ittra lil eletturi għawdxin - paul buttigieg

1
Ħbieb Eletturi Għawdxin, Kif naħseb li diġà smajtu, jien aċċettajt is-sejħa li għal darb’ oħra reġa għamilli l-Partit Nazzjonlista sabiex f’ismu nikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu 2013, fuq id-distrett Reġjun ta’ Għawdex. Nassigurakhom li din id-darba ma kienx faċli għalija li ngħid IVA lill-PN u naċċetta t-talba li għamilli l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi. Naħseb li kienet waħda mill-ikbar deċiżjonijiet li qatt ħadt f’ħajti… u dan wara dak kollu li għaddejt minnu matul l-aħħar sena. Madanakollu, wara li evalwajt il-ħidma imwettqa matul dawn is-snin li għaddew mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, ħidma ntensiva mifruxa madwar il-gżejjer Maltin, ħidma indirizzata lil kull settur tas-soċjetà mit-tfal sal-anżjani, ħidma mibnija fuq 3 pilastri essenzjali fil-ħajja ta’ kull individwu – ix-Xogħol, l-Edukazzjoni u s-Saħħa li flimkien jiggarantixxu FUTUR SOD, ħassejt li lill-Prim Ministru ngħidlu IVA. Iva biex inkompli nservi lill-poplu Għawdxi u Malti Il-Politika hija strument importanti, effettiv u effikaċi. Biha wieħed jista’ jkun ta’ għajnuna u sostenn għall-għajru, ta’ ġid għal pajjiżu. Dan hu dak li tul it-19-il sena li ilni nvolut fil-Kunsilli Lokali, 16-il sena minnhom bħala Sindku għall-lokalità fejn ngħix – il-Qala – kif ukoll fix-xogħol personali tiegħi bħala Manager Nursing Services fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dejjem ippruvajt nagħmel fejn hu umanament possibli, l-aħjar li nista’ biex nkun ta’ għajnuna u sostenn għal min verament għandu bżonn. Ix-xogħol tiegħi ta’ Manager Nursing Services fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex min-natura tiegħu jlaqqgħek ma’ bosta nies, ħaddiema, pazjenti u qrabathom li ftit jew wisq ikun għaddejin minn mumenti diffiċli fil-ħajja. Dan hu post fejn wieħed jista jgħaddi kelma ta’ ġid u ta’ faraġ sew lill-pazjenti kif ukoll lil niesu. Dan jiġri kuljum quddiem għajnejja. Għalkemm mhux xogħol faċli, nassigurakhom li s-sens ta’ sodisfazzjon wara ġurnata xogħol, dik il-kelma ta’ kuraġġ, suġġeriment u għajnuna li tkun offrejt, jisboq kull diffikulta oħra li tiltaqa magħha fil-ġurnata U dak hu propju li ser niprova nagħmel, il-ħidma amministrattiva tiegħi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif ukoll l-esperjenza tiegħi fil-politika lokali ser nestendiha ukoll fuq bażi Reġjonali u Nazzjonali. Baqa’ ftit ġimgħat għall-Elezzjoni Ġenerali. Nixtieq li jkolli l-opportunità li nżur lill-familji Għawdxin kollha. Però dan mhux umanament possibli. Ser nagħmel ħilti sabiex indur l-akbar numru ta’ djar fejn ikolli l-opportunità li nisma’ u niddjaloga l-ideat, ix-xewqat u l-ħsibijiet tal-eletturi… rrispettivament mit-twemmin politiku tagħhom… għax il-politika hi ta’ kulħadd… u iva hekk għandu jkun li nirrispettaw l-opinjoni ta’ kulħadd u lil kulħadd. Minkejja il-limitazzjonijiet taż-żmien u l-ħin jien xorta nistiden lil kull min jixtieq ikellimni personalment biex jagħmel kuntatt permezz tat-telefon, sms jew email u jien inwiegħed li ser nagħmel ħilti biex noffri l-għajnuna tiegħi. L-aħħar ħiseb… ser inkun kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali sabiex INSERVI. Ser inservi B’IMPENN, B’RESPONSABBILTÀ U B’VIŻJONIGĦALIK ħalli flimkien inkomplu nassiguraw FUTUR SOD għall-familji tagħna u għal-pajjiżna. Dak hu li bl-umiltà kollha nistqarr li ser niprova nagħmel… flimkien magħkom. Paul 171, Triq Wardija, il-Qala 99422473 [email protected] www.facebook.com/paulbuttigieg.pn PAUL BUTTIGIEG B’impenn, responsabiltà u viżjoni... għalik

Upload: paul-buttigieg

Post on 31-Mar-2016

241 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

PAUL BUTTIGIEG | B'impenn, responsabiltà, u vizjoni... ghalik Kandidat f'isem il-Partit Nazzjonalista ghal Ghawdex More

TRANSCRIPT

Page 1: Ittra lil Eletturi Għawdxin - Paul Buttigieg

Ħbieb Eletturi Għawdxin,

Kif naħseb li diġà smajtu, jien aċċettajt is-sejħa li għal darb’ oħra reġa għamilli l-Partit Nazzjonlista sabiex f’ismu nikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu 2013, fuq id-distrett Reġjun ta’ Għawdex.

Nassigurakhom li din id-darba ma kienx faċli għalija li ngħid IVA lill-PN u naċċetta t-talba li għamilli l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi. Naħseb li kienet waħda mill-ikbar deċiżjonijiet li qatt ħadt f’ħajti… u dan wara dak kollu li għaddejt minnu matul l-aħħar sena. Madanakollu, wara li evalwajt il-ħidma imwettqa matul dawn is-snin li għaddew mill-Partit Nazzjonalista � l-Gvern, ħidma ntensiva mifruxa madwar il-gżejjer Maltin, ħidma indirizzata lil kull settur tas-soċjetà mit-tfal sal-anżjani, ħidma mibnija fuq 3 pilastri essenzjali � l-ħajja ta’ kull individwu – ix-Xogħol, l-Edukazzjoni u s-Saħħa li � imkien jiggarantixxu FUTUR SOD, ħassejt li lill-Prim Ministru ngħidlu IVA. Iva biex inkompli nservi lill-poplu Għawdxi u Malti

Il-Politika hija strument importanti, e� ettiv u e� kaċi. Biha wieħed jista’ jkun ta’ għajnuna u sostenn għall-għajru, ta’ ġid għal pajjiżu. Dan hu dak li tul it-19-il sena li ilni nvolut � l-Kunsilli Lokali, 16-il sena minnhom bħala Sindku għall-lokalità fejn ngħix – il-Qala – kif ukoll � x-xogħol personali tiegħi bħala Manager Nursing Services � -Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dejjem ippruvajt nagħmel fejn hu umanament possibli, l-aħjar li nista’ biex nkun ta’ għajnuna u sostenn għal min verament għandu bżonn.

Ix-xogħol tiegħi ta’ Manager Nursing Services � -Isptar Ġenerali ta’ Għawdex min-natura tiegħu jlaqqgħek ma’ bosta nies, ħaddiema, pazjenti u qrabathom li ftit jew wisq ikun għaddejin minn mumenti di­ ċli � l-ħajja. Dan hu post fejn wieħed jista jgħaddi kelma ta’ ġid u ta’ faraġ sew lill-pazjenti kif ukoll lil niesu. Dan jiġri kuljum quddiem għajnejja. Għalkemm mhux xogħol faċli, nassigurakhom li s-sens ta’ sodisfazzjon wara ġurnata xogħol, dik il-kelma ta’ kuraġġ, suġġeriment u għajnuna li tkun o� rejt, jisboq kull di� kulta oħra li tiltaqa magħha � l-ġurnata

U dak hu propju li ser niprova nagħmel, il-ħidma amministrattiva tiegħi � -Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif ukoll l-esperjenza tiegħi � l-politika lokali ser nestendiha ukoll fuq bażi Reġjonali u Nazzjonali.

Baqa’ ftit ġimgħat għall-Elezzjoni Ġenerali. Nixtieq li jkolli l-opportunità li nżur lill-familji Għawdxin kollha. Però dan mhux umanament possibli. Ser nagħmel ħilti sabiex indur l-akbar numru ta’ djar fejn ikolli l-opportunità li nisma’ u niddjaloga l-ideat, ix-xewqat u l-ħsibijiet tal-eletturi… rrispettivament mit-twemmin politiku tagħhom… għax il-politika hi ta’ kulħadd… u iva hekk għandu jkun li nirrispettaw l-opinjoni ta’ kulħadd u lil kulħadd. Minkejja il-limitazzjonijiet taż-żmien u l-ħin jien xorta nistiden lil kull min jixtieq ikellimni personalment biex jagħmel kuntatt permezz tat-telefon, sms jew email u jien inwiegħed li ser nagħmel ħilti biex no� ri l-għajnuna tiegħi.

L-aħħar ħiseb… ser inkun kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali sabiex INSERVI. Ser inservi B’IMPENN, B’RESPONSABBILTÀ U B’VIŻJONI… GĦALIK ħalli � imkien inkomplu nassiguraw FUTUR SOD għall-familji tagħna u għal-pajjiżna.

Dak hu li bl-umiltà kollha nistqarr li ser niprova nagħmel… � imkien magħkom.

Paul 171, Triq Wardija, il-Qala 99422473 [email protected]

www.facebook.com/paulbuttigieg.pn

PAUL BUTTIGIEG B’impenn, responsabiltà u viżjoni... għalik