

Il-Gvern investa u fetaħ iċ-Ċentru San Franġisk għall-Ħarsien tal-Annimali. Dan jinsab f’Ta’ Qali u jkun miftuħ 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd

biex permezz tiegħu tkun ipprovduta kura lil dawk l-annimali li jkollhom bżonn xi tip ta’ assistenza medika.

Dan hu servizz ġdid f’pajjiżna li qabel ma kienx jeżisti

Page 5: Investiment għall-Ħarsien tal-Annimali - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 7 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

It-tfal huma fost l-aktar li jħobbu l-annimali. Illum, grazzi għal programmi edukattivi mnedija mill-Gvern, it-tfal u l-familji

tagħhom għandhom opportunitajiet akbar li jsiru jafu aktar dwar it-trobbija tal-annimali. Sfortunatament, ta’ kuljum, jinġabru medja

ta’ 3 annimali feruti mit-toroq permezz tal-ambulanza tal-annimali li l-Gvern investa fiha għall-aħjar ġid tagħhom

Page 6: Investiment għall-Ħarsien tal-Annimali - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 7 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Aħna rridu nibnu power station ta’ 400 miljun ewro (ħaddieħor jgħidilna 600 miljun) u se nagħmlu riforma fil-MEPA...

Aħna nitkellmu ma’ kulħadd... għax aħna moviment ta’ kuntratturi u ħaddiema

... Imma lill-ħaddiema bil-paga minima ma nżiduhomx

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

KAMPANJA MILJUNARJA FOST L-ALLEGAZZJONIJIET TA’ ANġLU FARRUGIA DwAR ‘KUNTRATTURI KBAR’ U L-FINANZJAMENT TAL-LABOUR PARTY

(dehret għall-ewwel darba: il-mument 20.01.13)

Anġlu Farrugia kixef dwar kuntratturi kbar u l-finanzjament

tal-Labour Party... Muscat ma jridx iwieġeb għaliex irid jibni power station bla bżonn meta

se jkollna cable minn Sqallija li jipprovdi elettriku irħas billejl

Page 7: Investiment għall-Ħarsien tal-Annimali - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 7 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Nhar il-Ħadd li għadda fil-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta kien hemm mument qawwi meta l-Prim Ministru tkellem fuqu nnifsu meta jkun hemm xi ħadd fl-Istat Malti li jċappas idejh bil-korruzzjoni.

“Miegħi m’hemmx kantunieri fuq korruzzjoni”Lawrence Gonzi ddikjara b’mod qawwi ħafna: “fuq il-korruzzjoni miegħi m’hemmx kantunieri. Tista’ tkun imħallef, tista’ tkun maġistrat, tista’ tkun chairman u tista’ tkun skrivan; magħna m’hemmx kantunieri. Il-korruzzjoni niġġildulha. Se nżidu l-pieni għal min ikun misjub ħati f’reati ta’ korruzzjoni. Se ndaħħlu liġi li biha l-beni, l-assi li jkollu u li jirriżultaw minn attivitajiet kriminali inkluż korruzzjoni, dak kollu jiġi konfiskat u jingħata f’fond speċjali biex jintuża għal proġetti soċjali,” qal il-Prim Ministru Gonzi.

Lawrence Gonzi: il-mexxej integru, rett, onest, sod u nadif

“Min jilgħab man-nar miegħi jinħaraq”Il-Prim Ministru fil-mass meeting ta’ nhar il-Ħadd kompla jiddikjara: “Min jilgħab man-nar miegħi jinħaraq.” Kienet dikjarazzjoni sinifikanti ħafna ta’ min, barra l-ħafna akkwisti li għamel għall-pajjiż, għandu xi ħaġa oħra: hu bniedem ta’ karattru sod u nadif li diġà wera li lest juża l-għodda l-aktar effettiva biex jiġġieled kwalunkwe abbuż li jkun investigat, jitressqu n-nies il-Qorti u, misjuba ħatja, iħallsu t’għemilhom.

20,000 impjieg f’Malta waqt kriżi dinjijaLawrence Gonzi ffaċċja ħafna f’dal-ħames snin. Iffaċċja l-baħar imqalleb fil-kriżi dinjija fl-ekonomija. Kriżi li pajjiżi bħalna xeħtithom għarkupptejhom.

Lil Malta le. Għax Lawrence Gonzi kien kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet ibsin, meħtieġa u mhux popolari biex sussidji

komdi imma li ma jirrendux idawwarhom f’investiment fil-postijiet tax-xogħol. U ħoloq xejn anqas minn 20,000 impjieg b’deċiżjonijiet sodi u ta’ karattru li llum nafu kemm ħallew frott għall-ħaddiema u ż-żgħażagħ Maltin.

Dissens li llum ħiereġ ċar għala seħħLawrence Gonzi ffaċċja wkoll id-dissens intern fil-Partit Nazzjonalista. Kien dissens ta’ min kien messu jaf ħafna aħjar. Kien dissens li ħafna minnu ġie għax Lawrence Gonzi ma ċediex u ma ġabx ruħu ta’ qasba tixxejjer mar-riħ imma baqa’ sod u integru.

U minkejja d-dissens intern, xorta waħda Lawrence Gonzi wassal lill-gvern tiegħu sal-aħħar ta’ leġiżlatura ta’ ħames snin u llum għaddejjin minn kampanja elettorali eżatt fi żmienha, b’ħaġa waħda biss nieqsa: budget li miegħu xorta qabel kulħadd, inkluża l-Oppożizzjoni li tat

l-aqwa ċertifikat lit-tmexxija ekonomika ta’ Gonzi.

U llum qed joħroġ għala kien hemm ċertu dissens u kemm kellu raġun Lawrence Gonzi jżomm sod.

Differenza kif jittrattaw l-allegazzjonijietIssa hawn allegazzjonijiet mill-aktar serji minn dak li għadu kemm kien in-numru tnejn fil-Labour Party, Anġlu Farrugia, dwar il-finanzjament tal-Labour Party u allegazzjonijiet dwar il-mod kif kien jinxtara ż-żejt għall-power station snin ilu. U d-differenzi huma kbar fil-mod kif Lawrence Gonzi u Joseph Muscat qed jittrattaw dawn l-allegazzjonijiet.

Proċeduri serji u effettivi mill-PulizijaLawrence Gonzi qed jara li l-Pulizija tinvestiga kull allegazzjoni li ssir, jagħmilha min jagħmilha, bis-serjetà u, jekk jirriżultaw traċċi li juru li kien hemm min tħammeġ,

il-Pulizija tressqu, jeħel jekk ħati u jħallas t’għemilu. Hawn proċeduri hekk diġà li saru f’diversi każi u li ddominaw il-media fl-aħħar xhur u snin.

Muscat sieket u mhux kapaċi jwieġeb dak li qal Anġlu FarrugiaMuscat min-naħa l-oħra sieket, jaħrab mill-bumbardament tal-mistoqsijiet tal-ġurnalisti kollha ħlief tal-media tiegħu stess, jiskuża għemil il-partit tiegħu, jipprova jwarrab ix-xamma tinten li ħierġa mill-proposti tiegħu dwar power station bla bżonn u l-MEPA, u ma jweġibx jekk dawn il-proposti b’effetti sostanzjali fuq l-ambjent u l-finanzi tal-pajjiż humiex influwenzati mill-istess kuntratturi kbar li semma Anġlu Farrugia.

U fid-differenza ma’ Muscat jispikka l-karattru ta’ Lawrence Gonzi: il-mexxej li ġab ix-xogħol u ħafna kisbiet oħrajn; u li fuq kollox hu l-politiku integru, rett, onest, sod u nadif.

Lawrence Gonzi jara li l-Pulizija tinvestiga kull allegazzjoni u tressaq in-nies il-Qorti kif sar f’numru

ta’ każi... Muscat sieket dwar dak li qal Anġlu Farrugia u x-xamma tinten li ħierġa mill-proposti tiegħu dwar

power station ta’ 600 miljun ewro u l-MEPA

Page 8: Investiment għall-Ħarsien tal-Annimali - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 7 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Il-Gvern hu kburi li matul din il-leġiżlatura ħadem u stinka biex tejjeb is-servizzi tas-saħħa lill-pazjenti Għawdxin f’Għawdex stess. Il-Gvern jifhem it-tbatija li jgħaddu minnha l-Għawdxin li jkunu jridu jiġu Malta għall-kura u għalhekk kompla jieħu l-miżuri meħtieġa biex sa fejn hu possibbli jintroduċi f’Għawdex stess aktar servizzi ta’ kura li jiffrankaw lill-Għawdxin milli jmorru Malta għall-kura.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi