Ġunju 2015 - signumfideimalta...qari: 1. tobit 2: 9-14 bqajt marid b’għajnejja. 2. salm...

66
ĠUNJU 2015

Upload: others

Post on 22-Jan-2021

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

ĠUNJU 2015

Page 2: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

2 SIGNUM FIDEI

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna:

1. Biex l-immigranti u r-refuġjati jsibu min jilqagħhom u jirrispettahom fil-pajjiżi li jaslu fihom.

2. Biex il-laqgħa personali ma’ Ġesù tqajjem fiż-żgħażagħ ix-xewqa li joffru ħajjithom fis-saċerdozju u fil-ħajja kkonsagrata.

3. Biex iż-żgħażagħ jimxu fuq il-kelma ta’ Alla u jkunu attenti għas-sinjali tal-Mulej f’ħajjithom.

Dati importanti għax-xahar ta’ ĠUNJU: 07 ta’ Ġunju: Il-Ġisem u d-Demm għażiż tal-Mulej 12 ta’ Ġunju: Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù 13 ta’ Ġunju: Il-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija 24 ta’ Ġunju: It-twelid ta’ San Ġwann Battista 29 ta’ Ġunju: San Pietru u San Pawl Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ ĠUNJU issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

It-Tnejn, 1 ta’ Ġunju

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- ĠUNJU 2015 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

Page 3: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 3

San Ġustinu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Tobit 1: 3; 2:1a-8 Tobit kien jimxi fit-triq tas-sewwa. 2. Salm 111: 1-6 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej. 3. Mark 12: 1-12 Qabdu lil ibnu l-għażiż u qatluh, u xeħtuh barra mill-għalqa. SAN ĠUSTINU MARTRI (100-165) - apoloġista u lajk San Ġustinu twieled f’Nablus, fis-Samarija, f’madwar is-sena 100, għand

familja ta’ oriġini Griega. Sar filosfu kbir pagan li kien jammira ħafna lil Platun. Imma, bl-għerf u bit-

tagħlim kollu li kellu, qatt ma ħassu sodisfatt. Darba, meta kien qrib Lixandra, l-Eġittu, iltaqa’ ma’ raġel xiħ li kien nisrani u

dan tah ħjiel li r-reliġjon nisranija setgħet twieġeb tajjeb għall-mistoqsijiet li kienu qed jinkwetawh, l-iżjed dwar l-eżistenza u l-ħajja.

Sadattant, hu kien jistagħġeb bil-ferħ, bil-paċi u bil-kuraġġ li l-insara kienu juru fil-martirju tagħhom. Din il-fidi ħajja tal-insara, flimkien mal-istudju li kien beda jagħmel tal-Iskrittura, ġabu fih il-konverżjoni tiegħu, u tgħammed meta kellu madwar tletin sena. Hekk sar l-ewwel filosofu nisrani.

Għallem u ddefenda b’ħila kbira u b’kuraġġ qawwi r-reliġjon nisranija, f’bosta postijiet, minn Efesu fejn kien dam bosta snin, sa Ruma fejn fetaħ skola li dawk li jattendu fiha, kien jeħtiġilhom jistudjaw ir-reliġjon nisranija.

Il-kitba fuq ir-reliġjon u l-apoloġiji tiegħu, li tnejn minnhom huma indirizzati lill-Imperatur Antoninus u lis-Senat, jagħmluh bħala wieħed mill-aqwa difensuri tal-fidi nisranija.

Fi żmien Marku Awrelju, ġie akkużat li kien nisrani, u flimkien ma’ sitt għorrief oħra nsara, ħamest irġiel u mara, ġie msawwat u wara sofra l-martirju ta’ qtugħ ir-ras, meta kellu 65 sena, fis-sena 165.

Hu u San Efrem huma l-uniċi missirijiet tal-Knisja li ma kinux saċerdoti jew isqfijiet jew papiet.

Irrifletti fuq il-Kelma ta’ Alla: Ibni, jekk tiġi biex taqdi lill-Mulej ħejji ruħek għat-tiġrib.

Kun sinċier f'qalbek u żomm sħiħ, biex ma tinfixilx fi żmien l-għawġ.

Ingħaqad miegħu u titilqux, u tikber fil-ġieħ fi tmiem ħajtek.

Kull ma jiġi fuqek ilqgħu, u żomm sħiħ fit-tibdil li jumiljak.

Għax id-deheb jippruvawh fin-nar, u n-nies magħżula fil-forn tal-umiljazzjoni.

Afda fil-Mulej u jieqaf miegħek, żomm triqatek dritti u ttama fih. Bin Sirak 2: 1-6

Page 4: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

4 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 193; silta mit-3 punt

God wills not only that all come to the knowledge of truth but also that all be saved. He cannot truly desire this without providing the means for it and, therefore, without giving children the teachers who will assist them in the fulfillment of his plan. This, says Saint Paul, is the field that God cultivates, the building that he is raising, and you are the ones whom he has chosen to help in this work by announcing to these children the Gospel of his Son and the truths that are contained in it.

TALBA Mulej Ġesù,

għallimni nkun ġeneruż. Għallimni naqdik kif jixraqlek;

li nagħti, mingħajr ma nibża’ mill-ġrieħi;

li nitħabat, mingħajr ma nfittex is-serħan;

li nagħti minni nnifsi u mhux li nitlob ir-rigal; ħlief ir-rigal li nkun naf

li qed nagħmel ir-rieda tiegħek. Ammen.

San Injazju

Missierna ...

Page 5: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 5

4It-Tlieta, 2 ta’ Ġunju San Pietru u San Marċellinu – martri

San Feliċ minn Nicosia – reliġjuż Il-martri ta’ Lyons u Vienne, Franza

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla.

IL-MARTRI TA’ LYONS U VIENNE, FRANZA (†177)

- L-Isqof Potinu, l-ilsira Blandina, Attalu u oħrajn. Il-Knisja tal-Gallja tidher l-ewwel darba fl-istorja fl-okkażjoni tal-persekuzzjoni

taħt Marku Awrelju fil-belt ta’ Lyons. Il-pagani għamlu għall-insara u 48 nisrani sofrew il-martirju b’bosta għamliet ta’ torturi.

Fosthom kien hemm tfal u żgħażagħ, bħal Pontiku u l-ilsira Blandina, nobbli bħal Vezzju Epagatu, professjonisti bħal Attalu tabib, neofiti bħal Maturu, barra mill-Isqof Potinu.

L-okkażjoni tal-martirju kienet il-festa tal-anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-altar ta’ Ruma u ta’ Awgustu (l-1 ta’ Awwissu), li għaliha l-gallo-rumani tal-belt kienu jagħmlu ħafna preparattivi. Minn din il-festa pagana l-insara kienu jwarrbu kemm jistgħu. Minn hawn il-mibegħda tal-folla kontrihom. Ġagħlu lill-ilsiera pagani tal-insara biex jixlu lis-sidien bħala immorali u assassini.

Xi għaxra mill-insara ċedew għall-ewwel, iżda mbagħad reġgħu stqarru l-fidi. It-torturi baqgħu sejrin bosta ġranet u x-xwejjaħ Potinu, “li bilkemm kien jista’ jieħu n-nifs minħabba l-eżawriment ta’ ġismu, iżda sostnut mill-ħeġġa tal-Ispirtu” (Ewsebju), miet fil-ħabs. Il-legat ruman, meta rritorna minn barra, qata’ s-sentenza tal-mewt: 4 minnhom - id-djaknu Santu, Maternu, Attalu u l-ilsira Blandina - ikkundannati bħala għalf għall-annimali, l-oħrajn, għax ċittadini rumani, jaqtgħulhom rashom.

Ħallew għall-aħħar l-iżgħar tnejn: Pontiku, żagħżugħ ta’ 15-il sena u l-ilsira żgħira Blandina, li sal-aħħar baqgħet tqawwi qalb l-oħrajn bi kliemha u bl-eżempju.

Baqgħet weħidha fl-aħħar, “bħala omm nobbli, wara li ħeġġet lil uliedha u bagħtithom quddiem ir-Re, imbagħad għaddiet hi wkoll mill-kumbattimenti kollha tagħhom u marret tiġri lejhom mimlija ferħ u gawdju” (Ewsebju). Il-pagani nfushom baqgħu mistagħġbin bl-erojiżmu tagħha fost xita ta’ torturi, “li stqarru li qatt mara fosthom ma sofriet daqshekk torturi u turmenti hekk ħorox.”

Page 6: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

6 SIGNUM FIDEI

Il-Knisja ta’ Lyons, li tilfet 48 fidil, kienet donnha deċimata. Iżda malajr reġgħet qamet taħt id-direzzjoni ta’ Irinew, li kien inkarigat biex iwassal lill-Papa Elewterju ittra bħal dik li bagħtu lil-Knejjes tal-Asja u tal-Friġja.

Riflessjoni: Jekk aħna nafdaw lilna nfusna f’idejh b’qalb umli u niedma, hu jwaqqa’ l-ħitan tal-ħażen, jimla l-ħofor tad-dmirijiet li ħallejna, iwitti t-tumbati tas-suppervja u tal-vanità u jiftaħ it-triq biex niltaqgħu miegħu. Hija ħaġa kurjuża, imma spiss nibżgħu mill-faraġ, milli nkunu mfarrġa minn Alla. Anzi, aktar inħossuna nafu fejn qegħdin fid-dwejjaq u fin-niket. Tafu għaliex? Għax fid-dwejjaq inħossuna l-protagonisti! Iżda fil-faraġ il-protagonista huwa l-Ispirtu s-Santu! Hu li jfarraġna, hu jtina l-kuraġġ noħorġu minna nfusna. Hu li jwassalna fl-għajn ta’ kull faraġ veru, jiġifieri għand il-Missier! Din hija l-konverżjoni. Nitlobkom, ħallu lilkom infuskom tiġu mfraġġa mill-Mulej! Ħallu lilkom infuskom tiġu mfarrġa mill-Mulej! Il-Papa Franġisku, Diċembru 2014 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 159, silta mit-3 punt

You have to suffer a constant martyrdom that is no less violent for the spirit than Saint Bartholomew’s was for his body. You must, so to speak, tear off your own skin, which Saint Paul calls the old man, in order to be clothed with the Spirit of Jesus Christ, which is, according to the same Apostle, the new man.8 Let this, then, be your effort throughout your life, so that you may truly become disciples of Jesus Christ and imitators of this holy Apostle in his martyrdom.

TALBA Mulej Ġesù,

kemm hi qawwija kultant ġo fina l-ġibda tal-passjonijiet.

Għelbet lil Sansun, l-aktar bniedem b’saħtu.

Għelbet lil Salamun, l-iktar bniedem għaref.

Għelbet lil David, il-bniedem magħruf għall-qdusija. Aħseb u ara lili, bniedem dgħajjef,

kif tkaxkarni jekk ma tkunx l-għajnuna tiegħek. Mulej ħarisni

mill-ġibda ħażina tal-passjonijiet, bid-demm għażiż tiegħek.

Ammen. Ronnie Gauci

Missierna ...

Page 7: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 7

L-Erbgħa, 3 ta’ Ġunju San Karlu Lwanga u sħabu - martri

Santa Klotilde – reġina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Tobit 3: 1-11,16,17a It-talba nstemgħet quddiem il-maestà ta’ Alla. 2. Salm 24: 2-9 Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej, Alla tiegħi. 3. Mark 12: 18-27 Alla mhux tal-mejtin, iżda tal-ħajjin! SAN KARLU LWANGA U SĦABU (†1885-87) – martri tal-Uganda Dawn il-qaddisin, b’kollox 22, kienu l-ewwel martri tal-Afrika Ekwatorjali. Fl-

Afrika Ekwatorjali, il-Patrijiet il-Bojod xerrdu l-fidi nisranija u kienu bosta dawk li saru nsara.

Seba’ snin wara l-wasla tal-ewwel missjunarji fl-Uganda, madwar mitt nisrani, bejn kattoliċi u protestanti, ġew maqtula fil-persekuzzjoni li damet sentejn. Tnejn u għoxrin minnhom ġew iddikjarati qaddisin mill-Papa Pawlu VI fl-1964.

Il-biċċa l-kbira minn dawn il-martri kienu żgħażagħ bejn it-tlettax u t-tletin sena, imqabbdin fil-qorti tas-Sultan Mwanga. Uħud minnhom ġew maqtulin għax ma ridux jissodisfaw lis-sultan fit-tħajjir żieni tiegħu.

Fit-3 ta’ Ġunju 1886, l-insara li kienu fis-segwitu ta’ Mwanga ġew maħruqa f’Namugongo. Tlettax mill-qaddisin kienu f’dan il-grupp immexxi minn Karlu Lwanga, ta’ erbgħa u għoxrin sena, li kellu fi ħsiebu l-paġġi tas-sultan u li għammed erbgħa minnhom ftit qabel ma ġew maqtula. Wieħed minnhom, San Kizito, ta’ tlettax-il sena, kien l-iżgħar martri minħabba l-kastità. Dan, fi triqtu għall-martirju, għamel kuraġġ lil wieħed minn sħabu li kien qiegħed jibki – li aktar tard ġie meħlus – b’dan il-kliem: “Għid it-talba tal-Missierna u mut ta’ raġel.”

San Karlu Lwanga hu l-qaddis patrun taż-żgħażagħ u tal-Azzjoni Kattolika f’ħafna mill-pajjiżi tal-Afrika tropikali.

Meta fl-1969, il-Beatu Papa Pawlu VI żar l-Uganda biex jikkonsagra knisja ddedikata lil dawn il-qaddisin martri, qal lit-22 żagħżugħ li kien qed jgħammed: “Li tkun nisrani hi ħaġa sabiħa ħafna, imma mhux dejjem hi ħaġa ħafifa.”

Tibda n-Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: L-Ewwel Jum

Page 8: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

8 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Novena tal-Qalb ta’ Ġesù Darba Ġesù qal: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja.” (Luqa 9: 23) X’inhi din il-verità għalija? Li tiċħad lilek innifsek, terfa’ s-salib tiegħek ta’ kuljum, u dawn iwassluna għal ħajja ta’ dejjem! Dan għalija hu raġunament li mhux raġonevoli, u anzi jmur kontra s-sentimenti tiegħi ta’ persuna umana. Safrattant dan hu preċiżament dak li Ġesù qed jipproponilna; billi nagħrfu li meta aħna qed niċħdu lilna nfusna, inkunu qed nidentifikaw dak li hemm falz fina nfusna l-egoiżmu “jiġifieri li nwarrbu dik il-ħajja ta’ qabel u ninżgħu l-bniedem il-qadim, mħassar bix-xewqat tal-pjaċiri qarrieqa” (S. Pawl, Efesin 4:22) u neħles minnhom u nħalli l-Ispirtu s-Santu joħloqni mill-ġdid. “O Alla oħloq fija qalb safja u Spirtu qawwi ġedded fija” (Salm 50) Din il-bidla mhijiex ħaġa oħra ħlief nitwieled mill-ġdid. (Nota: Ir-riflessjonijiet kollha ta’ din in-novena huma ta’ Br. Louis) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 121, silta mit-2 punt

In this world there are crosses of thieves and those of Jesus Christ. Those of the thieves have no grace attached to them and impart no movement of life in those who endure them, because these people carry them with the wrong dispositions. The crosses of Jesus Christ are those that often work miracles, procure a good spirit of self-denial, inspire the practice of other virtues, and sometimes even revive the dead by giving an aversion and horror for sin. Is the cross you carry the cross of Jesus Christ? How do you recognize this? Do the difficulties you suffer lead you to practice many virtues? Pay attention to this: if these crosses turn you away and make you complain, they are the crosses of thieves.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 9: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 9

Il-Ħamis, 4 ta’ Ġunju San Pietru minn Verona - martri

Beatu Ġakbu minn Viterbo - isqof San Filippu Smaldone – saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Tobit 6: 10,11; 7: 1,9-17; 8:4-9a Agħmel ħniena miegħi u magħha ħa nixjieħu

flimkien. 2. Salm 127 :1-5 Hieni kull min jibża’ mill-Mulej. 3. Mark 12: 28b-34 Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn. SAN PIETRU MINN VERONA (†1252) Pietru twieled f’Verona fi tmiem is-seklu XII. Il-ġenituri tiegħu kienu eretiċi

ħorox, mis-setta tal-Manikej. Ta’ 15-il sena ġie mibgħut fl-Università ta’ Bolonja. Hawnhekk huwa ltaqa’ ma’

S. Duminku li kien qed jipprepara għat-Tieni Kapitlu Ġenerali tal-Ordni fl-1221. Darba minnhom waqt li S. Duminku kien qed jipprietka, Pietru ntlaqat bil-kliem mimli ħeġġa u qdusija tal-qaddis, intefa’ f’riġlejh u talbu jidħol fl-ordni.

Huwa rċieva l-libsa dumnikana minn idejn il-fundatur stess u ħa mingħandu ż-żelu u l-kuraġġ qawwi tal-ewwel dixxipli dumnikani.

Meta kien qed jipprepara għas-saċerdozju, kellu jgħaddi minn prova kbira. Wieħed minn sħabu, waqt li billejl kien għaddej minn ħdejn il-kamra ta’ Pietru deherlu li sema’ ilħna ta’ nisa f’kamartu. Pietru ġie mixli u mogħti l-kastig.

Huwa aċċetta kollox bl-umiltà u ġie mibgħut f’Ancona biex jagħmel penitenza. Pietru talab ħafna u ħass ħafna l-qawwa tat-talb imma bħala bniedem ħass ukoll l-għajb tal-kastig.

Darba minnhom imbikkem talab lil Alla: “Mulej, inti taf li jien innoċenti għal dan kollu; għaliex tippermettilhom jemmnu dan fuqi?” Imbagħad instemgħet vuċi ġejja mill-Kurċifiss, “U jien, Pietru, x’għamilt biex għamlu dan kollu fuqi?” Minn dakinhar Pietru reġa’ kiseb il-ferħ u s-serenità ta’ qalbu. Il-verità fl-aħħar rebħet. Pietru reġa’ mar mal-komunità, kompla jistudja u ġie ordnat saċerdot. Hu kien jitlob biex ikollu l-ferħ li jmut mewta ta’ martri.

Fl-1251, irċieva l-inkarigu biex jaħdem kontra l-ereżija fi Cremona, u fl-inħawi tal-viċin. Fl-istess żmien ġie magħżul pirjol tal-kunvent ta’ Como. Fis-6 ta’

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: It-Tieni Jum

Page 10: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

10 SIGNUM FIDEI

April 1252, huwa u sejjer Milan minn Como, l-eretiċi qabduh u tawh il-martirju, għat-tjieba tal-fidi u l-ubbidjenza lejn il-Knisja ta’ Ruma.

Qabel miet qal il-Kredu b’leħen għoli u bid-demm li ħareġ mill-feriti tiegħu għamel l-istqarrija tal-fidi, “CREDO IN DEUM”. Wieħed mill-qattiela jismu Karinu, milqut bid-dehra tal-qaddis, ftit wara, daħal dumnikan.

Riflessjoni: Novena tal-Qalb ta’ Ġesù Fil-parabbola tal-iben il-ħali l-iben qal lil missieru :“Missier”, “dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek; ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek.” (Luqa 15: 21) Għal Ġesù, Alla l-Missier, huwa Alla li jirrispetta l-libertà tal-bniedem, jistennieh meta jitbiegħed minnu, jifraħ meta jerġa’ lura, ma jċanfrux. Għal kuntrarju joffrilu aktar milli jitolbu u jistiednu biex jifraħ miegħu. Iva nemmen f’Alla li hu Missier. Nemmen li jieħu pjaċir meta mmur lura għandu. Qalb ta’ Ġesù, il-Qalb t’Alla għandek biex lili tħobbni tant li tajtni ġismek u demmek bħala ikel u xorb. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 127, silta mit-2 punt

In your work you are obliged to have some contact with the world. Take care not to acquire its spirit; maintain your reserve and a certain air of self-control, which will help you avoid being corrupted. This will edify your neighbor and inspire piety in those whose education has been entrusted to you.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 11: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 11

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju San Bonifaċju - isqof u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Tobit 11: 5-17 Alla l-ewwel ikkastigani, iżda issa, ara, jien qiegħed nara lil

ibni. 2. Salm 145:1b,2,6-10 Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej. 3. Mark 12: 35-37 Kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David? SAN BONIFAĊJU (680-754) – isqof u martri Twieled fi Crediton, Devonshire, l-Ingilterra, fis-sena 680, u kien jismu Winfrid.

Daħal mal-Benedittini ta’ kunvent qrib Exeter, u wara mar f’dak ta’ Nursling, qrib Winchester, fejn kien id-direttur tal-iskola, u kiteb l-ewwel grammatika Latina li qatt inkitbet fl-Ingilterra.

Imma s-sejħa tiegħu kienet li jkun missjunarju. Imħajjar minn San Willibrordu, appostlu benedittin tal-Olanda, telaq fis-sena 716 imma kellu jirritorna Nursling. Mar imbagħad Ruma fis-sena 718, għand il-Papa San Girgor II li biddillu ismu f’Bonifaċju u bagħtu l-Ġermanja.

Mill-ġdid Ruma, nhar Sant’Andrija, it-30 ta’ Novembru 722, ġie kkunsagrat isqof b’ġurisdizzjoni fuq il-Ġermanja kollha.

Protett u megħjun mir-Re Karlu, imsejjaħ “il-Martell”, irnexxielu jikkonverti bosta pagani. Ma damux ma ngħaqdu miegħu bosta missjunarji Ingliżi oħra.

Bonifaċju waqqaf id-djoċesijiet ta’ Erfurt, Buraburg u Wurzburg, kif ukoll dik ta’ Eichstatt, waqt li hu baqa’ isqof ta’ Mainz. Ippresieda fil-konċilji li saru fi Franza mis-sena 743 sas-sena 747 u l-Papa San Zakkarija ħatru primat tal-Ġermanja.

Kien Bonifaċju li nkuruna lir-Re Pepin, bin Karlu l-Martell fi Soissons. Imma Bonifaċju kellu jinkuruna l-ħajja appostolika tiegħu bil-martirju.

Ta’ madwar 73 sena, peress li wara l-mewt ta’ San Willibrordu, xi nsara fl-Olanda kienu qed jerġgħu jsiru pagani, waqt li Bonifaċu kien qed iħejji ruħu biex jiċċelebra l-griżma lill-insara ġodda lejliet il-Pentekoste, fil-5 ta’ Ġunju 754, folla ta’ pagani qabżu fuqu u qatluh, flimkien ma’ San Eoban u sħabhom kollha, bid-daqqiet tax-xwabel f’Dokkum.

Dawn il-martri kienu ż-żewġ isqfijiet u t-53 dixxiplu tagħhom. Il-fdal ta’ San Bonifaċju, l-“Appostlu tal-Ġermanja”, jinsab meqjum fl-Abbazija

ta’ Fulda, l-iktar waħda importanti mill-Abbaziji kollha li Bonifaċju waqqaf fil-Ġermanja.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: It-Tielet Jum

Page 12: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

12 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Novena tal-Qalb ta’ Ġesù Fil-parabbola tal-għama ta’ Ġeriko (Mark 10: 46-52) insibu li Ġesù talabhom isejħu lill-għama, u qalulu: “Agħmel il-qalb! Qum qiegħed isejjaħlek.” Dak tajjar il-mantar minn fuqu, qabeż fuq riġlejh u mar ħdejn Ġesù. U Ġesù kellmu u qallu: “Xi trid nagħmillek?” “Li nerġa’ nara Rabbuni,” wieġeb l-għama. “Mur,” qallu Ġesù. “il-fidi tiegħek fejqitek.” U minnufih reġa’ beda jara u baqa’ miexi warajh fit-triq. In-nies iridu jsikktu lil Bartimew għax l-għajjat tiegħu qed idejjaqhom – għax l-għajta hija desagreabbli; imma mhux dejjem possibli ssikket wieħed li qed ibati meta qed jgħajjat għall-għajnuna. Imma Bartimew baqa’ jgħajjat tant li fl-aħħar Ġesù sema’ l-għajta tiegħu – anzi ried jisma’ l-għajta tiegħu aktar mill-qrib. Sejħulu! U Ġesù esprima ruħu, b’kelma tant sabiħa li tgħodd għal kull persuna: żgħar u kbar. U Ġesù qallu: “Xi tridni nagħmillek?” Ġesù jirrispetta l-libertà tiegħi u qed isejjaħli ... Jekk isejjaħli għax jixtieq jagħmilli xi ħaġa tajba. Ġesù, lili wkoll jgħidli: “Mur, il-fidi tiegħek fejqitek.” Ġesù! Grazzi għal dik il-qalb hekk kbira tiegħek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 188, silta mit-3 punt

Consider that what ought to encourage us to have deep sentiments of respect and devotion in these holy places (churches) is the thought that this is where God is pleased to give us grace with very special generosity, goodness, and mercy. This is where the Father of mercies welcomes with open arms the prodigal, where the Good Shepherd brings back to the fold the strayed sheep,8 where the afflicted find comfort, and where the sick are healed, the weak are strengthened, and the tempted are given new power over their enemies. Finally, this is where God listens favorably to the prayers we offer and is pleased to fill with graces those who have recourse to his goodness.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 13: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 13

Is-Sibt, 6 ta’ Ġunju San Norbertu - isqof

San Marċellino Champagnat

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Tobit 12: 1,5-15,20 Issa bierku lill-Mulej. Jien tiela’ għand min bagħatni. 2. Salm Tobit 13: 2,6-8 Imbierek Alla, li jgħix għal dejjem. 3. Mark 12: 38-44 Din l-armla fqira tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit- teżor. SAN NORBERTU (c. 1080-1134) - isqof Norbertu kien ġej minn familja nobbli f’Lorraine (Franza). L-ewwel parti ta’ ħajtu

għaddieha moħħu fid-dinja u l-pjaċiri tagħha. Daħal anki fl-istat klerikali bi spirtu tad-dinja.

Kien ordnat suddjaknu, imma biex ikun aktar ħieles, ma riedx ikompli jieħu l-ordnijiet sagri sal-aħħar. Bħala suddjaknu ġie mqabbad fil-qorti tal-imperatur biex iqassam il-karità, iżda kien ħsiebu biss li jiddeverti.

Darba, waqt maltempata bis-sajjetti, twaqqa’ minn fuq iż-żiemel mitluf minn sensih. Dan l-inċident ġab bidla sħiħa f’ħajtu. Irtir li għamel fil-monasteru ta’ San Sigebert, qrib Cologne, kompla ġieb il-konverżjoni tiegħu.

Għadda sentejn iħejji ruħu biex isir qassis u kien ordnat f’Cologne. Ftit wara rriżenja għall-benefiċċji ekklesjastiċi, biegħ il-proprjetà u qassam dak li daħħal lill-fqar; żamm biss bagħal, 40 munita tal-fidda, missal, kalċi, patena u ftit abiti sagri.

L-isqof riedu jirriforma komunità ta’ kononiċi regolari iżda Norbertu kien strett wisq magħhom. Għalhekk huwa rtira fil-wied ta’ Prémontré ħdejn Laon fit-tramuntana ta’ Franza fejn fi ftit xhur ngħaqdu miegħu 40 sieħeb u fil-Milied tas-sena 1121 ipprofessaw il-voti. B’hekk twaqqaf l-ordni tal-Premonstratensi jew Norbertini, kanoniċi regolari taħt ir-regola ta’ Santu Wistin, li jgħaqqdu ħajja ta’ għamla monastika ma’ ministeru attiv. L-ordni kiber ħafna f’ħajtu.

Kontra qalbu Norbertu nħatar arċisqof ta’ Magdeburg (ċ. 1125) mill-Imperatur Lothair II, li ried jagħmlu wkoll kanċellier. Iżda minkejja l-kariga għolja, xorta baqa’ jgħix fiċ-ċaħda bħallikieku baqa’ fil-monasteru.

Il-ħeġġa tiegħu ġiebet riformi kbar fid-djoċesi, imma kellu wkoll għedewwa li għalihom ħajtu kienet ċanfira. Flimkien ma’ San Bernard Abbati ħadem ħafna biex ineħħi d-diżordnijiet kawżati mix-xiżma tal-antipapa Anakletu II.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Ir-Raba’ Jum

Page 14: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

14 SIGNUM FIDEI

Fir-ritorn minn Ruma flimkien mal-Imperatur Lothaire, San Norbertu ħassu ħażin, u wara erba’ xhur marid, radd ruħu ’l Alla fis-6 ta’ Ġunju 1134 fl-għomor ta’ 53 sena. Iddikjarah qaddis il-Papa Girgor XIII fl-1582.

Riflessjoni, Novena tal-Qalb ta’ Ġesù: Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.” L-umiltà tgħinna ngħarfu lilna nfusna, kif aħna, u ngħarfu t-tajjeb li hemm fina bħala kollu ġej mingħaand Ala. Mulej Ġesù, Inti l-Ħaruf bla tebgħa. Inti li tant urejt umiltà fil-passjoni li ġarrabt. Inti li ħennejt u ħfirt lill-ħalliel msallab miegħek. Inti Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli li tlabt lill-Missier Etern: “Missier aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 15, silta mill-1 punt

The blind man whom Jesus Christ cures in today’s Gospel and whom he had previously asked: What do you wish me to do for you?, is a figure of those people whose superiors are forced to ask them what is agreeable to them and who want to examine what they are going to be asked to do before showing that they are disposed to do it. There are three kinds of such self-willed religious. Some examine the order given; before obeying they must know what the superior intends to command them, so that they can consider whether it is acceptable to them, whether it will be too much trouble for them, or whether they have some condition to propose to make the execution easier and more convenient for them. They also have a number of other reflections to make, all completely natural.

TALBA O Alla li tista’ kollox,

il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù, hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin.

Agħmel li din il-qalb, għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja,

u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina.

B’ibnek sidna Ġesù Kristu li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu,

Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen. Missierna ...

Page 15: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 15

Il-Ħadd, 7 ta’ Ġunju Il-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej – Korpus

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 24: 3-8 Hawn hu d-demm tal-Patt li l-Mulej għamel magħkom. 2. Salm 115: 12,13,15-18 Ngħolli l-kalċi tas-salvazzjoni u isem il-Mulej insejjaħ. 3. Lhud 9: 11-15 Id-demm ta’ Kristu jnaddaf il-kuxjenza tagħna. 4. Mark 14: 12-16,22-26 Dan hu ġismi. Dan hu demmi. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Daż-żmien tgħallimna ma nibżgħux mil-faqar misterjuż tal-ewkaristija, it-teżor li ħallilna Ġesù. Din il-biċċa ħobż anonima, li tinsab fiċ-ċentru tal-fidi tagħna, illum m’għadhiex iġġib sudizzjoni bħal qabel, forsi għax aħna wkoll sirna ifqar milli konna.

Meta nisimgħu l-qari tal-liturġija tal-lum ma nistgħux ma nistkerrhuhx xi ftit. Fihom it-tlieta naqraw dwar dmija kullimkien. Demm tal-annimali, demm ta’ bniedem imsallab, li għalkemm tidher ħaġa bla sens huwa demm ta’ Alla li jgħarraq id-dinja. Tqil biex jifhem dan il-kliem il-bniedem modern li maż-żmien għamel minn kollox biex iġib fix-xejn id-dwejjaq u t-tbatija fil-ħajja: mhux qegħdin nitkellmu fuq id-donaturi tad-demm, imma fuq nies lesti li joqtlu bnedmin innoċenti.

Id-demm li nisimgħu dwaru llum huwa intimament assoċjat mal-patt, kelma li ġġibilna f’moħħna ħbiberija, qbil, ftehim, insomma l-kuntrarju ta’ dak li nassoċċjaw mad-demm. Hawnhekk il-kelma t’Alla tiċċaralna kollox, dan mhux patt formali bejn żewġ kontestanti, iżda ir-rabta intima tagħhom, ta’ demmhom, ġisimhom u ħajjithom. Mhux kif naħsbuha llum li ma nissagrifikawx il-libertà tagħna għall-impenn li nkunu ħadna, anzi propju bil-kontra – impenn totali u irriversibbli anke akkost tal-ħajja. Hekk kien jifhimha l-poplu antik Lhudi, u hekk jifhimha Alla li għamel patt għal dejjem u ma jerġa lura qatt minn kelmtu għax ismu hu għal dejjem “Fidil”.

Fil-fatt, peress li hu stess hu garanzija fuq il-patt tiegħu, mhux biss jiġi “kkundannat” mill-istess imħabba tiegħu li jerġa’ jsewwi l-infedeltajiet tagħna imma mġiegħel jiffirma bid-demm t’ibnu, “imxerred għalina lkoll”, il-kuntratt mal-umanità. Dan Ġesù, jiffirmah waqt l-aħħar ċena, jissiġillah fuq is-salib, u jikkonfermah bil-qawmien mill-mewt: minn dak iż-żmien, matul is-sekli, is-siġill,

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Il-Ħames Jum

Page 16: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

16 SIGNUM FIDEI

il-garanzija, il-firma tal-patt, huwa l-ġisem u d-demm tal-Mulej, offrut mill-parti l-oħra – il-Knisja.

Dan li tfakkar il-Knisja, lilha nnifisha u lid-dinja meta tiċċelebra l-ewkaristija: il-ħobż li naqsmu bejnietna huwa garanzija tal-għaqda tagħna ma’ Alla u ma’ xulxin, hija xi ħaġa reali; l-inbid ifakkarna li d-demm ta’ Alla jitħallat ma’ tagħna, għalhekk id-destin tagħna jintiseġ ma’ ta’ Alla. Il-knisja, fl-ewkaristija tieħu ħsieb u terġa’ tipproponi dan il-patt lill-umanità matul iż-żminijiet, dan il-patt li ebda vjolenza ma tista’ tkisser: b’hekk id-demm tal-bnedmin imxerred minn qattiela ta’ kull żmien jiġi miġbur fil-kalċi tiegħu għas-salvazzjoni tad-dinja.

Meta nkunu nafu dan kollu, hija ħasra li l-quddiesa, tegħreq fl-abitudni, u fil-monotonija: li għalkemm iwasslu lil ħafna minna biex ma niħdux iktar sehem fiha, ma jikkonvinċux lil Alla biex jonqos mill-patt tiegħu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 26, it-3 punt

The love of Jesus Christ for us led him to institute this divine sacrament in order to give himself entirely to us and to remain always with us. He knew that immediately afterward he would suffer and die for us, that this offering he would make of himself on the cross would occur only once,5 and that after his Ascension into heaven, he would no longer appear among us. This is why, to give us a sign of his tender love and goodness before dying, he left to his Apostles and to the whole Church in their person, his body and blood to be for us in the ages to come a precious proof of the tender love he feels for us. Today, receive this gift with respect and thanksgiving. Give Jesus love in return for his love, considering what a great benefit you receive. May this love you have for him and the desire you have to be united with him lead you to have a great love for frequent Communion.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 17: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 17

It-Tnejn, 8 ta’ Ġunju Beatu Nikola ta’ Gesturi - reliġjuż

Beati Diana u Ċeċilja - verġni Beata Marija Droste zu Vischering tal-Qalb ta’ Ġesù

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Korintin 1: 1-7 Alla jfarraġna, biex aħna nkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm. 2. Salm 33: 2-9 Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej. 3. Mattew 5: 1-12 Henjin il-foqra fl-Ispirtu.

Mill-istorja tal-istitut: Fis-7 ta’ Ġunju 2009 Brother Rapheal Rafiringa kien ibbeatifikat – il-knisja għarfet il-virtujiet, id-devozzjoni u ż-żelu ta’ dan il-Brother umli. Dan hu mudell ieħor ta’ edukatur Lasalljan.

BEATA MARIA DROSTE ZU VICHERING (1863-1899) - reliġjuża Twieldet fit-8 ta’ Settembru 1863, f’Munster, fil-Ġermanja, minn ġenituri nobbli

tal-Kastell ta’ Darfield. Kienet tewmija ma’ ħuha Max. Kienet tifla mimlija ħajja. Ommha nisslet fiha mħabba kbira lejn il-Qalb ta’ Ġesù. Ta’ 12-il sena għamlet

l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof. Ta’ 18 il-sena, meta kienet fil-kappella tal-kastell, ħasset f’qalbha lil Ġesù jgħidilha li xtaqha tkun għarustu. Nhar l-anniversarju tal-fidda taż-żwieġ tal-ġenituri tagħha għarfithom li kienet se tidħol reliġjuża.

Daħlet mas-sorijiet tal-Bon Pastur f’Munster fl-1888, meta kellha 25 sena u tawha l-isem ta’ Swor Marija tal-Qalb Divina.

Sa minn meta kienet għadha novizza ħasset lil Ġesù jsejħilha biex tkun qrib il-qalb tiegħu u tgħallmet kif tħaddan it-tbatija. Kienet devota kbira tal-ewkaristija u sikwit kienet tħoss messaġġi mistiċi. Hija dejjem qalet li ma tistax tifred l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù mis-Sagrament Imqaddes.

Fl-1864 ntbagħtet Lisbona u ftit wara saret is-superjura fil-kunvent ta’ Oporto fil-Portugall. Sentejn biss wara mardet ħafna u b’hekk setgħet tirċievi lil Ġesù ewkaristija kuljum bħala vjatku. Dak iż-żmien ma kienx permess tqarbin ta’ spiss, imma f’waħda mill-intimitajiet tagħha ma’ Ġesù, hu wrieha kemm kellu xewqa kbira li jingħaqad aktar mal-erwieħ permezz tal-ewkaristija, u xtaqha li tagħmel minn kollox biex dan iseħħ.

Ġesù rrivelalha wkoll ix-xewqa li tibda d-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa billi l-erwieħ joffrulu post f’qalbhom u jikkonsagraw ruħhom lejn il-Qalb Imqaddsa.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Is-Sitt Jum

Page 18: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

18 SIGNUM FIDEI

Fl-1897, irċeviet l-ordni mingħand Ġesù biex tgħid lill-Papa jikkonsagra l-umanità kollha lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, iżda kien biss fl-1898 li hija ngħatat il-permess li tikteb Ruma lill-Papa Ljun XIII. Hija qatt ma rċeviet tweġiba għall-ittra tagħha, u għalhekk sena wara reġgħet bagħtet ittra oħra. Did-darba t-talba ntlaqgħet u l-Papa aċċetta li jikkonsagra d-dinja lill-Qalb ta’ Ġesù fil-11 ta’ Ġunju tal-istess sena.

Imma Swor Marija Droste qalbet għal-agħar u mietet waqt li kienet qed tipprepara għall-festa solenni tal-Qalb ta’ Ġesù.

Hija mietet fit-8 ta’ Ġunju 1899, u ġiet ibbeatifikata mill-Papa Pawlu VI fl-1 ta’ Novembru 1975.

Riflessjoni, Novena tal-Qalb ta’ Ġesù: F’Mark 1: 32-35, insibu li filgħaxija, fi nżul ix-xemx ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew maħkuma mix-xitan u fejjaq ħafna morda minn kull xorta ta’ mard, u ħareġ għadd kbir ta’ xjaten li hu ma kienx iħalli jitkellmu għax huma kienu jafu min kien. L-għada filgħodu kmieni qabel żernaq, qam u ħareġ u mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob. Ġesù huwa l-mudell tagħna, mimli ħniena u kompassjoni, ifejjaq lill-morda u jxandar l-imħabba t’Alla – imma ma naqasx li jqum kmieni, allavolja kien għajjien, biex imur jitlob u jingħaqad mal-Missier. Qed jurina kif għandna ngħixu ħajjitna bħala nsara. Jeħtieġ li nkunu lesti għat-tbatija u s-sagrifiċċju fil-mixja tagħna ta’ veri nsara.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 44, silta mit-2 punt

The truths that the Holy Spirit teaches to those who receive him are the maxims found in the holy Gospel. He helps them to understand these maxims and to take them to heart, and he leads them to live and to act in accordance with them. Only the Spirit of God can give us a correct understanding of these maxims of the Gospel and inspire us to put them into practice, because they are above the level of the human spirit. How, indeed, can we ever realize that blessed are the poor, that we must love those who hate us and rejoice when we are calumniated and when people say all sorts of evil against us, that we must return good for evil, and so many other truths entirely contrary to what nature suggests, unless the Spirit of God teaches them to us?

TALBA O Alla li tista’ kollox,

il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù, hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin.

Agħmel li din il-qalb, għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja,

u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina.

B’ibnek sidna Ġesù Kristu li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 19: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 19

It-Tlieta, 9 ta’ Ġunju San Efrem - djaknu u duttur tal-Knisja

Beata Anna Marija Taigi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Korintin 1: 8-22 Ġesù Kristu ma kienx “iva” u “le”; fih kien hemm l- “iva” weħidha. 2. Salm 118: 129-133,135 Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek, Mulej. 3. Mattew 5: 13-16 Intom id-dawl tad-dinja. SAN EFREM (305? – 373) Duttur tal-Knisja, hu l-kittieb u l-qaddis l-aktar magħruf li warrad fis-Sirja fi

żmien is-Santi Padri. Efrem ħass minn ċkunitu s-sejħa u l-ġibda lejn il-ħajja reliġjuża u li tgħallem id-

duttrina u l-virtujiet insara minn San Ġakbu, il-magħruf isqof ta’ Nisibi. Dan għammdu ta’ tmintax-il sena, x’aktarx ħadu miegħu fil-Konċilju ta’ Niċea

(325), għamlu direttur ta’ skola pajjiżu, u nqeda bil-ħidma tiegħu biex iġedded il-ħajja morali tan-nies ta’ Nisibi, speċjalment waqt l-assedju tal-belt mir-re tal-Persja, Sapor II, fis-snin 338, 346 u 350. F’dawn iċ-ċirkostanzi Efrem, bil-għaqal u l-qlubija tiegħu, kellu setgħa kbira fuq il-poplu.

Wieħed mill-bijografi tiegħu jirrakkonta li f’wieħed minn dawn l-assedji Efrem seħet minn fuq is-swar tal-belt l-armata tal-Persjani, u minnufih sħaba ta’ dubbien u ta’ nemus waqgħet fuq l-armata ta’ Sapor II, hekk li kellha terġa’ lura.

BEATA ANNA MARIJA TAIGI (1769-1837) Din il-beata kienet mara tad-dar, u omm ta’ sebgħa. Missierha kien bniedem

idejh magħluqa; ta’ 13-il sena bagħatha taħdem, l-ewwel f’fabbrika tal-bellus, imbagħad bħala seftura.

Ta’ 20 iżżewġet lil Domenico Taigi, seftur ruman ikbar minnha sewwa fiż-żmien. Għall-ewwel kienet vanituża ħafna, speċjalment fi lbiesha.

Wara t-twelid tal-ewwel tarbija, immexxija minn saċerdot li għaraf ir-ruħ tagħha, bdiet ħajja ta’ virtù u tgħakkis. Il-konfessur tagħha kellu jimmoderaha fil-penitenzi tagħha.

Ingħaqdet mat-terzjarji Trinitarji u bdiet ukoll titqarben kuljum. Flimkien mal-favuri tas-sema, bħal estasijiet u profeziji, ma naqsux il-problemi normali tal-familja: faqar, kura ta’ ommha marida, raġel li għal kull xejn jitlagħlu, imma li hi

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Is-Seba’ Jum

Page 20: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

20 SIGNUM FIDEI

servietu bħallikieku kien Kristu, u ż-żamma tal-paċi f’familja kbira, fosthom mart binha ta’ karattru diffiċli ħafna.

Il-Madonna qaltilha li l-vokazzjoni tagħha kienet li turi li l-qdusija, setgħet tkun prattikata f’kull stat ta’ ħajja.

Il-Beata Anna Marija Taigi mietet ta’ 68 sena, fid-9 ta’ Ġunju 1837. Żewġha, ta’ 92 sena, kien wieħed mix-xhieda fil-proċess tal-beatifikazzjoni tagħha.

Riflessjoni, Novena tal-Qalb ta’ Ġesù: “Jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-Bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum” (Ġwanni 6:53,54). Meta Ġesù qal li hu l-ħobż tal-ħajja kien jgħidu b’sens spiritwali. Mingħajr dan l-ikel ħadd ma jista’ jimxi wara Kristu. Aħna bħala bnedmin inbatu minn kull nuqqas ta’ ikel. U Ġesù fil-ħniena tiegħu jaħsbilna wkoll għal dan il-ġuħ. Hu joffrilna l-ħobż tal-maħfra, il-ħobż tal-ħbiberija, il-ħobż tat-tama, il-ħobż tal-assistenza, il-ħobż tal-modrija. Lil kull wieħed u waħda minna poġġilna f’qalbna il-ħobż li jaqtalna kull ġuħ: il-Ħobż tal-Ħajja ta’ dejjem.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 32, l-1 punt

On this day, Jesus Christ entered the upper room where the Apostles have gathered after his Resurrection. The doors were all shut, which symbolizes that every approach to a soul who does not live a renewed life, a life of grace, is closed to all interior action of the Spirit of God and has only human and natural impulses to act. This is the result of the blindness of spirit and the hardness of heart that sin brings about in us. It makes people who are quite enlightened about the things of this world lose all understanding of and all openness to what concerns God and his service. This is what Jesus Christ teaches us when he says that the children of this world are often wiser and more prudent with regard to temporal matters than most of the children of light with regard to their spiritual welfare and the salvation of their souls. Are you not of their number?

TALBA O Alla li tista’ kollox,

il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù, hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin.

Agħmel li din il-qalb, għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja,

u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina.

B’ibnek sidna Ġesù Kristu li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu,

Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 21: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 21

L-Erbgħa, 10 ta’ Ġunju Beatu Ġwann Dominici - isqof

Santa Margerita - reġina tal-Iskozja Beatu Edwardu Poppe - saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Korintin 3: 4-11 Tana l-ħila li nkunu ministri tal-Patt il-Ġdid, il-patt mhux tal- ittra imma tal-Ispirtu. 2. Salm 98: 5-9 Int qaddis, Mulej, Alla tagħna. 3. Mattew 5: 17-19 Ma ġejtx biex inwaqqa’, iżda biex inwassal għall-perfezzjoni BEATU EDWARDU POPPE (1890-1924) - saċerdot Il-ħajja ta’ dan il-beatu Belġjan hija kollha kkonċentrata fuq l-Ewkaristija. Hu

twieled f’Temsche fil-Belġju, it-tielet minn ħdax il-wild, ta’ familja ta’ mezzi modesti imma reliġjuża għall-aħħar.

Kellu jagħmel servizz militari f’Louvain fl-1910, imma sadanittant inkiteb biex imur jistudja fl-università kattolika ta’ dik il-belt. Is-servizz militari għenu biex jimmatura aktar fil-vokazzjoni saċerdotali minkejja l-ħafna provi li kellu. Huwa xerred id-devozzjoni lejn l-Ewkaristija u l-Madonna.

Fl-1922, ta’ 22 sena, wara li temm is-servizz militari, Edwardu Poppe daħal is-seminarju Ljun XIII ta’ Louvain. Għalih kien żmien ta’ ħajja spiritwali intensa, u sar midħla tat-Trattat tal-Vera Devozzjoni lejn Marija miktub minn S. Lwiġi Grignon de Montfort, u beda jipprattika dak li l-awtur isejjaħ “jasar ta’ mħabba” lejn il-Verġni Mbierka.

Spiċċa l-istudji teoloġioċi fis-seminarju maġġuri tad-djoċesi tiegħu Gand; matul il-vaganzi f’raħal twelidu beda l-appostolat tiegħu jgħallem lit-tfal u liż-żgħażagħ, l-aktar tagħlim tal-katekiżmu u l-liturġija.

Minħabba l-ewwel Gwerra Dinjija, fl-1914 reġa’ nqabad fis-servizz militari u qagħad għas-servizz tas-Salib l-Aħmar jgħin lill-morda u lill-feriti tal-gwerra. Irritorna s-seminarju s-sena ta’ wara u fl-1 ta’ Mejju 1916 hu kien ordnat saċerdot.

Ftit wara nħatar vigarju tal-parroċċa Santa Koletta ta’ Gand, u beda malajr il-ħidma tiegħu l-aktar fost il-foqra. L-appostolat ma naqqasx is-sigħat tiegħu ddedikati għat-talb u l-adorazzjoni ta’ Ġesù Sagramentat li kien jagħmilhom matul il-jum u bil-lejl.

Ifforma grupp ta’ katekisti ewkaristiċi, li mbagħad inbdew ukoll f’parroċċi oħra tad-djoċesi; għalihom kiteb il-Manwal tal-katekista Ewkaristiku, fl-1917.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: It-Tmien Jum

Page 22: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

22 SIGNUM FIDEI

Għaqqad ukoll il-“Lega tat-Tqarbin ta’ Spiss” fost it-tfal u l-ħaddiema. Kien jippubblika kull ġimgħa għat-tfal tal-Belġju kollu “Kruċjata Ewkaristika Piju X”, li fih kien jikteb kull ġimgħa l-messaġġ tiegħu kollu ħeġġa u b’lingwaġġ sempliċi, li jikxef imħabbtu kbira lejn l-Ewkaristija u l-Madonna. Firex ukoll ħidmietu għas-saċerdoti, li ħafna minnhom kienu jfittxuh għall-pariri fuq il-ħajja tagħhom spiritwali.

Minkejja li sa minn żgħożitu kien ibati bil-mard tal-qalb, u li minħabba f’hekk kellu jgħaddi ġranet sħaħ fuq pultruna, hu sab ħin jikteb l-opri famużi tiegħu għas-saċerdoti: fl-1920 “Id-Direzzjoni Spiritwali tat-Tfal”; fl-1923 “Insalvaw il-Ħaddiema”; fl-1923 ukoll “Appostolat Ewkaristiku Parrokkjali”; fl-1924 “Il-Metodu Edukattiv Ewkaristiku” u “Il-Ħabib tat-Tfal” li laħaq malajr il-mitejn elf kopja bil-Fjamming; u kotba oħra li ħarġu wara mewtu.

Fl-1921 il-Kardinal Mercier ħatru direttur spiritiwali għar-reliġjużi missjunarji, studenti tat-teoloġija u kjeriċi obbligati għas-servizz militari. Padre Poppe kellu jmur joqgħod Leopoldburg fejn qeda ministeru intens u fekondi fost iż-żgħażagħ biex isiru saċerdoti.

Il-Beatu Edwardu Poppe miet għalgħarrieda fl-10 ta’ Ġunju 1924, meta kien għad kellu biss 34 sena. Huwa kien iddikjarat beatu mill-qaddis Papa Ġwanni-Pawlu II, fit-3 ta’ Novembru 1999.

Riflessjoni, Novena tal-Qalb ta’ Ġesù: Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh u qal: “Araw il-Ħaruf t’Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja”... imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma hu stess qalli ‘Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu’. Ġesù jaħfer id-dnubiet tad-dinja – id-dnub tiegħi iżda jneħħi wkoll il-ħtija. Ġesù niżel jitħabat mal-midinbin għalhekk ġarrab il-mibegħda tal-Fariżej. Imma lill-imsejknin kien jitħassarhom u jħobbhom. Din hi l-Aħbar it-Tajba. Aħna maħbubin:

l-imħabba ssalvana,

l-imħabba taf tistabar u tħenn, u

l-imħabba ma żżommx f’qalbha. Din hi l-Qalb ta’ Ġesù li fiha l-Missier isib l-għaxqa tiegħu!

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.97, silta mit-2 punt

If we wish to give ourselves to God, it is not sufficient to abandon all that we possess and all exterior things; we must also strive to attain inner perfection and to renounce our passions and our own inclinations. By withdrawing from the world, we gain this advantage. For it is impossible to overcome ourselves unless we know ourselves, and it is very difficult to know ourselves while living in the midst of the world. Do we profit by the advantage we have of living in seclusion in order to study how we can completely avoid following our natural inclinations?

Page 23: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 23

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Walter Joseph Coster (1961) Bro. Edward Henry Grech (1981) Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Il-Ħamis, 11 ta’ Ġunju

San Barnaba – appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 11: 21b-26; 13, 1-3 Kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu s-Santu u l-fidi. 2. Salm 97: 1-6 Il-Mulej għarraf is-salvazzjoni lill-ġnus. 3. Mattew 10, 7-13 Intom u sejrin xandru u għidu li s-Saltna tas- smewwiet waslet.

Novena tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù: Id-Disa’ Jum

Page 24: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

24 SIGNUM FIDEI

SAN BARNABA (†61) – appostlu San Barnaba ma kienx wieħed mit-tnax li Ġesù sejjaħ biex ikunu appostli.

Imma sa mill-bidunett ġie msejjaħ appostlu minħabba l-ħidma kbira tiegħu għall-Knisja.

Kien Lhudi, twieled f’Ċipru, trabba f’Ġerusalemm, u x’aktarx li studja fl-iskola ta’ Gamaliel, fl-istess żmien ma’ San Pawl.

Kien wieħed minn tal-ewwel li kkonvertew għall-Kristjaneżmu, f’Ġerusalemm, wara l-Pentekoste, fis-sena 29 jew 30. Kien jismu Ġużeppi, imma l-appostli bidlulu ismu f’Barnaba – Bin il-Faraġ. Kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu s-Santu u l-fidi (Atti 11: 24).

Kellu għalqa u biegħha, u dak li daħħal tagħha tah lill-appostli biex iqassmuh lill-foqra.

Meta San Pawl, tliet snin wara li kkonverta, mar Ġerusalemm, kien San Barnaba li laqgħu u introduċieh lil San Pietru u lill-insara li għall-ewwel sabuha bi tqila biex jemmnu kif minn persekutur qalil, isir wieħed minnhom, mimli ħeġġa l-iktar kbira.

Minn Ġerusalemm, San Barnaba mar iżur il-Knisja ta’ Antjokja. Kien f’din il-belt, li s-segwaċi ta’ Kristu bdew għall-ewwel darba jiġu msejħa nsara. Darba minnhom, San Barnaba mar Tarsu, sab lil San Pawl, u wara li stiednu, ħadu miegħu u ħadmu flimkien biex isaħħu l-Komunità ġdida ta’ Antjokja.

Meta waqa’ għaks kbir f’Ġerusalemm u l-insara kienu qed ibatu, San Barnaba u San Pawl ġabulhom l-għajnuna li kienu ġabru mingħand l-insara ta’ Antjokja.

Imbagħad San Barnaba, ingħaqad ma’ San Pawl u mar miegħu fl-ewwel vjaġġ missjunarju. Magħhom ħadu lil Mark (l-Evanġelista, li kien il-kuġin ta’ Barnaba) li wara telaqhom f’nofs triq.

Meta nqalgħet il-kwistjoni taċ-ċirkunċiżjoni, San Barnaba kien jaqbel ma’ San Pawl u mar miegħu għall-Konċilju ta’ Ġerusalemm.

San Barnaba u San Pawl kienu ser jerġgħu jmorru jippritkaw flimkien, iżda ma qablux fuq Mark. San Barnaba ried li jeħduh magħhom iżda San Pawl ma riedx. Spiċċaw biex San Barnaba ħa lil Mark u mar Ċipru, waqt li San Pawl ħa lil Sila u mar is-Sirja. Wara dan ma nafux x’sar minn San Barnaba.

Nafu li miet martri, imħaġġar, f’Salamis, Ċipru, fis-sena 61.

Riflessjoni: Novena tal-Qalb ta’ Ġesù Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jien nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd. Missieri li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.” (Ġw.10:27-30) Il-Qalb ta’ Ġesù nfetħet fuq is-salib u minn dakinhar ’l hawn dik il-pjaga baqgħet miftuha għalik – għalija – għall-bnedmin kollha. Dakinhar lil Tumas qallu: “ressaq idejk, u qiegħda fuq ġenbi” (Ġw. 20: 27). Imma jien Ġesù nemmen fik għax “Inti Mulej tiegħi u Alla tiegħi”.

Page 25: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 25

Ġesù ma nitolbokx li jiena npoġġi idi fuq qalbek imma minħabba dik l-imħabba li tagħmlek ħaġa waħda mal-Missier: “Jien u l-Missier ħaġa waħda!” Agħmel li qalbi tħoss xi ftit mit-taħbit ta’ qalbek biex bħal tiegħek tagħder, taħfer, tħoss il-ħniena u kompassjoni għal kulħadd.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, l-1 punt Jesus Christ tells his holy Apostles that unless their virtue surpasses that of the Pharisees, they will not enter the kingdom of heaven. Apply these words to you. Be convinced that Jesus Christ is addressing them to you, that if you do not have more virtue than people in the world, you will be more liable to condemnation than they will be on the day of judgment. People of the world, like the Pharisees, are satisfied with observing the external and outward practices of religion. They go to Mass, listen to sermons, and sometimes follow the Divine Office, but they do all these things and a number of others without any interior spirit. You, who gave yourself to God and, consequently, ought to consecrate to God every moment of your life, must do everything in a spirit of religion without being content to do only what is exterior in the duties of your state. Even if people are satisfied with what is external in actions, God, who looks into the heart, will not put any value on them.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen. Missierna ...

Page 26: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

26 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ġunju

Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ħosegħa 11: 1.3-4.8-9 Daret għalija qalbi. 2. Salm: Isaija 12: 2-6 Kollkom ferħana, timlew l-ilma mill-għejun tas- salvazzjoni. 3. Efesin 3: 8-12, 14-19 Kunu afu li l-imħabba ta’ Kristu tisboq kull għerf. 4. Ġwanni 19: 31-37 Nifidlu ġenbu b’lanza u minnufih ħareġ demm u ilma. Kif daħlet id-Devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù:

1673 – 27 ta’ Diċembru Ġesù jidher lil Santa Margerita Marija Alacoque waqt li kienet qed titlob quddiem Ġesù Ewkaristija.

Fl-ottava tal-festa ta’ Corpus Christi, 1675 dehrilha u qalilha, “ara dik il-qalb li hekk ħabbet il-bnedmin li kkunsmat ruħha għall-imħabba tagħhom. Minflok gratitudni, jiena ma nirċevix mill-biċċa l-kbira ħlief bruda, irreverenza u sagrileġġi fis-sagrament tal-imħabba.”

Talabha biex tiġi istitwita festa ta’ riparazzjoni għal nhar ta’ Ġimgħa ta’ wara l-ottava ta’ Corpus.

Ġesù jagħtiha tnax-il wegħda għal dawk li jgħixu ħajja devota lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħu.

1765: Il-Papa Klement XIII jagħti l-ewwel approvazzjoni lill-Polonja biex tiċċelebra din il-festa.

1856: 23 ta’ Awwissu, il-Beatu Papa Piju IX wara talba tal-isqfijiet Franċiżi ddekreta li l-festa tal-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesù tiġi ċċelebrata fil-knisja universali.

1888: Il-papa Ljun XIII, jagħmilha festa privileġġata. B’hekk din il-festa saret waħda importanti fis-sena Liturġika.

1925: Il-Papa Piju XI kiteb enċiklika li biha daħħal din il-festa bħala waħda importanti fiċ-ċiklu liturġiku: fiha jfakkarna: fil-ħtieġa ta’ tpattija lejn il-Qalb ta’ Ġesù.

It-tnax-il wedgħa tal-Qalb ta’ Ġesù.

1. Jiena nagħti lid-devoti tal-qalb tiegħi l-grazzji kollha li jeħtiġilhom għal ħajjithom.

2. Inqiegħed u nżomm is-sliem fil-familji tagħhom. 3. Infarraġhom fil-hemm tagħhom kollu. 4. Inkun rahan għalihom fil-ħajja u l-aktar fil-ħin tal-mewt. 5. Inxerred kotra ta’ barka fuq l-għemil tagħhom kollu. 6. Il-midinbin isibu f’qalbi l-għajn u l-baħar ta’ ħniena. 7. L-erwieħ berdin irabbu l-ħerqa.

Page 27: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 27

8. L-erwieħ tajbin fi żmien qasir jaslu fil-qdusija kbira. 9. Il-barka tiegħi tinżel ukoll fuq id-dar fejn tkun meqjuma u murija x-xbieha ta’

qalbi. 10. Lill-qassisin nagħti l-grazzji li jqanqlu qlub l-aktar iebsa. 11. In-nies li jxerrdu din id-devozzjoni jkollhom isimhom miktub f’qalbi u ma

jitħassar qatt. 12. Jiena nwegħdek fil-ħniena bla qies tal-qalb tiegħi, li l-imħabba tiegħi, li tista’

kollox, tagħti l-grazzja tal-indiema tal-aħħar lil dawk kollha li jitqarbnu fl-ewwel nhar ta’ Ġimgħa tax-xahar, għal disa’ xhur wara xulxin. Huma ma jmutux imbegħdin minni u lanqas bla sagramenti, u qalbi tkun rahan li ma jiġix nieqes għalihom f’dik l-aħħar siegħa.”

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 26, l-1 punt

It is the day (Holy Thursday) on which Jesus Christ instituted the sacrament of his body and blood. He multiplies himself in it in order to be always with the faithful, to make them sharers in his divinity, and to change their hearts and bodies into living tabernacles. There he can remain as in a place pleasing to him and honorable for those who receive him and in a way that is most advantageous for them. For the sake of his disciples and for those who share their spirit, Jesus Christ instituted this sacrament. To let them share in his Spirit, he gives them his body in this august sacrament. Adore Jesus Christ in this action. Unite with his intention, and take your full and proper part in this holy institution.

TALBA

O Alla li tista’ kollox, il-qalb ta’ ibnek mimlija b’kull virtù,

hi ta’ ġieħ kbir għall-bnedmin. Agħmel li din il-qalb,

għajn tad-doni tas-sema, timliena b’kull grazzja, u li aħna nżommu dejjem quddiem għajnejna

l-ġid kbir ta’ mħabbitha għalina. B’ibnek sidna Ġesù Kristu

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 28: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

28 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 13 ta’ Ġunju

Il-Qalb Bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija Sant’Antnin ta’ Padova – presbiteru u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 61: 9-11 Nifraħ fuq li nifraħ fil-Mulej. 2. Salm: 1 Samwel 2: 1.4-8 Ferħet qalbi bil-Mulej, is-Salvatur tiegħi. 3. Luqa 2: 41-51 Kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. XI ĦSIBIJIET DWAR DIN IL-FESTA.

Din id-devozzjoni lejn il-qalb tal-verġni Mqaddsa Marija bdiet fi Franza mill-isqof ta’ Autun li fl-1645, kien ordna biex tiġi ċċelebrata din it-tifkira tal-Qalb ta’ Marija.

Ftit, ftit, it-tifkira nxterdet fi djoċesijiet oħra. Kemm il-Papa Klement XI u Klement X, taw l-approvazzjoni tagħhom u bil-mod, il-mod, bdew jinbtu soċjetajiet bl-iskop li jqimu ’l-Qalb ta’ Marija u jxandru din id-devozzjoni lejha.

Il-Papa Gregorju XVI waqqaf ċentru ta’ din id-devozzjoni f’Parigi, fil-knisja tal-Madonna tal-Vittorji fl-1836. Il-kleru Franċiż xerridha kemm f’pajjiżu, kif ukoll kull fejn kienu jmorru l-missjunarji Franċiżi.

Din il-festa u d-devozzjoni lejn il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija, inxterdet b’mod tal-għaġeb bid-dehriet ta’ Marija ġewwa Fatima. Filwaqt li Luċija kellha tkun il-vuċi biex twassal il-messaġġ tal-Madonna matul dan is-seklu, Ġiaċinta kellha tkun il-qalb li tħabbat ma’ dik ta’ Marija. Kif Luċija stess kitbet , Ġiaċinta kienet il-favorita li ġiet magħżula b’mod mill-iżjed speċjali mill-Madonna ta’ Fatima. Hija mietet mewta qaddisa fl-20 ta’ Frar ,1920. Meta kienet marida, qalet lill-kuġina tagħha: “qiegħda nsofri ħafna, imma noffri kollox għall-konverżjoni tal-midinbin biex inpatti lill-Qalb Immakulata ta’ Marija.”

Meta sellmet għall-aħħar darba lil Luċija, tatha dawn ir-rikkomandazzjonijiet: għid lil kulħadd li Alla jagħti l-grazzja tiegħu permezz tal-Qalb Immakulata ta’

Marija; għidilhom iressqu t-talb tagħhom lilha; li l-Qalb ta’ Ġesù tixtieq tara meqjuma maġenba lill-Qalb Immakulata ta’

Marija; għidilhom jitolbu lill-Qalb Immakulata ta’ Marija għall-paċi għax Alla

jagħtihielha din il-grazzja. Riflessjoni: Il-fidi ta’ Marija nistgħu nqabbluha mal-fidi ta’ Abraham li San Pawl isejjaħlu “missierna fil-fidi” (ara Rum. 4,12). Fil-pjan tas-salvazzjoni, kif irrivelat minn Alla, il-fidi ta’ Abraham hi l-bidu tal-Patt il-Qadim; il-fidi ta’ Marija fit-tħabbira tal-Anġlu, wara li

Page 29: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 29

stqarret il-verġinità tagħha (“kif ikun dan ladarba jiena verġni?”) emmnet li bil-qawwa tal-Għoli, bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu, kellha tkun Omm l-Iben ta’ Alla, skont ma ħabbrilha l-Anġlu: “Dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jissejjaħ Bin Alla” (Lq. 1,35). Iżda kliem Elisabetta: “Hienja dik li emmnet” ma jgħoddx biss għall-waqt tat-tħabbira tal-Anġlu. Veru li t-tħabbira tal-Anġlu kienet il-mument li fih il-fidi ta’ Marija laħqet il-qofol tagħha hija u tistenna ’l Kristu, iżda t-tħabbira tal-Anġlu hija wkoll il-mument tal-bidu tal-mixja tagħha lejn Alla, il-mixja sħiħa tagħha tal-fidi. U f’din il-mixja b’mod tassew għoli u ta’ qlubija liema bħalha – anzi bi qlubija aqwa ta’ fidi – isseħħ l-“ubbidjenza” tagħha għall-kelma li Alla rrivelalha.

San Ġwanni Pawlu II, Papa, silta mill-Enċiklika Redemptoris Mater

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, silta mill-1 punt

Let us give thanks with the whole Church for the honor that the Most Blessed Virgin received on this day, to become the Mother of God. This is the greatest honor any mere creature can ever receive. Saint Ambrose declares that it was the greatness and the excellence of Mary’s faith that procured this favor for her. In this role she has become an object of veneration for the angels themselves, who, although much higher by nature, nevertheless, are far beneath her in view of the dignity she received on this day.

TALBA Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija

Qalb bla tebgħa ta' Marija, mixħutin f’riġlejk nikkonsagraw lilna nfusna lilek. Nifhmu li nikkonsagrawlek dak kollu li aħna u dak kollu li għandna mingħajr ebda riserva.

Nikkonsagrawlek speċjalment il-missjoni li Ġesù Ibnek għoġbu jagħżilna għaliha, il-missjoni li nitolbu, ngħinu u nsofru għall-erwieħ saċerdotali, li huma l-erwieħ prediletti ta' Ġesù u tiegħek.

Inti taf biżżejjed, O Marija, liema delikatezza u liema ġenerożità titlob minna missjoni bħal din. Imma aħna żguri mill-għajnuna tal-patroċinju tiegħek u għalhekk aħna nirrikorru lejk u f'idejk nerħu l-qadi tal-missjoni tagħna.

Marija, din il-missjoni ma nistgħux naqduha sewwa mingħajr ma jkollna intimità kbira ma’ Ġesù Saċerdot Etern u l-ewwel saċerdot. Ressaqna għalhekk dejjem iżjed lejn il-qalb adorabbli tiegħu biex jagħmilna erwieħ tal-Ġetsemani, erwieħ li nkunu nafu nitolbu u nsofru.

Żvojta l-qalb tagħna minn kull imħabba li mhix ta' Ġesù, biex nimlewha bih. Rażżan l-amor proprju tagħna, ippurifika l-intenzjonijiet tagħna u agħmel fuq kollox li r-relazzjonijiet tagħna mas-saċerdoti ta' Ġesù Ibnek ikunu kollha kemm huma spiritwali u sopranaturali.

Aċċetta, O Marija, din il-konsagrazzjoni tagħna lilek u nitolbuk biex waqt it-tqarbin tressaqna inti stess quddiem it-tron tal-iben tiegħek Ġesù. F'ġieħ l-istess Kristu Sidna. Ammen.

Missierna ...

Page 30: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

30 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 14 ta’ Ġunju Il-ħdax-il Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Eżekjel 17: 22-24 Siġra żgħira nkabbarha. 2. Salm 91: 2-3.13-16 Tajjeb li nfaħħru ’l-Mulej. 3. 2 Korintin 5: 6-10 Infittxu li nogħġbu lill-Mulej, sew jekk nibqgħu hawn, sew jekk noħorġu minn dan il-ġisem. 4. Mark 4: 26-34 Hi l-iċken fost iż-żrieragħ kollha, imma ssir l-akbar waħda fost il-ħxejjex kollha. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Is-Saltna t’Alla tirrappreżenta l-ħajja spiritwali ġdida li Ġesù joffri lil min irid jemmen fih u jimxi warajh. Bil-parabboli Ġesù jispjega dan l-istil ta’ ħajja lill-poplu, jislet ġrajjiet mill-ħajja ta’ kuljum biex juri s-Saltna tiegħu u kif in-nies għandhom jgħixu fiha. Lil dawk li jimxu warajh iktar mill-qrib jispjegalhom it-tagħlim tiegħu f’iktar dettal.

L-ewwel parabbola turina kif Alla jaħdem mingħajr ma jidher, biex iġib ħajjiet spiritwali ġodda. Tibda bit-tixrid taż-żerriegħa meta l-Missier bagħat lil Ibnu Ġesù fid-dinja ixandar l-Kelma, u rieda tkompli tikber u tissaħħaħ sakemm timla kollox .

Is-Saltna t’Alla tibda fil-ħajja tal-individwu, jew fis-soċjeta, meta l-Kelma t’Alla tiġi pproklamata; imma kemm il-Kelma tikber u tinfirex jiddependi: biċċa miż-żerriegħa waqgħet fil-mogħdija, oħra fuq art iebsa,oħra fuq art kollha xewk, u oħra fuq ħamrija tajba li tagħti l-frott.

Il-parabbola taż-żerriegħa tal-mustarda hi sempliċi. Il-kuntrast fil-qies hu sinifikattiv. Żerriegħa li bilkemm tidher tikber f’siġra kbira ta’ statura u glorja. Tirrappreżenta kemm lill-Knisja kif ukoll il-ħajja spiritwali ta’ kull nisrani.

Ħajjitna għandna ngħixuha bil-fidi mhux bil-viżjoni u aktar minn kull ħaġa oħra bix-xewqa li nogħġbu lil Alla. Naraw kif nistgħu inniżżlu l-għeruq tagħna iżjed fil-fond biex il-ħajja tagħna spiritwali ssir iktar b’saħħitha.

Ġesù jirrakkonta l-parabboli biex , fil-konflitti u d-diffikultajiet li ġġib magħha l-ħajja nisranija, inkunu nistgħu nifhmu x’qiegħed jiġri madwarna, ma naqtgħux qalbna, u nibqgħu mexjin. Is- Saltna t’Alla trid tinbena kuljum bil-ħajja u l-ħidma tad-dixxipli ta’Ġesù.

B’ħajtu, b’mewtu u bil-qawmien Tiegħu, Ġesù rrivela x’jiġri lill-bniedem meta jħalli lil Alla jmexxih u jimlieh bil-preżenza Tiegħu. Hekk in-nisrani jitgħallem jifhem il-Kelma ta’ Ġesù, jaraha sseħħ f’ħajtu u madwaru, u bħal Ġesù jagħti l-frott fi żmienu.

Page 31: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 31

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.12, siltiet mill-1 punt In today’s Gospel Jesus Christ declares that the kingdom of heaven is like a grain of mustard seed, which is the smallest of all seeds but which, however, when it has grown, becomes a tree such that the birds of the sky come to rest in its branches The same can be said of something done out of obedience, even though it may be quite insignificant in appearance; it is, nevertheless, quite considerable, because it is done out of obedience. As a result, this virtue, more than any other, can be associated with the theological virtues, for faith is its principle and guide. It is always accompanied by hope and confidence in God, and it is a result of charity and the pure love of God.

TALBA Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej:

isma’, sidi, il-leħen tiegħi! Ħa jkunu widnejk miftuħa, jiena u nitolbok bil-ħniena.

Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, sidi, min jista’ jżomm sħiħ?

Imma għandek hemm il-maħfra, biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek.

Salm 130

Missierna ...

Page 32: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

32 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 15 ta’ Ġunju San Vitu, San Modestu u Santa Krexxenzja - martri

S. Ġermana Cousin

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Korintin 6: 1-10 Inqisu rwieħna bħala ministri ta’ Alla. 2. Salm 97: 1-4 Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu. 3. Mattew 5 38-42 Jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux. SANTA ĠERMANA COUSIN (c. 1579-1601) Missier Ġermana Laurent Cousin, kien ħaddiem fqir minn Pibracv, qrib

Toulouse (Franza); ommha Marie Laroche mietet ftit wara t-twelid ta’ bintha. Ġermana twieldet b’diżabilità u marradija u idha l-lemenija imsawra ħażin u paralitika. Kienet tmur tirgħa n-ngħaġ f’Pibrac.

Missierha, li flok imħabba kellu aversjoni għaliha, reġa’ żżewweġ u din it-tieni mara tiegħu wkoll xejn ma kienet iġġibha lil Ġermana anzi kienet taħqarha u lanqas biss ma kienet tħalliha tersaq lejn uliedha, avolja kienet tħobbhom.

Kienet iġġagħalha torqod fl-istalla, jew taħt it-taraġ fuq gozz zkuk tad-dwieli. Skola ma kinetx taf, iżda Alla għanieha b’paċenzja soprannaturali u bi mħabba li biha kienet taqsam mat-tallaba l-bċejjeċ żgħar tal-ħobż li kienet taqla’.

Kienet dejjem bil-kuruna tar-Rużarju f’idejha; u titlob ’l Alla jħarsilha l-merħla sakemm kienet tmur tisma’ l-quddiesa ta’ kuljum. U Alla kien tassew iħarishomlha għax qatt ma sabet nagħġa waħda nieqsa minkejja l-għadd kbir ta’ lpup li kien hemm f’dawk l-inħawi.

Matul is-sigħat li kienet tgħaddi tirgħa n-nagħaġ hija tgħallmet tant ħwejjeġ fit-talb, li kienet kapaċi tiġbor t-tfal tar-raħal u tkellimhom fuq Alla.

Il-ġirien bil-mod il-mod għarfu l-qdusija tagħha u ftit qabel mewtha, li ġrat meta kellha 22 sena, il-familja tagħha bdiet tittrattaha tajjeb.

Il-ħafna mirakli li saru fuq qabarha taw bidu għall-proċessjoni kull sena lejn il-knisja ta’ Pibrac.

Il-Beatu Piju IX ddikjaraha qaddisa fid-29 ta’ Ġunju 1867. Riflessjoni: Minn fejn nistgħu nitgħallmu din il-ħila għat-tolleranza, din l-umiltà tal-qalb, u fejn se nsibu t-triq li twassalna għal din l-imġiba, jekk mhux billi nħobbu naqbdu t-toroq li jurina Kristu, li għallimna bl-eżempji tiegħu: jiġifieri billi nrawmu fina l-virtù tal-fidi, tat-tama u tal-imħabba? Dawn il-virtujiet jgħinuna biex nimxu din it-triq. Mingħajr il-fidi ma nistgħux nimxu fit-triq irjali tal-misteri ta' Alla. Il-fidi tiftħilna għajnejna u tgħallimna. Fejn ma hemmx fidi, ma hemmx dawl u lanqas ħjiel ta' triq li tieħu għat-tajjeb.

Beata Anna ta' San Bartilmew, Riflessjonijiet fuq il-Passjoni ta' Sidna Ġesù Kristu

Page 33: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 33

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 92, silta mit-2 punt

The first thing we must pay attention to is great self-control. Saint Paul recommends this to the faithful above all things. Let your self-control, he says, be known to everyone. This is as if he said, Do not be self-controlled only when you are alone and in private, as you must be, of course, because the Lord is near you, but also act in the same way before everyone. Thus, when you are outside the house, act in such a way that all may recognize and be edified by your selfcontrol. This is necessary because you work for the salvation of others, and you must begin by giving them good example in order to win them to God. You must also carefully observe silence in the streets and, as your Rule prescribes, say the rosary, so as not to be distracted by what comes before your eyes. You ought, instead, to be occupied with the presence of God. Patience and silence especially are equally necessary for you when people say something insulting or that is liable to trouble you.

TALBA ta’ San Franġisk Mulej agħmilni strument tal-paċi tiegħek.

Fejn hemm il-mibegħda, ħallini nħeġġeġ l-imħabba; fejn hemm il-ħtija, ħallini nferrex il-maħfra; fejn hemm id-dubju, ħallini ndaħħal il-fidi;

fejn hemm il-qtigħ il-qalb, ħallini nqawwi t-tama; fejn hemm id-dlam, ħallini nkebbes id-dawl; fejn hemm in-niket; ħallini nxerred il-ferħ.

La tħallix li iżjed infittex li nkun imfarraġ milli nfarraġ jien; la tħallix li iżjed jifhimni ħaddieħor milli nifhem lil ħaddieħor jien;

la tħallix li iżjed inkun maħbub, milli nħobb jien. Għax meta nagħtu, aħna naqilgħu.

Għax meta naħfru, aħna nkunu maħfura. Għax meta mmutu, nqumu għall-Ħajja ta’ dejjem.

Missierna ...

Page 34: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

34 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 16 ta’ Ġunju

S. Ġwann Franġisk Regis - saċerdot Santa Ludgarda

Beati Aniċet Koplin - presbiteru u sħabu, martri tal-persekuzzjoni nazista Beatu Ġwann minn Parma - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Korintin 8: 1-9 Kristu ftaqar minħabba fikom. 2. Salm 145: 1b-2.5-9a Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej! 3. Mattew 5: 43-48 Ħobbu lill-għedewwa tagħkom. SANTA LUDGARDA (1182-1246) Twieldet fil-belt ta’ Tongres fil-Belġju, fl-1182. Trabbiet mas-Sorijiet Benedittini

ta’ Santa Katerina ta’ Saint-Trond u daħlet soru magħhom meta kellha 20 sena.

Imma meta riedu jagħmluha badessa, ħalliet il-monasteru u fuq il-parir ta’ Santa Kristina “Mirabilis” Soru minn Liege, li kienet Saint-Trond dak iż-żmien, marret fil-monasteru taċ-Ċisterċensi ta’ Ayieres, qrib Bruxelles, fejn għexet 30 sena, mill-1216 sa mewtha.

Hawn saret waħda mill-qaddisin mistiċi l-iktar kbar. Għaddiet l-aħħar 11-il sena ta’ ħajjitha għamja għal kollox, fis-sawm l-iktar strett, u dejjem titlob għall-midinbin.

Mietet fis-16 ta’ Ġunju 1246, fil-monasteru ta’ Ayieres. Bħal San Rajmondu Nonnato, u San Gerardu Majella, hi l-protettriċi tan-nisa waqt il-ħlas.

Riflessjoni: Mhux sejrin ma tagħarfux din l-imħabba kull fejn tkunu; ma nafx kif tista' tinħeba. Kif jgħidu, lanqas nistgħu naħbu l-imħabba li jkollna għall-ħlejjaq ta' din l-art, u aktar ma nfittxu li naħbuha, aktar tingħaraf mill-oħrajn. U b'danakollu, din l-imħabba hija hekk bla siwi, illi lanqas jistħoqqilha l-isem ta' mħabba, għax hija msejsa fuq ix-xejn ... Kif tista' tibqa' moħbija, mela, imħabba hekk qawwija u hekk ġusta, li titkattar dejjem iżjed u qatt ma tara għaliex għandha tieqaf, ladarba hija mibnija fuq is-sisien sodi tal-blat li tkun imħallsa bl-imħabba l-oħra ta' Alla? U din l-imħabba l-oħra ma tistax tiddubita minnha, għax ġiet murija hekk biċ-ċar f'niket u tbatijiet hekk kbar, sat-tixrid tad-demm u t-telfien tal-ħajja. Fi ftit kliem, din hija mħabba, u jistħoqqilha dan l-isem li serqulha l-frugħat tad-dinja. O, jgħinni Alla! Kemm mhumiex l-istess l-imħabba ta' Alla u mħabba oħra għal min għaraf xi jsarrfu t-tnejn! Santa Tereża ta’ Ġesù

Page 35: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 35

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.41, it-2 punt

Jesus Christ foretold to his Apostles not only that they would be driven away and insulted by the Jews but also that those who would put them to death would think they were doing a great service to God. Although today those who belong to God and who work for his glory are not put to death, people do almost anything to rob them of their honor by the most atrocious calumnies, treating them as though they were unworthy to live. You ought to be glad to be treated this way, for you must be dead to the world and have no dealings with it. If you truly belong to God, you are the world’s enemy, and the world is your enemy, because it is God’s enemy. Therefore, behave toward it as such, and hold in horror all dealings with the world. Do not allow it to have the least opening to you, for fear that by dealing with it, you will share its spirit.

TALBA

Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, li ma jiqafx fi triq il-ħatjin,

li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa; imma fil-liġi tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu,

lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu. Hu bħal siġra mħawwla ħdejn nixxigħat tal-ilma

li tagħmel il-frott fi żmienha, u l-weraq tagħha ma jidbielx; hu jirnexxi f'kull ma jagħmel.

Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk; iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ.

Għalhekk il-ħżiena ma jifilħux għall-ħaqq, ma joqogħdux il-ħatja fil-ġemgħat tat-tajbin.

Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha; imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn.

Salm 1

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Patrice Francois Gambin (1966) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem....

Page 36: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

36 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 17 ta’ Ġunju Santa Emilja de Vialar

San Albert Adam Chmielowski – reliġjuż

San Girgor Barbarigo - kardinal “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2 Korintin 9: 6-11 Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ. 2. Salm 111: 1-2.3-4.9 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej. 3. Mattew 6: 1-6.16-18 Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu. SANTA EMILJA DE VIALAR (1797-1856) - fundatriċi Santa Emilja għandha rabtiet speċjali mal-gżira ta’ Malta għax għexet fil-gżejjer

tagħna mhux inqas minn ħdax-il xahar, u kienet hi li waqqfet fostna l-kongregazzjoni tagħha, is-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni, fl-1842, għaxar snin biss wara li kienet tat bidu għaliha fi Franza.

Il-miġja tagħha f’pajjiżna tixbah ħafna lil dik tal-Appostlu Missierna San Pawl, kif se ngħarrfu aktar ’l quddiem.

Emilja kienet bint il-baruni Jacques de Vialar u Antoinette Portal; twieldet fl-1797, fil-belt ċkejkna ta’ Gaillac, fil-Languedoc, Franza. Studjat f’Pariġi.

Missierha kisira magħha meta hi kellha ħmistax-il sena, wara li mietet ommha, għax irrifjutat li tiżżewweġ. Kompla jiħrax kontrieha meta hi bdiet tgħallem tfal abbandunati u fqar, u tgħin u ddur bil-morda u l-magħkusin f’daru matul il-15-il sena li fihom bintu kienet twettaq l-appostolat tagħha.

Ta’ 35 sena, Emilja wirtet kemxa sewwa mingħand nannuha, il-Baruni de Portal, li kien tabib tas-sultan ta’ Franza. Bil-wirt tagħha Emilja xtrat dar kbira u malajr setgħet tipprofessa l-voti reliġjużi flimkien ma’ 17 sħabha. F’ħajjitha twaqqfu 40 dar, xi wħud minnhom fl-Afrika, fl-Asja u l-Awstralja u waħda f’Ġerusalemm.

Interesanti ħafna l-ġrajja kif Santa Emilja ġiet Malta. Talbuha tibgħat xi sorijiet tagħha l-Italja, biex jieħdu ħsieb ħabsin nisa. Hi stess kellha tmur Tunes, bil-ħsieb li żżur ukoll id-dar ta’ Ruma, iżda fi triqtha qamet maltempata tal-biża’. Il-vapur li kienet fuqu tfarrak, iżda hi u sħabha ħelsuha mill-għarqa. Waqt it-tiġrib tal-għarqa l-qaddisa wegħdet lil San Pawl (li għadda mill-istess esperjenza fi triqtu lejn Ruma, u spiċċa Malta bla ħsieb) li jekk il-baħar jiskot, tiftaħ dar il-belt għall-edukazzjoni tal-bniet u wkoll tiddedika kappella lil San Pawl.

Bilkemm kien għadda xahar minn dan in-nanwfraġju meta Santa Emilja laqgħet l-ewwel 3 novizzi. Il-qaddisa ġabet xi sorijiet minn Franza u waqqfet skola l-Birgu fl-1842, li tliet snin wara ġiet trasferita għall-Belt.

Meta Santa Emilja de Vialar mietet, f’Marsilja, fejn kellha l-Casa Madre, fl-24 ta’ Awwissu 1856, kellha diġà 40 dar imxerrdin mad-dinja.

Piju XII iddikjaraha qaddisa fis-17 ta’ Ġunju 1951.

Page 37: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 37

Riflessjoni: X’kienet tħobb tgħid Santa Emilja de Vialar: “Huwa waqt il-provi li l-Mulej l-aktar li jġegħilna nħossu l-preżenza tiegħu.” – “L-akbar konsolazzjoni tagħna f’din id-dinja hi li f’kollox nagħmlu r-rieda ta’ Alla.” – “Jenħtieġ inbaxxu rasna bis-sabar u bl-imħabba kollha għal dak li jrid jew jippermetti Alla. Jiena ċerta li Alla jgħinna fis-siegħa tal-bżonn. Ma jistax forsi jinqeda b’kull ma jiġri biex jilħaq l-iskopijiet tiegħu u jipprokura l-iktar ġid tagħna?” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 183, silta mill-1 punt

The happiness of the saints is something so great and so far above human thoughts that Saint Paul says, when he speaks of it, Eye has not seen; ear has not heard, nor has the heart of man ever conceived what God has prepared for those who love him. It is, he says, the hidden wisdom of God, which he has prepared before all ages for our glory. This eternal wisdom, which is filled with glory and majesty and constitutes all the glory and happiness of the saints, is hidden from us in this life and is known to us only through faith. It is just that only in heaven will we see God unveiled and entirely revealed. We know, says Saint John, that when Jesus appears, we will be like him, because we will see him as he is. What a joy for the saints to be made like God through participation in his nature and in his divine perfections! There God is truly in the saints by a holy sharing in his greatness, and the saints are in God, because their entire being is penetrated by God, so that they can think of and love only God.

TALBA

Missier, f’idejk nintelaq jiena: agħmel minni dak li jogħġbok.

Niżżikħajr għal dak kollu li tagħmel bija: jien lest għal kollox, nilqa’ kollox.

Agħmel biss li r-rieda tiegħek isseħħ fija, u fil-ħlejjaq kollha tiegħek.20 Ma nixtieq xejn aktar, Mulej.

F’idejk jien nitlaq ruħi; nagħtihielek bl-imħabba kollha ta’ qalbi,

għax jien inħobbok, Mulej, u għalhekk inħoss il-ħtieġa li nagħti lili nnifsi lilek,

li nintelaq f’idejk għal kollox u b’kunfidenza bla tarf,

għax int Missieri. Il-Beatu Charles de Foucauld

Missierna ...

Page 38: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

38 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 18 ta’ Ġunju San Nikandru u San Marċjanu – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2 Korintin 11: 1-11 Ħabbartilkom l-Evanġelju ta’ Alla b’xejn. 2. Salm 110:1-2.3-4.7-8 Is-sewwa u l-ħaqq għemil idejk, Mulej. 3. Mattew 6: 7-15 Mela itolbu hekk. SAN NIKANDRU U SAN MARĊJANU (†303) Kienu suldati fl-armata Rumana. Meta qraw l-edittu maħruġ kontra l-insara,

ħallew l-armata u kull tama ta’ unuri u ta’ ġid. Dan ġie megħdud bħala delitt kontrihom.

Arrestawhom bħala nsara u ħaduhom quddiem Massimu, Gvernatur tal-provinċja, li ordnalhom sabiex joffru l-inċens lil allat pagani, skont kif kien ordna l-imperatur. It-tnejn wieġbu li ma jistgħux u li kienu lesti biex jagħtu ħajjithom sabiex iżommu safja l-fidi tagħhom. Xeħtuhom ġo ħabs u wara għoxrin jum reġgħu sejħulhom quddiem il-gvernatur.

Billi baqgħu jżommu iebes fil-fehma tagħhom, il-Gvernatur ikkundannahom biex jaqtgħulhom rashom. Sofriet il-ħabs magħhom ukoll Darja, mart Nikandru, għax qawwitilhom qalbhom biex ma jċedux, iżda wara ġiet meħlusa għax l-editt tal-imperatur kien għas-suldati biss.

Ma nafux sewwa fejn u meta l-qaddisin sofrew il-martirju. X’aktarx kien fil-Mesja (Illirja), taħt is-saltna ta’ Dijoklezjanu, dwar it-303. Iżda oħrajn jgħidu li l-martirju sar Venafro, f’dak li qabel l-għaqda tal-Italja kien ir-renju ta’ Napli.

Meta marru lejn il-post tal-qatla, bdew ifaħħru ’l Alla bil-gawdju. Darja mxiet wara Nikandru, bit-tifel żgħir tagħhom fuq dirgħajha; waqt li mart Marċjanu bil-maqlub, flimkien ma’ qrabatha pagani bħalha bdiet tibki u titolbu biex iċiedi u bdiet tippreżentalu t-tarbija tiegħu ħalli ġġiblu ħniena.

Iżda Marċjanu beda joħodha magħha, talab lil Żotiku, nisrani mħeġġeġ, biex iżommha u wara li għannaqha talabha biex twarrab la ma kellhiex kuraġġ tarah imut.

Riflessjoni: Bit-talb aħna nitolbu ’l Alla biex jispiċċaw il-gwerer u l-mibegħda kollha li hawn fid-dinja, il-ħażen kollu li hu frott tad-droga, tal-mafja, tal-familji maqsumin u mifrudin, ta’ min ma jridx jaf aktar b’Alla u bir-reliġjon u tal-inġustizzji kollha. Bit-talb aħna ngħidulu ’l Alla biex ikabbar u jagħmel li jiġu magħrufin il-valuri tas-saltna tiegħu. Min-naħa l-oħra, iżda, is-sens ta’ responsabbilità jitlob minn kull wieħed u waħda minna (reliġjużi) li nieħdu aħna stess l-impenn li nidħlu għall-oħrajn; aħna r-reliġjużi li aħna fid-dmir nipprietkaw il-Kelma ta’ Alla u nkunu xhieda tas-saltna ta’ Alla b’ħajjitna. Kardinal Prospero Grech

Page 39: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 39

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Explanation of the Method of Interior Prayer

The first thing to be done in interior prayer is to become filled interiorly with the thought of God’s presence, which must always be done through a sentiment of faith based on a passage taken from Holy Scripture. We can consider God present in three different ways: first, in the place where we are, second, within us, and third, in a church.

Each of these three ways of considering God present can be divided into two other ways. We can consider God present in the place where we are, first, because God is everywhere; cf. Ps 139:7–10 second, because wherever two or three persons are gathered together in the name of our Lord, he is in their midst. cf. Matt 18:20 We can consider God present within us, first, to maintain us in existence; cf. Acts 17:28 second, by grace and the Holy Spirit. cf. 1 Cor. 6:19 Finally, we can consider God present in a church, first, because it is the house of God; cf. Ps. 93:5 second, because our Lord Jesus Christ dwells there in the Most Blessed Sacrament of the altar.

TALBA

Irroddlok ħajr, għax b’mod tal-għaġeb għamiltni:

tal-għaġeb huma l-għemejjel tiegħek. U ’l ruħi inti tafha tajjeb.

Ma kienx moħbi għadmi minnek, meta kont qiegħed insir fis-satra

u nintiseġ fil-qigħan tal-art. Raw għajnejk l-għemejjel tiegħi:

kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek; u jiemi kienu ġa magħduda

meta ebda wieħed ma kien għad hemm. Kemm huma tqal ħsibijietek għalija, o Alla!

Kemm hu bla tarf l-għadd tagħhom! Salm 139

Missierna ...

Page 40: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

40 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju San Romwaldu - abbati Beatu Girlandi – reliġjuż Santa Ġuljana Falconieri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Korintin 11: 18,21-30 Dak il-ħafna ġej u sejjer tan-nies ta’ kuljum għandi, u l-ħsieb tal-knejjes kollha! 2. Salm 33: 2-7 Il-Mulej jeħles lill-ġusti mid-dwejjaq kollha tagħhom. 3. Mattew 6: 19-23 Fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll. SANTA ĠULJANA FALCONIERI (1270-1341) Santa Ġuljana Falconieri kienet tal-familja nobbli Falconieri ta’ Firenze. Zijuha,

Sant’Alessju Falconieri, kien wieħed mis-seba’ fundaturi tas-Serviti. Hu ħeġġiġha bl-imħabba t’Alla u tal-proxxmu, hekk li ta’ 15-il sena warrbet kull

proposta ta’ żwieg u tat ruħha għall-prattika tal-perfezzjoni. Wara l-mewt ta’ missierha, irċeviet minn San Filippu Benizju, ġeneral tal-Ordni

tas-Serviti, il-libsa tat-Terz’Ordni tas-Serviti ta’ Marija (Servite); iżda baqgħet id-dar sal-mewt t’ommha (1305) tosserva r-regoli li taha San Filippu Benizju, tipprattika l-kastità perfetta, il-mortifikazzjoni, il-penitenzi, it-talb u l-opri tajba għas-servizz tal-proxxmu.

Wara mewt ommha, hi u bosta sħabha oħrajn marru joqogħdu f’dar oħra tagħhom (1305), li saret l-ewwel kunvent tas-Sorijiet tat-Terz’Ordni tas-Serviti, fejn Ġuljana baqgħet is-superjura sa mewtha.

Billi l-libsa li kienu jġibu kellha l-kmien qosra biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar, il-poplu kien isejħilhom il-“Mantellate”.

Kienu jagħtu ruħhom speċjalment biex iduru bil-morda u għal opri oħra ta’ karità. F’din il-ħidma s-superjura kienet tagħti lis-segwaċi tagħha eżempju ta’ erojiżmu. Baqgħet trieġi ’l-komunita’ għal 35 sena.

Wara marda twila u kiefra mietet fit-12 ta’Ġunju, 1341, bi tbissima fuq xufftejha. Qabel ma mietet ġrat ħaġa tal-għaġeb imsemmija fl-“Oremus” tal-festa tagħha.

Billi ma setgħetx titqarben minħabba li kienet tneħħi mill-istonku kull ma tieħu, talbet lis-saċerdot biex jifrex korporal fuq sidirha u jpoġġi l-Ostja fuqu. Ftit wara l-Ostja ma dehritx aktar, u meta ftit wara Ġuljana mietet, sabulha fuq sidirha xbieha tas-salib, bħal dak li kien fuq l-Ostja.

Il-qima tagħha bħala qaddisa bdiet hekk kif mietet. L-Ordni tat-Terzjarji Serviti wettqu l-Papa Martinu V fl-1420. Klement XII niżżilha fl-album tal-qaddisin (1737) u estenda l-festa tagħha għall-Knisja kollha.

Page 41: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 41

Riflessjoni: Bit-telqa li għamilt tiegħi nnifsi fik qiegħda nifhem li jiena tajtek ukoll ir-rieda ħielsa tiegħi, għax inti biss minn hawn ’il quddiem trid tkun dak li jaħkem ’il din qalbi, u għalhekk ir-rieda tiegħek biss trid tkun ir-regola tal-azzjonijiet tiegħi. U hekk iddisponi dejjem minni kif jogħġob l-iżjed lilek, għax jiena kuntenta b'kollox, basta nkun nista' nimxi warajk mit-triq tal-Kalvarju; u aktar ma nsib it-triq mimlija xewk u nerfa' salib aktar tqil, aktar nibqa' mfarrġa, għaliex jiena nixtieq inħobbok bi mħabba kollha sabar, bi mħabba mejta, jiġifieri kollox imħolli fik, u bi mħabba li topera, f'kelma waħda bi mħabba qawwija u bla maqsuma; u dak li jgħodd l-iżjed hu li din l-imħabba tkun perseveranti. S. Tereża Margerita tal-Qalb ta' Ġesù, Proposti ta’ Rtir qaddis tal-1768. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 47, silta mill-1 punt

It is no doubt a great honor for us that God desires so much to dwell with us continually and to make himself in some way tangible to us in the Most Blessed Sacrament of the Eucharist, in order to procure for us a great number of graces, both interior and exterior. The angels offer their adoration to him there; they acknowledge their nothingness before this sacred treasure, the consolation of everyone on earth. Strive to share these sentiments and to offer Jesus Christ in this mystery your very humble thanks for the goodness he has shown by communicating himself to you in this sacrament and by being always ready to impart to you an abundance of his graces.

TALBA Ġesù tiegħi,

dirgħajk huma li se jerfgħuni u li se jwassalna sal-ġenna.

M’għandix bżonn nikber, għall-kuntrarju, jien għandi

nibqa’ żgħira u nibqa’ niċkien. O Alla, inti tajtni aktar milli qatt kont noħlom,

u jien irrid biss inkanta l-ħniena tiegħek.

Ammen. Tereża ta’ Lisieux

Missierna ...

Page 42: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

42 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 20 ta’ Ġunju

Beata Mikelina ta’ Pesaro Beatu Patrizju u sħabu - martri

San Silverju - papa Il-Verġni Mqaddsa Marija f’Jum is-Sibt

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2Korintin 12: 1-10 Ma niftaħarx ħlief b’dak li hu dgħajjef fija. 2. Salm 33: 8-13 Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej. 3. Mattew 6: 24-34 Toqogħdux tħabblu raskom għall-għada. BEATA MIKELINA TA’ PESARO (1300 – 1356) Mikelina twieldet ġewwa Pesaro, belt qrib Loreto, l-Italja, fl-1300, minn familja

sinjura, Matelli u ’l quddiem, ta’ 12-il sena hija wkoll iżżewġet raġel sinjur, mill-familja ta’ Malatesta. Kienet ta’ natura ferriħija u jiġrilha x’jiġrilha tibqa’ dejjem bi tbissima, qisha mingħajr ebda problema.

Ta’ 20 sena tilfet lil żewġha u Mikelina sabet ruħha trid trabbi lil binha tarbija weħidha. Hija ppruvat tfittex il-kuntentizza fid-dinja u għalhekk ħajjitha saret mimlija b’ġiri ’l hawn u ’l hemm, ikliet, festini u tbaħrid.

Wara ftit żmien għaddejja f’din il-ħajja ta’ xalar indunat li kienet qed tabbanduna lil binha. Bdiet tinduna li kien jeħtiġilha toqgħod iżjed attenta kif tuża’ l-ħin u l-flus tagħha. Bdiet tħossha vojta minn ġewwa, u għalhekk iddeċidiet li tissetilja għal ħajja ta’ adulta aktar responsabbli.

Mara qaddisa, Sirjana, li kienet lajka Franġiskana, indunat li Mikelina ma kinitx mara ħażina, kull ma kellha bżonn ftit direzzjoni spiritwali. Din offritilha l-ħbiberija tagħha u malajr saru ħbieb.

Din il-mara qaddisa influwenzatha ħafna lil Mikelina. Hija saret mara responsabbli ħafna, tieħu ħsieb lil binha u ’l darha u bdiet tqatta’ ħafna ħin fit-talb.

Fil-ħin liberu tagħha kienet tmur tgħin lill-foqra, romol u dawk fil-bżonn. Araha ddur bil-morda u l-anzjani, speċjalment dawk li ma kellhomx min idur bihom.

Wara ftit binha marad u miet u hekk iżjed iddedikat ħinha kollu għall-fqar. Biż-żmien hija wkoll daħlet lajka Franġiskana. Għall-ewwel, niesha, meta

bdew jaraw li qed tagħti l-ilbies lussuż li kellha u l-ġojjelli, u tiekol ikel sempliċi, bdew jinkwetaw, iżda imbagħad ikkonvinċew ruħhom li Mikelina kienet saret ruħ qaddisa.

Hija baqgħet tgħix f’darha, f’Pesaro ħajjitha kollha, li ġiet fi tmiemha fid-19 ta’ Ġunju, fl-1356, meta Mikelina kellha 56 sena. Ftit qabel mietet marret pellegrinaġġ l-Art Imqaddsa u dawk li kienu magħha qalu li fuq il-kalvarju raw lil Mikelina f’estasi.

Page 43: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 43

Wara mewtha, in-nies tal-belt, bħala rispett għall-memorja tagħha, iddeċidew li dejjem, fid-dar tagħha, jħallu xemgħa tixgħel. Seħħew bosta mirakli fuq qabarha.

Ġiet iddikjarata beata fl-1737. Fl-1950, id-dar tal-Beata Mikelina saret knisja.

Riflessjoni: Isma’ din l-istorja ... Wieħed żagħżugħ staqsa lill-imgħallem: “Xi rrid nagħmel biex insalva d-dinja?” L-għaref wieġbu: “Dak kollu li hemm bżonn biex għada filgħodu titla’ x-xemx”. “Imma allura għal xiex jiswew it-talb u l-għemejjel tiegħi fl-appostolat u fil-ħidma volontarja?”, stagħġeb dak iż-żagħżugħ. Ix-xiħ wieġbu: “Jiswew biex għada tkun imqajjem sew xħin titla’ x-xemx.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.67, silta mit-2 punt

This is why Jesus Christ, when he entrusts the salvation of the world and the establishment of his kingdom on earth to his Apostles, recommends in the same Gospel that they not be anxious, saying, What will we eat? What will we drink? What are we to wear? Such concerns are proper only to pagans. Insofar as they are so disturbed by such things, they show that they have no faith. To give them a convincing proof of this, he says, Look at the birds in the sky. They do not sow or reap; they gather nothing into barns. Consider also the lilies of the field. They neither work nor spin; nevertheless, not even Solomon in all his glory was ever clothed like them. Have you, then, so little faith as to fear that if you accomplish your duty and are devoted entirely to bring about God’s reign in your heart and in the hearts of others, God would allow you to lack something necessary for you to live and to be clothed?

TALBA O Qalb ta’ Ġesù,

berikna u żomm idejk fuqna u fuq ħwejjiġna. Fik biss irridu nafdaw;

tiegħek biss irridu nkunu; agħmel bina u bi ħwejjiġna dak li inti tixtieq.

Berikna fuq kollox bil-barka tal-paċenzja, tal-imħabba u tas-sottomissjoni tar-rieda umli tagħna,

anki jekk hi r-rieda tiegħek li niġu mċaħħdin minn kull suċċess

fil-ġid u fil-hena tad-dinja. Agħmilna tiegħek, tiegħek biss,

tiegħek fiż-żmien u tiegħek fl-eternità.

Dun Ġużepp Cauchi (†1955)

Missierna ...

Page 44: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

44 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 21 ta’ Ġunju It-12-il Ħadd ta’ matul is-sena.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġob 38:1.8-11 Ma taqbiżx minn hawn il-qawwa tal-mewġ tiegħek. 2. Salm 106: 23-26.28-31 Roddu ħajr lill-Mulej, għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 3. 2 Korintin 5: 14-17 Il-qadim għadda, biex daħal il-ġdid floku. 4. Mark 4: 35-41 Dan min hu, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu? Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

It-tempesta taħbat għall-għarrieda u mal-lejl, fuq dgħajsa żgħira mherrija, li tissogra li tegħreq minn ħin għall-ieħor; imma s-sitwazzjoni tagħhom mhix waħda ddisprata għax id-destinazzjoni tagħhom jafuha, fuq kollox għaliex abbord għandhom lil dak li jaf jurihielhom avolja xi whud igemgmu li jħobb jorqod. Aħna minflok, ngħixu f’soċjeta li sserħilna moħħna tgħinna naqsmu fit-tempesti – imma mhux fl-icebergs – u tgħammar il-vapur b’kull tip ta’ kumdita. Hemm inkonvenjent wieħed, li n-navigazzjoni ssir dak il-ħin, mhux bir-rotta, mhux għaliex mhawnx rotot, anzi jeżistu għal gosti ta’ kulħadd, imma għaliex jibżgħu li m’hemmx destinazzjoni jew postijiet ta’ żbark. U saħansitra hemm min jaħseb li lil’ hinn mill-oriżżont m’hemmx xtut oħrajn.

Ma nistgħux inlumu lill-filosfu daniż Kierkegaard meta josserva li daż-żmien “il-vapur qiegħed f’idejn il-kok, u dak li jittrasmetti l-kaptan fuq il-miikrofonu m’għadux ir-rotta imma l-menu tal-ġurnata ta’ wara.”

Nirringrazzjaw ‘l Alla li mhux hekk kullimkien. Nirringrazzjaw ‘l Alla li hemm min jaf ir-rotot l-antiki (li huma dejjem ġodda u mimlija sorpriżi, għaliex ftit għaddew minnhom) u jaf jurina postijiet ta’ żbark moħbija imma ċerti. Anke jekk ma tantx jiġi kkunsidrat. U għal min irid isalpa fuq rotot li jwasslu sa port kenni hemm dejjjem għad-disposizzjoni tiegħu id-dgħajsa tal-Knisja, anke jekk xi ftit qdiemet u tqalet minn għoxrin seklu ta’ tbaħħir.

Il-laqxa tad-dixxipli ta’ Ġesù, fil-fatt saret ftit ftit, bastiment kbir, jimxi bil-mod u bi stil xi ftit antik, li ħafna jgħidu li m’għadux adattat għall- gosti ta’ llum, imma li għandu l-vantaġġ li jibqa’ xorta fil-wiċċ u li kapaċi u b’saħħtu biex jisfida l-agħar tempesti. Il-kliem ta’ Pascal isiru b’hekk iktar attwali: “Il-vjaġġ hu saħansitra divertenti, u tieħu gost tkun fuq vapur imħabbat minn uragan jekk tkun ċert li mhux se jegħreq.” Ottimiżmu mill-awtur ta’ “Ħsibijiet” li ma tantx jingħoġbu, minn żmien Ġesù sa żmienna. Jixhed għalih il-biża’ li ħakem lid-dixxipli mitfugħin ‘l hemm u ‘l hawn mill-mewġ tal-baħar fit-tempesta, tant li jaslu jeħduha kontra n-nuqqas t’ interess tal-Imgħallem; it-tbatija ta’ tant komunitajiet Kristjani taħt persekuzzjoni iebsa; il-provi li l-ħajja ġġib lill-individwi bit-tbatijiet ta’ kull tip. Anki għaliex bħal donnu Alla jiskot u jgħib propju meta jqumu l-

Page 45: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 45

qawwiet tal-ħażen u Ġesù qisu jkun rieqed propju meta t-talba għall-għajnuna ssir iżjed qawwija.

Fil-verita dak li jorqod fuq id-dgħajsa, jibqa’ jgħasses fuq il-Knisja tiegħu li hu stess mexxa qalb il-mewġ u li jwiegħedha żbark fuq ix-xatt l-ieħor: Hu li ma waqaf qatt jafda fil-Missier, anke fis-silenzju mimli tbatija tas-salib, għandu kull dritt jitlob minn sħabu l-istess fiduċja bla kundizzjonijiet.

Kultant ma tkunx it-tempesta dik li thedded il-vjaġġ, imma l-bnazzi: mhux il-mewġ li jbeżżagħna imma ir-reżistenza sigrieta tagħna li nħallu l-qlugħ jimtlew bir-riħ tal-Ispirtu, hekk li d-dgħajsa tal-Knisja tkun tista’ timxi ‘l quddiem anke fil-baħar żejt tal-indifferenza mifruxa u tal-attitudni li kollox jgħaddi, dejjem tiżdied. “Il-Quddiesa tal-Ħadd? Nippreferi norqod ftit iktar.” Hi r-risposta li jagħtu ħafna nies suppost insara edukati. Dan in-nuqqas ta’ sens hu perikoluż ħafna għalina l-Insara u jmissna nibżgħu minnu iktar mill-persekuzzjoni.

Bħala Insara nirriskjaw ħafna affarijiet anke n-nawfraġju, imma ma nistgħux nirriskjaw li nibqgħu fejn aħna minħabba n-nuqqas ta’ kuraġġ u tama, li hu propju dak li jonqos lill-ulied imfissdin ta’ żmienna, tant prużuntużi u arroganti, propju għaliex fil-fond ta’ qalbhom huma tant iddisprati.

Minn “La Realta` e` Cristo” – Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 10, silta mill-1 punt

When Jesus was in a boat, there arose on the sea so great a storm that the vessel was covered by the waves. After the disciples appealed to him, he got up and commanded the winds and seas to be quiet, and there ensued a deep calm, which so astonished those present that they said, Who is this man whom winds and seas obey? To live in a community that is faithful to the Rule is to live in the boat with Jesus and his disciples, because those who live there have left the world to follow Jesus, have put themselves under his guidance, and have become his disciples. There they are protected from the waves of the stormy sea of this world, that is, from a great many occasions that are found there for offending God. Still, they are not entirely safe from all difficulties and temptations.

TALBA Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur.

Fawwar il-qalb tiegħi bl-ispirtu u l-ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien,

b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija nnifsi b’mod

li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss il-preżenza tiegħek ġo fija.

Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss! Kardinal Henry Newman

Missierna ...

Page 46: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

46 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 22 ta’ Ġunju San Pawlinu ta’ Nola - isqof

San Ġwann Fisher, isqof u San Tumas More - martri Il-Verġni Mqaddsa Marija f’Jum is-Sibt

Tifkira – Madonna ta’ Pinu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 12: 1-9 U telaq Abram kif kien qallu l-Mulej. 2. Salm 32: 12-13.18-20 u 22 Hieni l-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu. 3. Mattew 7: 1-5 Neħħi l-ewwel it-travu li għandek f’għajnejk int.

Il-Madonna ta’ Pinu Illum f’Għawdex, fil-bażilka tal-Madonna ta’ Pinu ssir it-tifkira ta’ meta l-Verġni

Mbierka kellmet lit-twajba Karmena Grima fl-1883. Is-santwarju tal-Madonna ta’ Pinu jinsab fil-Punent ta’ Għawdex ftit qabel ma

tidħol fir-raħal tal-Għarb. F’dan il-post sa minn qabel l-1545 kien hemm kappella li ġiet profonata fl-1575. Iżda wara, 1615, Pinu Gauci għen biex terġa’ tiġi msewwija u fl-1619 rregala t-titular li hemm illum, jiġifieri l-Madonna Mtellgħa s-Sema, xogħol tal-pittur Amadeo Perugino. Minn dan il-benefattur ġej l-isem “Ta’ Pinu”.

Fl-1663 il-kappella reġgħet ġiet ipprofonata għal ftit taż-żmien iżda reġgħet ġiet għan-normal permezz tal-għajnuna tal-benefatturi u minn dak iż-żmien baqgħet teżisti bħala kappella komuni sakemm fit-22 ta’ Ġunju 1883, Karmni Grima semgħet leħen ġej mill-kwadru li qalilha: “Għid tlett Ave Marijiet f’ġieħ it-tlett ijiem li ġismi dam fil-qabar”.

Wara li seħħ fejqan mirakuluż ta’ mara wara li talbet lill-Madonna taħt dan it-titlu, kulħadd sar jaf li Karmni Grima kellmitha l-Madonna u hekk bdew il-pellegrinaġġi.

Għall-ewwel l-awtorijiet tal-Knisja mxew bi prudenza kbira u l-ewwel ġebla tas-santwarju preżenti ġiet imbierka fit-30 ta’ Mejju 1920. Ġiet ikkonsagrata fit-13 ta’ Diċembru 1931 u l-kwadru tagħha ġie nkurunat fis-19 ta Ġunju 1935.

Fis-26 ta Mejju 1990 il-Papa San Ġwann Pawlu II żejjen ix-xbieha tal-Madonna b’kuruna ta’ stilel.

Il-Papa Benedittu XVI, waqt il-quddiesa ta’ fuq il-fosos tal-Furjana, nhar it-18 t’April, 2010, irregala lill-Madonna ta’ Pinu l-Warda tad-Deheb.

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-ewwel ktieb, kap. XVI: Min twiddbu għal darba, tnejn, u ma jridx jisma’, la tislithiex miegħu, imma erħi kollox f’idejn Alla, biex fis-servi tiegħu jsir kollox kif irid hu għall-gieħ tiegħu. Alla jaf ibiddel il-ħażin f’tajjeb. Idra mela ħu paċenzja bid-difetti tal-oħrajn, b’kulma jaqgħu fih, għax int ukoll, kos, għandek bosta difetti li oħrajn ikollhom jitqannew bihom. Jekk ma tistax tbiddel lilek innifsek kif tixtieq, b’liema mod trid li ħaddieħor ikun skont ma titlob

Page 47: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 47

qalbek? Lill-oħrajn irriduhom perfetti, u mbagħad id-difetti tagħna xejn ma nħabirku biex neqirduhom. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, it-2 punt

What ought especially to lead you to pray is the weakness to which sin has reduced you, a weakness that makes you incapable of accomplishing any supernatural good. Because we become weaker every day by falling into new sins daily, we also have a much greater need for God’s help every day. Prayer, says Saint John Chrysostom, is a divine medicine that drives out of our hearts all the malice it finds there and fills them with all justice. This is why, if we wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than to devote ourselves to prayer. No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer, to obtain the grace of repentance and pardon. Ask God, then, to give you a pure heart that has an aversion and a horror not only for the most grievous sins but also for whatever can stain your conscience and make you displeasing to God.

TALBA lill-Madonna Ta’ Pinu O Verġni Mqaddsa Omm Alla Marija, mgħollija s-sema bir-ruħ u l-ġisem,

li permezz ta’ Karmni Grima għażilt dan il-post biex minnu xxerred xita ta’ grazzji fuq min jitlob l-għajnuna tiegħek, agħti, nitolbok, ħarsa ta’ ħniena fuq id-dinja mqallba u mbeżżgħa,

biex kif int ħlist mill-hemm lill-għarajjes ta’ Kana, hekk ukoll teħles lill-umanità minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem. Agħmel li l-bnedmin kollha jħobbu lil xulxin bi mħabba ta’ aħwa.

Ħares ukoll, Omm l-aktar ħanina, il-familji tagħna, li minnhom tissawwar is-soċjetà umana,

biex jgħixu ħajja onesta, hienja u qaddisa fl-għaqda dejjiema taż-żwieġ. Imma fuq kollox, nitolbok, ħenn għalija li qed inbati taħt it-toqol tas-salib. Jekk mhux ta’ deni għal ruħi, agħmel li (semmi l-grazzja li tixtieq taqla’) ... Iżda jekk hija r-rieda tal-Mulej li jiena ma naqlax il-grazzja li qed nitolbok,

agħtini l-qawwa li nerfa’ din it-tbatija u ngħaqqadha mas-salib ta’ ibnek Ġesù. Omm tiegħi Marija, għinni biex bħalek,

b’ħarsti kollha lejn Alla, naċċetta bil-qalb ir-rieda tiegħu, u miegħek nistqarr: “Ħa jsir minni skont kelmtek”.

O Madonna Ta’ Pinu, żommni taħt il-ħarsa materna tiegħek

biex niżgura ruħi li s-sabar ta’ din il-ħajja jwassalni għall-hena tal-ħajja ta’ dejjem, fis-sema pajjiżna.

Missierna ...

Page 48: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

48 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 23 ta’ Ġunju San Ġużepp Cafasso

Sant’ Eteldreda - badessa I

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 13: 2.5-18 M’għandux ikun hemm ġlied bejni u bejnek, għax aħna aħwa. 2. Salm 14: 2-5 Mulej, min jgħammar fid-dar tiegħek? 3. Mattew 7: 6.12-14 Dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom. SAN ĠUŻEPP CAFASSO (1811-1860) - saċerdot Ġużeppi Cafasso twieled f’Castelnuovo minn ġenituri nsara tabilħaqq. Meta

kien għadu żgħir kienu jsibuh bħala t-“tifel qaddis” u, minkejja l-faqar, it-talenti, it-tħabrik u t-tjubija tiegħu għenuh biex isir saċerdot meta kien għad kellu 22 sena biss.

Hu għallem it-teoloġija morali fl-istitut ta’ S. Franġisk f’Turin u mbagħad sar ukoll id-direttur tiegħu.

Għalkemm huwa kien qasir u anki xi ftit deformat fil-ġisem, huwa kien jiġbed lejh bi qdusitu nies ta’ kull kundizzjoni, u għen mhux ftit fil-formazzjoni spiritwali tal-kleru Taljan. Minn taħt idejh ħarġu diversi saċerdoti li baqgħu msemmija għad-dedikazzjoni u l-qdusija tagħhom, fosthom insemmu lil San Ġwann Bosco, li kien ukoll id-direttur spiritwali tiegħu. Kien Don Cafasso li pperswada lil Don Bosco li jiddedika ħajtu biex jieħu ħsieb iż-żgħażagħ.

Dun Ġużepp kien iqis li l-ispirtu tad-dinja kien l-akbar għadu tal-qassis. Kien bniedem ta’ trankwillità kbira u mfittex ħafna għall-qrar u d-direzzjoni

spiritwali minn prinċpijiet, isqfijiet, saċerdoti u nies ta’ kull kundizzjoni. Kien ukoll jinteressa ruħu fil-bżonnijiet tal-bnedmin ħutu, l-aktar dawk rikoverati

fl-istitut ta’ Kottolengo. Ħadem ħafna fost il-ħabsin u akkompanja 60 minnhom għall-mewt u ħadd minnhom ma miet bla ma rranġa ħajtu.

San Ġużepp Cafasso miet ta’ 49 sena, fit-23 ta’ Ġunju 1860. Ġismu jinsab midfun fil-bażilka famuża tal-“Consolata” ta’ Turin li tagħha kien rettur, u li fiha t-tifel t’oħtu, il-Beatu Ġużeppi Alamanno, li sar rettur floku, waqqaf il-missjunarji tal-Consolata. Il-qaddis Cafasso, “Il-Ġawhra tal-Kleru Taljan”, kif huwa msejjaħ, ġie kkanonizzat minn Piju XII, fl-1947.

Hu l-patrun tal-kappillani tal-ħabsijiet.

Page 49: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 49

Riflessjoni: Isma’ din l-istorja ... Raġel ta’ ħajja qaddisa kien qed jippassiġġa fil-belt meta ltaqa’ ma’ tifla ċkejkna liebsa lbies imqatta’ li talbitu xi ħaġa tal-flus. Huwa ħares lejn is-sema u talab: “Mulej, kif tippermetti xi ħaġa bħal din? Nitolbok, Mulej agħmel xi ħaġa”. Filgħaxija, fl-aħbarijiet dehru diversi xeni ta’ mewt u għajnejn ta’ tfal qed imutu u mingħajr ikel. Mill-ġdid talab: “Mulej kemm hawn miżerja. Agħmel xi ħaġa!” Billejl deherlu l-Mulej u qallu ċar u tond: “jien diġà għamilt xi ħaġa; għamilt lilek!”

Bruno Ferrero

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.5, silta mit-2 punt

Jesus did not come so much to teach us the holy truths of Christian morality as to engage us to practice them faithfully. Still, it is common enough to see Christians, and even members of religious communities, who do not accept these practical truths and who contradict them in their hearts, sometimes even in their external conduct, as when someone tells them that on Judgment Day they will have to account for a useless word; that we must pray without ceasing; that we must enter heaven through the narrow gate; that Jesus Christ has said, Unless you do penance, you will all likewise perish; consequently, that it is an indispensable obligation to put these maxims into practice if we wish to be saved; that there is a command addressed to them to love their enemies, to do good to those who hate them, to pray to God for those who persecute them and calumniate them, so that they may be truly the children of their Father who is in heaven, who makes his sun rise on the good and the wicked alike

TALBA

Mulej Ġesù, għallimni nkun ġeneruż.

Għallimni naqdik kif jixraqlek; li nagħti, mingħajr ma nibża’ mill-ġrieħi;

li nitħabat, mingħajr ma nfittex is-serħan; li nagħti minni nnifsi u mhux li nitlob ir-rigal;

ħlief ir-rigal li nkun naf li qed nagħmel ir-rieda tiegħek. Ammen.

San Injazju

Missierna ...

Page 50: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

50 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju It-Twelid ta’ San Ġwann Battista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 49: 1-6 Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus. 2. Salm 138: 1-3,13-15 Irroddlok ħajr, għax tal-għaġeb għamiltni. 3. Atti 13: 22-26 Ġwanni deher ixandar minn qabel il-miġja ta’ Kristu. 4. Luqa 1: 57-66,80 ‘Ismu huwa Ġwanni’. SOLENNITÀ TAT-TWELID TA’ SAN ĠWANN BATTISTA. Il-Knisja soltu tagħmel festa tal-qaddisin nhar mewthom. San Ġwann Battista,

minbarra Ġesù u l-Madonna, hu l-uniku qaddis li ssirlu l-festa ta’ twelidu. Ir-raġuni hi għax, kif naqraw fil-vanġelu ta’ San Luqa, Ġwanni tqaddes fi ħdan ommu Eliżabetta meta Marija, li kienet għadha kif saret Omm Alla, marret iżżur lix-xwejħa qariba tagħha.

Ġwanni - li twieled wara ħafna talb b’mod mirakoluż, għax il-ġenituri tiegħu t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien - kellu jkun il-prekursur tal-Mulej (jiġifieri dak li jiġi qabel) u hu wkoll meqjus bħala l-aħħar profeta tat-Testment il-Qadim.

Id-data tal-24 ta’ Ġunju hija marbuta mad-data tal-Milied, għax it-twelid tal-Battista seħħ sitt xhur qabel dak ta’ Ġesù.

Ġwanni deher fid-deżert ta’ Ġuda liebes bħal Elija b’libsa tax-xagħar tal-ġemel, u beda jħabbar lin-nazzjon li l-Messija kien wasal. Huwa ħeġġeġ lil kulħadd għall-penitenza u biex jagħmel iċ-ċerimonja tal-ħasil bi thejjija għall-ħasil tal-Messija, il-Magħmudija fl-Ispirtu u n-nar (Mt. 3, 1-12).

Għalkemm Ġwanni kellu d-dixxipli, hu ma kellux ħsieb li jifformahom f’kommunità imma li jmexxihom lejn Kristu. Kien jgħid: “Jeħtieġ li hu jikber, u jiena nonqos” (Ġw 3, 30).

S. Wistin ifisser kemm hu xieraq li f’din il-festa l-ġranet jibdew jiqsaru fil-waqt li sitt xhur wara, fit-twelid ta’ Kristu jibdew, jitwalu.

Bħal-lum f’ħafna pajjiżi nsara kienu jsiru l-ħġejjeġ. F’Malta, il-konkatedral fil-belt Valletta hu ddedikat lil dan il-qaddis u fih issir il-

festa ta’ twelidu b’solennità kbira. F’Għawdex ir-rotunda tax-Xewkija hi ddedikata lil San Ġwann Battista.

Sal-1947, il-festa ta’ llum kienet miżmuma bħala kmandata għal Malta. Riflessjoni: Nagħraf lili nnifsi tal-bniedem li jien: Missier li inti fis-smewwiet, illum inħossni nistħi xħin niftakar f’xi għemil li għamilt matul il-ġurnata. Aħfirli talli jien tlift il-paċenzja ma’ xi wħud li nnervjawni.

Page 51: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 51

Aħfirli jekk jiena weġġajtilhom qalbhom, jekk jiena għadabt ma’ dawk li huma l-aktar għeżież għalija. Aħfirli jekk jiena kont żorr u mingħajr manjieri sbieħ, ma’ dawk li ltqajt magħhom illum. Aħfirli għan-nuqqas ta’ ħsieb u kortesija li bihom stajt weġġajt is-sentimenti tal-oħrajn.

Il-lejla għamel din it-talba qabel ma torqod. Għada jekk Alla jrid u bl-għajnuna tiegħu ġib ruħek mal-oħrajn b’tali manjiera li ma

jkollokx għalfejn terġa’ tgħidha! Bro. Louis

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 138, it-2 punt

It-twelid ta’ San Ġwann Battista Saint John was holy also by the life he led. When he could barely walk, he went into the desert to live there separated from all contact with others. Although his father and his mother were so holy and separated from the world, their piety did not seem to him an adequate model of what God asked of him. He needed to go out and to discover from God, in seclusion and through the practice of prayer, what manner of life ought to be his. He needed to practice altogether extraordinary austerities, living only on locusts and wild honey, to attain the sanctity God asked of him. In this way he prepared to preach penance. The infallible way to preach penance successfully is to practice it. The Church, in his Office for the day, gives us another reason for the seclusion and the mortification of this Saint, namely, the fear of staining his soul with the slightest sin. Those are also the two reasons that ought to engage you to live apart from the world and to maintain wise and regulated behavior.

TALBA O Alla,

int li għarraft il-kelma qabel il-miġja tad-dawl,

bagħat lil San Ġwann Battista biex iħejji ’l-poplu tiegħek għall-miġja tal-Messija.

Agħti lill-Knisja r-rigal ta’ spirtu ferrieħi u mexxi ’l-insara kollha

fit-triq tas-salvazzjoni u tal-paċi bis-sinjur tagħna Ġesù Kristu Sidna,

Ammen.

Missierna ...

Page 52: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

52 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju JUM IL-VOKAZZJONIJIET GĦALL-ISTITUT LASALLJAN

San Guliermu ta’ Vercelli – abbati Beata Jutta ta’ Thuringia

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 16: 1-12,15,16 Ħaġar wildet iben lil Abram, u Abram semma t-tifel Ismagħel. 2. Salm 105: 1-5 Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb. 3. Mattew 7: 21-29 Id-dar mibnija fuq il-blat u d-dar mibnija fuq ir-ramel. SAN GULIERMU (c.1085 – 1142) - abbati u fundatur tal-eremiti Kien il-fundatur tal-eremiti ta’ Monte Vergine ta’ Guglieto, ħdejn Nusco, fir-

renju ta’ Napli. Twieled aktarx Vercelli, u tilef ’l ommu u ’l missieru meta kien għadu żgħir

ħafna.Trabba tajjeb minn ħbieb tal-familja. Ta’ 15-il sena mar pellegrinaġġ Spanja, ħdejn il-qabar ta’ San Ġakbu,

Kompostella (fil-Galizja). Mar lura fir-Renju ta’ Napli, fejn għażel post deżert fuq għolja, fejn beda jgħix

fil-kontemplazzjoni u fil-prattika tal-mortifikazzjoni. Minn hemm mar Monte Vergine, bejn Nola u Benevento. Iżda billi ħafna

jitolbuh biex jgħixu miegħu, kellu jibni monasteru għall-irġiel u ieħor għan-nisa (1119).

Miet fil-25 ta’ Ġunju 1142. Il-Papa Ċelestinu III kkonferma l-kongregazzjoni fl-1197. Twaqqfu bosta monasteri oħra tal-istess kongregazzjoni u l-Papa Klement VIII

tahom ir-regola ta’ San Benedittu. Il-monasteru ta’ Monte Vergine, l-uniku li baqa’, ġie msieħeb mal-

kongregazzjoni ta’ Monte Cassino tal-Osservanza Primittiva fl-1879. Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-tieni ktieb, silta minn kap. 8: Meta bniedem ikollu fuqu l-grazzja t’Alla jsir jiflaħ għal kollox; imma meta jitlifha, jiftaqar u jidbiel u bħal qala’ xebgħa. Imma avolja jsib ruħu f’dan l-imrar, ma għandux imbagħad jaqta’ qalbu: ``Isir minn dak li jrid Alla, kulma jiġrili nieħdu f’ġieħ Kristu’’. Għax wara x-xitwa jiġi s-sajf, wara l-lejl in-nhar, u wara l-irwiefen il-bnazzi.

Page 53: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 53

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 138, silta mit-3 punt

By your vocation you are obliged to announce the truths of the Gospel every day. Practice those that are required of all Christians before you undertake to teach them to others. Although you do not have the grace, like Saint John, of being the precursor of Jesus Christ, you do possess the grace of being a successor in his ministry. Be assured, however, that you will make this effective for others only insofar as it has produced its effect in you. See that it does so without delay.

TALBA:

GĦALL-VOKAZZJONIJIET O Alla, int għażilt lil

San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen

Missierna ...

Page 54: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

54 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 26 ta’ Ġunju San Josemarìa Escrivà de Belaguer - saċerdot

Beata Nemesia Valle - verġni Beatu Andrea Ġjaċintu Longhin - isqof Beatu Ġakbu minn Għażir - presbiteru

Beata Marija Ġużeppina ta’ Ġesù Msallab – verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 17, 1.9-10.15-22 Dan hu l-patt: aħtnu kull raġel fostkom. Sara tilidlek iben. 2. Salm 127: 1-5 Ara kif ikun imbierek il-bniedem li jibża’ mill-Mulej! 3. Mattew 8: 1-4 Jekk trid, tista’ tfejjaqni. SAN JOSEMARÌA ESCRIVÀ DE BELAGUER (1902-1975) - saċerdot Dan il-qaddis twieled fi Barbastro, Spanja, fid-9 ta’ Jannar 1902. Kien ordnat

saċerdot ta’ 23 sena (28/3/1925). Meta kien Madrid, fit-2 ta’ Ottubru 1928, waqqaf l-Opus Dei, mod ġdid kif l-

insara jistgħu jitqaddsu fid-dinja bix-xogħol ordinarju tagħhom u t-twettiq tad-dmirijiet personali, familjari u soċjali tagħhom. Hekk huma jsiru l-ħmira ta’ ħajja nisranija qawwija fl-ambjenti kollha.

Fl-1930 estenda l-opra tal-Opus Dei anke man-nisa. Fi Frar 1943 waqqaf is-Soċjetà Saċerdotali tas-Salib Imqaddes, magħquda inseparabbilment mal-Opus Dei. L-Opus Dei rċeviet l-approvazzjoni tas-Santa Sede f’Ġunju 1950.

San Jose Marìa mexxa u ħabrek biex l-Opus Dei jinxtered mad-dinja kollha b’talb kontinwu u penitenza u bil-prattika tal-virtujiet kollha. L-għerq u ċ-ċentru tal-ħajja interjuri tiegħu kien s-sagrifiċċju tal-quddiesa. Kien konxju ħafna li hu iben ta’ Alla espressa fil-preżenza kontinwa tat-Trinità Qaddisa, li qanqlitu biex ifittex li jidentifika ruħu ma’ Kristu f’kollox, li jgħix devozzjoni qawwija lejn il-Verġni Marija u San Ġużepp, u li jgawdi ħbiberija kontinwa u kollha fiduċja mal-anġli kusdtodji.

Mons. Escrivà offra aktar minn darba ħajtu għall-Knisja u għall-Papa. Miet ta’ 73 sena nhar is-26 ta’ Ġunju 1975 f’Ruma, fl-istess kamra fejn kien

jaħdem, b’dik l-istess sempliċità qaddisa li kienet il-karatteristika tiegħu tul ħajtu kollha.

Il-fdal tiegħu jinsab fil-knisja Prelazjali ta’ Santa Marija tal-Paċi, f’Ruma, fejn ħafna jmorru jitolbu fuq il-qabar tiegħu.

Il-Papa San Ġwanni-Pawlu II ddikjarah beatu f’Mejju 1992 u mbagħad iddikjarah ukoll qaddis f’Ottubru tal-2002.

L-Opus Dei, li fl-1982 saret prelatura personali, hi mxerrda fil-ħames kontinenti u llum tgħodd ’il fuq minn 60,000 membri fi 80 nazzjon. L-aktar ktieb magħruf tiegħu ‘It-Triq’, jinsab maqlub ukoll bil-Malti.

Page 55: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 55

Riflessjoni: It-tbatijiet u x-xkilijiet tal-ħajja mhumiex hekk ibsin, jekk inħallu lill-Mulej jgħinni biex niflaħ għalihom. Mela nżomm ħsibijieti aktar fih, u naħseb inqas fit-tiġrib li għandi. Jgħallimni hu kif nirrimedja dak li għandi nirrimedja, u nissaporti dak li ma nistax inbiddel. Jurini kemm bata għall-imħabba tiegħi. Ifakkarni kemm hi qasira l-ħajja fuq din l-art u kemm hi grandjuża l-ġenna. Iferraħni u jqawwili qalbi meta nkun imnikket u nitlef il-kuraġġ. Jekk ma niftakarx li għandi nimxi ma’ Kristu fit-taħbit ta’ kuljum, bil-mod nitbiegħed minnu.

Anthony J. Paone S.J., Ħobżna ta’ Kuljum

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 9, silta mill-1 punt

A centurion whose servant lay sick at his house, as today’s Gospel tells us, begged Jesus Christ to come and cure him. But then, having reflected that there was no need for Jesus to go to all this trouble, because it was sufficient for him to give a command to the servant to get well for him to be immediately cured, the centurion went to meet the Savior to tell him that a single word of his would suffice to heal the sick man. Jesus, admiring the faith of the centurion, said that he had not found such great faith in all Israel. This centurion makes known to us how excellent obedience is when it is inspired and sustained by faith. Those who obey their superiors with the conviction that they are obeying God elevate their obedience by this view of faith, so that it becomes one of the most eminent acts of the virtue of religion that we can elicit in this world, because it is addressed directly to God hidden under the veil of a person frail and mortal but endowed with divine authority. This is how the centurion acted when seeing in Jesus Christ only the external appearance of an ordinary man; nevertheless, he was profoundly convinced that to perform a miracle such as the cure of the sick servant, he possessed the authority of God and was consequently truly God.

TALBA Mulej tiegħi,

għad li ma jistħoqqlix u għad li jien bniedem midneb,

int bgħattli dan il-faraġ mis-sema. Jien inroddulek mill-ġdid lura,

ħu ħsiebu inti, inkella nħossni qisni ħalliel

li nisraq it-teżor tiegħek biex inżommu għalija.

San Bonaventura

Missierna ...

Page 56: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

56 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 27 ta’ Ġunju San Ċirillu ta’ Lixandra - isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġenesi 18: 1-15 Hemm xi ħaġa iebsa żżejjed għall-Mulej? Nerġa’ niġi għandek, u Sara jkollha iben. 2. Salm Luqa 1: 46-50, 53-55 Il-Mulej ftakar fina fil-ħniena tiegħu. 3. Mattew 8: 5-17 Għad jiġu ħafna mil-Lvant u mill-Punent. SAN ĊIRILLU TA’ LIXANDRA (ċ.376-444) - isqof u duttur tal-Knisja. Il-qaddisin ma twildux bir-raġġiera ma’ rashom, u kien hemm żmien fil-ħajja ta’

dan il-qaddis li juri li kien ta’ karattru impulsiv, u kultant ukoll vjolenti. Ċirillu twieled Lixandra fl-Eġittu. Zijuh Teofilu, li kien patrijarka ta’ dik il-belt

famuża, bagħtu għand l-irħieb tad-deżert tal-Eġittu biex jitħarreġ fil-ħajja axxetika. Huwa akkompanja, fl-403, lil zijuh f’Kostantinopli biex jieħu sehem fl-hekk imsejjaħ “Sinodu tal-Balluta”, li fih ġie mneħħi mill-kariga San Ġwann Kriżostmu.

Disa’ snin wara miet zijuh Teofilu u Ċirillu, li allura kellu 36 sena, ġie nominat biex jieħu postu bħala patrijarka ta’ Lixandra.

L-ewwel ħaġa li għamel kien li għalaq il-knejjes tan-Novazjani u keċċa ’l-Lhud għax kienu qed jattakkaw ’l-insara, u ħabrek kemm felaħ biex ineħħi dak li kien fadal mill-paganiżmu fil-pajjiż.

Imma San Ċirillu ta’ Lixandra jibqa’ l-aktar magħruf bħala d-difensur qawwi tat-titlu tal-Madonna Theotokos, jiġifieri “Omm Alla”.

Kien ukoll teologu ewlieni u president fil-Konċilju ta’ Efesu, fejn Nestorju, patrijarka ta’ Kostantinopli, kien ikkundannat talli għallem li d-divinità u l-umanità kienu hekk mifrudin fi Kristu li Marija għandha tissejjaħ “omm Kristu” biss.

Ċirillu neħħa lil Nestorju minn patrijarka fl-ewwel sessjoni tal-Konċilju. Dan għamlu billi l-Papa Ċelestinu I kien ġa ta s-sentenza fuq il-kontroversja u qabbad lill-isqof Ċirillu li jneħħi lil Nestorju mis-sedi tiegħu jekk dan ma jirtirax il-fehmiet żbaljati tiegħu.

Hemm ħafna kitbiet importanti ta’ dan l-isqof għaref Lixandrin. San Ċirillu ta’ Lixandra kien iddikjarat duttur tal-Knisja mill-Papa Ljun XIII fl-1882.

Riflessjoni: Kieku Alla kellu jieħu bis-serjetà d-dnubiet kollha tad-dinja u ma jagħlaqx għajnejh għal dak kollu li jiġri fid-dinja, għall-ħżunija tal-bnedmin, għall-mibegħda, l-odju u r-rimorsi li jkollna lejn xulxin, kien ikollna nistennew xi dulluvju ieħor. Imma Alla dan ma jagħmlux minħabba wkoll it-talb li nagħmlulu biex jaħfrilna dnubietna. Hu ma joħdilniex l-Ispirtu s-Santu.

Page 57: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 57

Aħna nitolbuh jaħfrilna dnubietna, tagħna personali, dawk tas-soċjetà, dawk tal-Knisja u b’mod partikulari dawk ta’ min kellu jippreżenta aħjar lil Kristu. Mulej Għallimna Nitolbu Kar. Prospero Grech

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 9, silta mit-2 punt

The centurion told Jesus that a single word of his would suffice to cure his servant. He confirmed this by his own behavior with regard to the soldiers in his command, to whom he needed to say only a word to be obeyed instantly. The conclusion to be drawn from this is that if some, out of purely human considerations, show themselves so submissive to another whom they regard as their leader, with how much greater reason must those who have consecrated themselves to God and who ought to act only according to his Spirit be obliged to fulfill on the spot whatever is enjoined on them by their superior? They ought to have nothing but God in view when so acting, because they ought to be convinced that it is God who commands them in the superior’s person.

TALBA O Alla Missier tagħna,

int tmajt lill-poplu tiegħek bl-ifjen qamħ

u tagħtina nixorbu l-ilma ħiereġ mill-blata, li hi KRISTU.

Żomm lil dawk kollha li jinsabu bil-ġuħ u għatxana għalik mingħajr ma jafu,

bl-istess Kristu sidna, Ammen.

Magnificat

Missierna ...

Page 58: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

58 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd 28 ta’ Ġunju It-tlettax-il Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għerf 1, 13-15; 2, 23-24 Minħabba l-għira tax-xitan li l-mewt daħlet fid-dinja. 2. Salm 29: 2.4-6.11-13 Ngħollik, Mulej, għax erfajtni. 3. 2 Korintin 8, 7.9.13-15 Iż-żejjed tagħkom jagħmel tajjeb għan-nieqes tal- aħwa li ma għandhomx. 4. Mark 5, 21-43 Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum! Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Ġesù mill-ġdid jinsab ħdejn il-baħar imdawwar b’kotra kbira ta’ nies, dettall fir-rakkont ta’ San Mark biex jiġbdilna l-attenzjoni għal tagħlima importanti li Ġesù se jagħti lid-dixxipli u ’l-qarrejja tal-Vanġelu.

San Mark jinseġ iż-żewġ episodji ta’ fejqan flimkien biex jurina l-fidi kbira ta’ dawn it-tnejn min-nies. Għat-talba tagħhom Ġesù jwieġeb b’kumpassjoni u jfejjaq kemm lil bint Ġajru kif ukoll lill-mara marida bit-tnixxija tad-demm. Hawn għandna r-rappreżentanti taż-żewġ estremi tas-soċjetà ta’ żmien Ġesù, il-kap tas-Sinagoga, persuna distinta, pożizzjoni ta’ prestiġju, li resaq lejn Ġesù b’edukazzjoni, inxteħet f’riġlejh, b’sinjal ta’ rispett, u talbu jfejjaqlu lil bintu. Min-naħa l-oħra, mara anonima, mara qalb il-folla, mistħija u siekta, ma kellha xejn x’jirrikmandaha.

Iżda Ġajru jumilja ruħu quddiem sħabu, u jintelaq b’fidi għamja fil-ħniena ta’ Ġesù. Minkejja li sħabu jinsistu biex jieqaf jittama għax bintu kienet mietet, Ġesù jgħidlu “Tibżax, imma emmen.” Ġesù ħeġġu għall-fidi. Ma kinetx it-tmiem tal-mixja ta’ Ġesù ma’ Ġajru. Qabel ma jfejjaqlu lit-tifla kien jeħtieġ li jfiq hu, il-qabża tal-fidi saħansitra quddiem il-mewt.

Il-mara li skont il-liġi tar-reliġjon Lhudija kienet meqjusa ‘maħmuġa’ minħabba l-marda tagħha, messitu, kienet taf li hu jista’ jfejjaqha.

Id-dettall tat-tnax-il sena jgħaqqad il-fejqan tat-tfajla mal-fejqan tal-mara: tnax-il sena tat-tifla ta’ Ġajru u tnax-il sena tal-marda tal-mara. X’aktarx it-tnax-il sena jirrappreżentaw il-poplu ta’ Iżrael, marid u wasal fl-aħħar, bin-nuqqas ta’ fidi. Xi wħud ħasbu li dan il-poplu kien tassew mejjet iżda Ġesù jieħdu f’idejh u jerġa’ jagħtih il-ħajja mill-ġdid.

Hekk ukoll nistgħu ngħidu li qiegħed jiġri fi żmienna, bħal ma ġara lis-soċjetà ta’ żmien Ġesù; qatt daqs illum il-bniedem ma kellu sens hekk qawwi ta’ libertà, b’danakollu jeżistu għamliet ġodda ta’ jasar soċjali.

Ġesù biss kapaċi jbiddel sitwazzjoni ta’ mewt f’fejqan u qawmien. Id-dixxipli kemm bħala individwi u aktar bħala komunità nisranija, huma msejħin biex ikunu it-tarf tal-mantar’, biex min imiss magħhom isib is-saħħa, il-fejqan il-ħelsien u l-ħajja.

Page 59: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 59

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.76, silta mill-1 punt

When Jesus entered the house of a chief of the synagogue to raise his daughter to life, he made a crowd of people get out, saying that the girl was not dead but asleep. In like manner it can be said of several people who have left the world and entered a community that they are not dead but are only sleeping, because, they have left the world but not completely renounced it. They show this clearly enough by their conduct. In the first place, their senses are not dead. True, some appear recollected when in the presence of their superiors; others, when they are with their Brothers in the house and during the exercises of piety, but if they go out into the streets, they have to see everything that goes on. Others appear to be more restrained, but if something extraordinary happens, they open their eyes to see. If they travel in the country, they turn aside from their route, if necessary, to satisfy their curiosity and to see things of interest on the way, such as beautiful churches, houses, and gardens. Others seem to be quite mortified in eating and drinking. They eat whatever is given them, with great indifference, without complaining in any way, but when traveling, they manage to eat all the best food available. If they are ill, it is very difficult to please them.Their senses are not dead but only sleeping, and that is why they arereadily awakened. Do not behave like the Israelites, who, having left Egypt by God’s special protection, no longer remembered the sufferings they endured there but longed for the onions of Egypt.

TALBA Mulej tiegħi,

għarrafni l-faqar, li int tant tħobb. Ħanin Ġesú, ikollok ħniena minni.

Inħossni mxennaq għas-sinjura tal-faqar. tant li ma nistax insib serħan mingħajrha.

Kont int Mulej, li kebbist din l-imħabba għaliha f’qalbi.

Tini l-grazzja li nagħmilha tiegħi. Nixtieq tassew li nistgħana bit-teżor tal-faqar.

Bil-ħerqa nitolbok, li s-sinjura tal-faqar tkun tiegħi u tiegħi għal dejjem.

Ġesú, int kont tassew fqir, ma nixtieq li jkolli xejn tiegħi taħt il-kappa tas-sema, imma biss li ngħix b’dak

li l-oħrajn jistgħu jagħtuni. Umbertino da Casale

Missierna ...

Page 60: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

60 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 29 ta’ Ġunju San Pietru u San Pawl - appostli

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 12: 1-11 Issa naf tassew li l-Mulej jeħlisni minn id Erodi. 2. Salm 33: 2-9 L-anġlu tal-Mulej jeħles lil min jibża’ mill-Mulej. 3. 2 Timotju 4: 6-8.17-18 Hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja. 4. Mattew 16: 13-19 Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas- smewwiet. SAN PIETRU (ċ †64-67) San Pietru kien sajjied, jismu Xmun, u kien wieħed minn tal-ewwel li ġie

msejjaħ minn Ġesù biex ikun appostlu tiegħu, li bidillu ismu f’Pietru. Meta Ġesù ġie arrestat, San Pietru ċaħdu tliet darbiet, iżda malajr iddispjaċih u

patta bil-kbir. Wara li qam mill-mewt Ġesù staqsa lil Pietru tliet darbiet wara xulxin jekk kienx

iħobbu, u wara li għal tliet darbiet San Pietru wieġeb fl-affermattiv, Ġesù fdalu l-merħla tiegħu.

Hekk kif ħeles mill-ħabs fil-persukuzzjoni ta’ Erodi Agrippa f’Ġerusalemm, fis-sena 43, San Pietru mar Antjokja, u wara Ruma, il-belt kapitali tad-dinja ta’ dak iż-żmien.

Baqa’ Ruma, barra mill-ftit żmien li fih kien f’Ġerusalemm għall-ewwel Konċilju tal-Knisja, sakemm ġie msallab rasu ’l isfel, fil-ġnien ta’ Neruni, fuq l-għolja tal-Vatikan, aktarx bejn is-sena 64 u s-67.

Kostantinu l-Kbir bena knisja fuq il-qabar tiegħu; wara nbniet flokha l-knisja maestuża ta’ San Pietru li hemm illum.

SAN PAWL (ċ †64-67) San Pawl kien Lhudi akkanit, Fariżew, li wara l-konverżjoni tiegħu, fit-triq lejn

Damasku, sar appostlu l-iktar ferventi ta’ Ġesù. Billi kien bniedem ta’ għerf kbir, u kien jaf tajjeb il-kultura sew Griega u sew

Lhudija, kien ta’ għajnuna kbira għall-Knisja fil-bidu tat-tixrid tagħha. Iżda l-ħaġa l-iktar li spikkat fih, kienet l-imħabba kbira tassew li kellu lejn Ġesù.

“Ngħix, imma mhux jien, iżda jgħix fija Kristu” (Galatin 2:20). Għadda 25 sena jiġri minn pajjiż għall-ieħor, jipprietka ’l Ġesù. Aħna l-Maltin għandna l-kbira xorti li ġejna, bħala nazzjon, ikkonvertiti minnu,

fis-sena 60. Fl-istess persekuzzjoni ta’ Neruni, li fiha kien miet San Pietru, San Pawl ġie

arrestat, mitfugħ il-ħabs u wara ġie maqtul bi qtugħ ir-ras, aktarx ukoll bejn is-sena 64 u s-67.

Page 61: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 61

Riflessjoni: Pietru daq kif il-fedeltà lejn Alla hi akbar mill-infedeltajiet tagħna u aqwa minn kull ċaħda. Jintebaħ li l-fedeltà għall-Mulej tbiegħed minna l-biżgħat tagħna u tmur ’l hemm minn kull immaġinazzjoni umana. Anki lilna, illum, Ġesù jistaqsina: “Tħobbni int?”. Dan jagħmlu propju għax jaf x’inhuma l-biżgħat kollha tagħna u t-tbatijiet tagħna. Pietru jurina t-triq: nafdaw fih, li “jaf kollox” fuqna, nafdaw mhux fil-ħila tagħna li nkunu fidili lejh, imma fil-fedeltà tiegħu li ma tiġġarraf qatt. Ġesù qatt ma jitlaqna waħidna, għax hu ma jistax iqarraq bih innifsu (ara 2 Tim. 2:13). Hu jibqa’ fidil. Il-fedeltà li Alla bla heda jwettaq anki fina r-rgħajja, lil hemm mill-merti tagħna, hi l-għajn tal-fiduċja tagħna u tal-paċi tagħna. Il-fedeltà tal-Mulej lejna żżomm dejjem mixgħula fina x-xewqa li naqduh u li naqdu lil ħutna fl-imħabba.

Papa Franġisku, silta mill-omelija nhar il-festa San Pietru u San Pawl, 2014

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med139, silta mill-1 punt

It ought not to be surprising that Saint Peter was so dearly loved by Jesus Christ and that our Lord established him as the head of his Church. His great faith won for him this honor, the faith that led himto renounce all things to follow Jesus Christ and to give himself to him completely. It is true, as Saint Jerome says, that Saint Peter gave up little, if we consider what he possessed; he left only a fishing boat and some nets. But if we pay attention to the fact that he gave up at the same time the desire to possess anything, he did indeed give up much, as this saint observes, because he renounced what is most important in this world, what is most capable of attracting and absorbing people’s hearts.

TALBA

Qawwina, Mulej Alla tagħna, bit-talb tal-appostli San Pietru u San Pawl,

u agħti lill-knisja tiegħek għajnuna għas-salvazzjoni ta’ dejjem permezz ta’ dawk li bihom għallimha taqdi d-dmirijiet

qaddisa tagħha lejk. B’ibnek sidna Ġesù Kristu,

Ammen.

Missierna ...

Page 62: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

62 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju

L-ewwel martri ta’ Ruma

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 19: 15-29 Il-Mulej bagħat ix-xita fuq Sodoma u Gomorra, xita ta’ kubrit u nar. 2. Salm 25: 2-3.9-12 Tjubitek, Mulej, hi quddiem għajnejja. 3. Mattew 8; 23-27 Qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira.

L-Ewwel Martri ta’ Ruma († 64) L-għada tal-festa tal-martirju tal-Appostli Pietru u Pawlu, il-Knisja tfakkar il-

martirju ta’ għadd kbir ta’ nsara li mietu qabilhom fil-belt eterna. F’Lulju tas-sena 64 wara Kristu, f’Ruma kien hemm nar kbir li dam iħeġġeġ

għal sitt ijiem u sebat iljieli u mbagħad reġa’ beda u dam tlett ijiem oħra sakemm żewġ terzi ta’ Ruma nqerdu.

Billi Neruni ftit li xejn għamel biex jitfih, ġriet ix-xnigħa li hu kien qabbdu. Tacitus jgħidilna kif l-imperatur imbagħad tefa’ l-ħtija fuq l-insara. Dawn ġew maqbuda u maqtula bi ħruxija kbira f’festa pubblika li saret bil-lejl fil-ġonna tiegħu. Xi nsara ġew midluka biż-żift u mogħtija n-nar u b’hekk servew bħala torċi biex ikun hemm id-dawl.

L-għadd tal-insara li mietu martri f’Ruma fl-ewwel snin tal-era nisranija Alla biss jafu. Ta’ min isemmi li l-ewwel 31 Papa kienu lkoll martri.

Jissemmew biss uħud minn dawn il-martri li baqgħu magħrufin ħafna, imma ħafna oħrajn, irġiel u nisa, lanqas biss nafu isimhom, imma xorta waħda huma martri li biċ-ċarċir ta’ demmhom urew l-imħabba u l-fidi tagħhom fi Kristu li għalih taw ħajjithom kif għamel għalihom dak li miet għalihom fuq is-salib biex jifdihom.

Riflessjoni: X’kienet tkun id-dinja mingħajr Ġesù ta’ Nazaret? Anke l-filosfu u l-istoriku Franċiż Ernest Renan, kritiku qawwi tal-Knisja, jagħraf li “jekk tneħħi l-isem ta’ Ġesù mid-dinja tkun bħal ċaqlaqt il-pedamenti.” Imma l-mistoqsija l-aktar importanti hija din: “Xi nkun jien mingħajr Ġesù ta’ Nazaret?” Huwa dan is-sentiment qawwi li qanqal lill-Appostli u wassalhom biex jaslu sat-trufijiet tad-dinja. Ħadd qatt ma tkellem bħalu dan il-bniedem, għaliex ingħata għal kollox għall-oħrajn sa ma sar xejn. Ħadd ma ordna bħalu lill-baħar u lir-riħ biex jisktu jew lill-ispirti ħżiena li jitturmentaw lill-bniedem biex iħalluhom fis-sliem. Il-qaddisin, bħal f’leħħa ta’ berqa, iltaqgħu mal-persuna ta’ Kristu. L-Appostli Pietru u Ġwanni, quddiem it-tribunal li seta’ jikkundannahom, mingħajr biża’ qalu: “Din hi l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu, u li saret il-ġebla tax-xewka. F’ħadd ħliefha ma

Page 63: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 63

hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi” (Atti 4: 11-12). Bruno Ferrero

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 10, silta mit-2 punt

The most considerable and most frequent temptations and difficulties concerning obedience arise either over those who command or over what is commanded. Those referring to the people who command stem from the fact that we look upon them as merely human, even though for us they hold the place of God and, consequently, must be considered only from this point of view. There is no power, says Saint Paul, that does not come from God, particularly when it is a question of ordering, commanding, or forbidding anything referring to our salvation. It is, no doubt, to make us realize and remember this truth thatmafter most of the passages in the Old Testament where God gives injunctions,nhe adds: I am the Lord, or I am the Lord, your God. For we cannot emancipate ourselves from the obligation of obeying God, nor, consequently, can anyone in a community fail in obedience to the superiors without becoming guilty of disobedience toward God. This is why, no matter what lack of sympathy we might experience with regard to a superior, this must refer only to the individual, never to the role, because in obeying we do not submit to a person but to God.

TALBA

Kemm ħabbejtni Ġesù! Ħlistni minn disgrazzja kbira.

Fuq is-salib, int ftaħt dawk id-dirgħajn ta’ missier u taħt ġwenħajk kennintni biex tissiġilla

l-wegħda li għamilt miegħi, bid-demm tiegħek, għaliex int tant ħabbejtni;

irrikonċiljajtni mal-Missier Alla. O Ġesù!

Int l-uniku fost kulħadd Int l-uniku “kollox” fost kulħadd.

Intom smewwiet, ilqgħu l-Ispirtu tal-għażiż Ġesù,

imma għażiż Ġesù, demmek, xerrdu fuq ħuti mxerrdin fuq din l-art, u li huma

l-imħabba tiegħek. Ammen

Bro Louis

Missierna ...

Page 64: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

64 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 65: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

SIGNUM FIDEI 65

Talba ta’ San Ġwann Battista de La Salle

lill-Imqaddsa Verġni Marija

li kien jgħid ta’ spiss

O Wisq Qaddisa u Safja Xebba Marija, Omm tal-

Ħniena, Sultana tiegħi, Protetriċi tiegħi, Ħajti, l-Għaxqa u

t-Tama tiegħi, fit-tjieba Tiegħek agħmel li jkolli qalb ta’

iben veru tiegħek; qalb li malajr tobdi u twieġeb lill-Iben

Divin Tiegħek, is-Salvatur Tiegħek u tiegħi; ikolli fiduċja

ta’ iben fit-tjubija tiegħek ta’ Omm u fil-kwalitajiet kollha li

għandu jkollu kull iben tiegħek.

Indenja ruħek ukoll li jkollok l-aktar għal qalbek il-

ħidma kbira tas-salvazzjoni tiegħi u kull ma jgħin biex din

tinkiseb matul ħajti u fil-waqt ta’ mewti; u meta jasal dak

il-mument ta’ l-aħħar, Omm fidila u Ħanina, nitolbok

b’ħerqa li ma tabbandunanix.

Għinni Inti, biex negħleb l-egħedewwa kollha tas-

salvazzjoni tiegħi u ħu f’idejk qaddisa lil ruħi, biex hekk

tikseb ġudizzju tajjeb bl-interċessjoni tiegħek u inkun

nista’ nidħol fis-Saltna tas-Sema u hemm nitgħjaxxaq

b’Hena li ma titfissirx, li nara u nħobb lil Alla u lilek l-iżjed

Imbierka għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

JGĦIX ĠESU’ F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 66: ĠUNJU 2015 - signumfideimalta...Qari: 1. Tobit 2: 9-14 Bqajt marid b’għajnejja. 2. Salm 111:1,2,7-9 Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej. 3. Mark 12: 13-17 Agħtu lil Ċesari dak

66 SIGNUM FIDEI

Mill-ħajja tal-Fundatur 1686 Ġwanni Battista De la Salle u l-ewwel Brothers jagħmlu pellegrinaġġ ta’ 45 kilometru lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Liesse. Imxew mal-lejl ghal madwar tmien sigħat u mas-sebħ, Gwanni jiċċelebra l-Ewkaristija.

Talba għall-grazzji u l-glorifikazzjoni ta’ Bro Louis Camilleri

Mulej, għajn ta’ kull qdusija, Int wegħedt li teżalta lill-umli u tagħmel lil dawk

kollha li jgħallmu l-ġustizzja lill-kotra bħal kwiekeb fl-eternità; kun ġeneruż, jekk

jogħġbok, u gglorifika lill-qaddej Tiegħek Bro Louis u agħmel li ismu jibqa’ jiddi qalb l-

ismijiet tal-qaddisin Tiegħek.

Ftakar f’ħajtu umli, ħabrieka, safja, u bieżla li kienet għal kollox imħeġġa biex

twettaq ir-rieda Tiegħek u tħobb Lilek u lill-proxxmu kollu; kun idek miftuħa u

sawwab il-grazzji Tiegħek fuq l-erwieħ li qed isejħulek.

Jekk jogħġbok agħmel li jum fost l-oħrajn il-Knisja Qaddisa tagħti ġieħ lit-

tifkira tiegħu u toffrihulna bħala xempju ta’ ħajja Nisranija; u, ukoll, li

tippreżentahulna bħala protettur li jaqbeż għalina u jgħinna ngħixu fil-grazzja

Tiegħek u fl-imħabba Tiegħek. Ammen.

Glorja lill-Missier...