Ħajja ta’ xhieda u ta’ fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem...

66
APRIL 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 25-Jan-2020

6 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

APRIL 2018

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 1

S. Ġwann Battista de la Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa għal dan ix-xahar: Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu: biex l-ekonomisti jkollhom il-kuraġġ iwarrbu l-ekonomija tal-esklużjoni u jagħrfu jiftħu toroq ġodda.

Nitlobu

Mulej nitolbu għal dawk li jinfluwenzaw jew jieħdu deċiżjonijiet ekonomiċi sabiex ikollhom l-għerf u l-libertà

li jieħdu deċiżjonijiet ġusti u li jaħdmu għall-ġid komuni

u mhux biss għal gruppi privileġġjati.

Dati importanti għax-xahar t’April: 7 t’April: Il-Festa liturgika t’April, San Ġwann Battista De La Salle 8 t’April: Il-Festa tal-Ħniena Divina 9 t’April: It-Tħabbira tal-Mulej 25 t’April: Jum il-Vokazzjonijiet 27 t’April: Il-Beatu Nikol Roland 29 t’April: Il-Madonna tal-Bon Kunsill

Nota importanti: Din il-ħarġa t’April issa tista’ tiġi aċċessa minn fuq il-websajt http://signumfideimalta.wordpress.com

- APRIL 2018 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN

FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

San Ġwann Battista De La Salle

27 t’April, fis-7 ta’ filgħaxija Adorazzjoni u talb għall-Vokazzjonijiet u wara, quddiesa

fil-Kappella tal-Komunità tal-Brothers, il-Gżira

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda u ta’

Fidi

Fidi

Page 3: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

2 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd 1 t’April Ħadd il-Għid tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 10: 34a,37-43 Aħna kilna u xrobna miegħu wara li qam mill- imwiet. 2. Salm117 :1,2,16ab,17,22,23 Dan hu l-jum li għamel il-Mulej; ħa nifirħu u nithennew fih. 3. Kolossin 3: 1-4 Fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn qiegħed Kristu. jew 1Korintin 5: 6b-8 Tnaddfu mill-ħmira l-qadima, ħa tkunu għaġna ġdida. 4. Ġwanni 20: 1-9 Kristu kellu jqum mill-imwiet. jew Mark 16: 1-7 Ġesù ta’ Nazzaret, li kien mislub, qam mill- imwiet. Riflessjoni fuq il-Vanġelu ta’ San Ġwann:

Il-Liġi Lhudija tisħaq li jekk wieħed jidħol ġo qabar dan jiġi mniġġes. Fil-fatt, meta wieħed imiss qabar dan jibqa’ mniġġes għal sebat ijiem. Jista’ jkun li din id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu lejn din ir-reliġjożità?

Kienet x’kienet ir-raġuni biex dan id-dixxiplu jieqaf, Pietru baqa’ dieħel jgħaġġel ’il ġewwa. Hu jasal l-aħħar imma jidħol l-ewwel, mingħajr ma jagħti l-ebda kas ta’ dak li tgħid il-Liġi. Għalhekk mhix xi ħaġa ta’ barra minn hawn li San Tumas Aquinos iqabbel lil Pietru mal-pagani. Dawn kienu tal-aħħar imma jgħaddu anke lil dawk li kellhom il-privileġġ li jkunu tal-ewwel li jaraw. Mingħajr il-piż tal-madmad ta’ Mosè, li ġiegħel lil Ġwanni jibqa’ fid-daħla, bħal Pietru huma daħlu fil-qabar, u b’hekk b’mod mistiku ndifnu ma’ Kristu.

Huwa importanti li naraw d-dħul fil-qabar bħala xbiha mistika tal-magħmudija, għax dan jurina l-ironija divina tal-pjan ta’ Alla. Il-post ta’ purifikazzjoni huwa dak l-istess post mimli impurità – jew nistgħu ngħidu li kull impurità issa saret pura. Il-mewt inbidlet f’ħajja. Il-“qabar” ta’ Kristu, m’għandu l-ebda tniġġis (ma fih l-ebda kadavru). Minn ġewwa huwa pur, post mimli ħajja. Saħansitra jippurifika. Għaliex fir-rit preskritt minn Mosè biex wieħed jitnaddaf mill-impurità ta’ kadavru jrid jinħasel bl-ilma minn nixxiegħa mħallat bl-irmied mill-offerta tas-sagrifiċċju bi tpattija għad-dnub. Dan huwa tip ta’ fonti tal-magħmudija tat-Testment il-Ġdid, mimli bl-ilma ħaj imbierek bis-sagrifiċċju ta’ Kristu għal dnubietna.

B’hekk, aħna lkoll li ħaddanna l-fidi nisranija permezz tal-ilma u l-Ispirtu, il-mewt m’għandhiex tkun għalina l-biża’ tax-xifer tal-irdum. Indfinna ma’ Kristu fil-magħmudija, għalhekk nistgħu nidħlu f’kull qabar mingħajr inkwiet. Bħal

Page 4: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 3

Pietru, nistgħu ngħaddu mingħajr tfixkil ġol-qabar li jagħti l-ħajja, kull meta jkollna ċ-ċans li mmutu għalina nfusna.

Fr. Anthony Giambrone, Praying with Saint John’s Gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 29, it-2 parti

The Resurrection of Jesus Christ was glorious for him and advantageous for us in another sense, because, according to Saint Paul, he destroyed sin and rose again only that we might live with a new life. For it is certain that if we are united with him through likeness to his death, we will also be united with him through likeness to his Resurrection, and if we die to sin with Jesus Christ, we will also live with him. Because by rising Jesus Christ destroyed sin, you must take care, following Saint Paul’s advice, that sin may no longer reign in your mortal body. Attach that body with all your disorderly affections to the cross of Jesus Christ; this will make your body share in anticipation the incorruptibility proper to his body by preserving you from sin, the source of all corruption.

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja

li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.

Missierna ...

It-Tielet Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina

“Illum ġibli L-ERWIEĦ QADDISA U FIDILI u itfagħhom fil-baħar tal-ħniena tiegħi. Dawn l-erwieħ farrġuni fi triqti lejn il-kalvarju. Kienu għalija bħal qatra ta’ faraġ f’nofs baħar ta’ niket.” (Ara l-Kurunella tal-Ħniena Divina f’paġna 18)

Page 5: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

4 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn 2 t’April L-Ottava tal-Għid

San Franġisk minn Paola – eremit

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 2: 14,22-33 Lil dan Ġesù, Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna lkoll

xhieda. 2. Salm 15: 1,2a,5,7-11Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn. 3. Mattew 28: 8-15 Morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk.

SAN FRANĠISK TA’ PAOLA (1416-1507) – eremit Il-ġenituri ta’ San Franġisk li kienu joqogħdu f’Paola, f’Kalabrija, l-Italja,

baqgħu bla tfal għal ħmistax-il sena. Imbagħad kellhom tlieta wara xulxin. Il-kbir fosthom, Robertu, twieled fl-1416.

Meta Robertu kien għadu żgħir, intefħitlu għajnu x-xellugija hekk li kien hemm periklu li kien ser jagħma minnha.

Il-ġenituri tiegħu għamlu wegħda ma’ San Franġisk t’Assisi li jekk ifiq, ilibbsuh il-libsa tal-Patrijiet Franġiskani u jibagħtuh għal sena jgħix f’kunvent tal-ordni, u fieq.

Din il-wegħda ħelisha meta kellu tlettax-il sena. Wara flimkien mal-ġenituri tiegħu, mar pellegrinaġġ, u żar Ruma, Assisi u Loretu.

Meta kellu ħmistax, biddel ismu fi Franġisku, u mar jgħix għalih waħdu fuq biċċa art ta’ missieru, sakemm sab għar u beda jgħix fih. Żewġ żgħażagħ saru jafu bih u marru jgħixu miegħu.

Fl-1435, bnew kappella u tliet ċelel. Qassis mill-paroċċa kien imur iqaddsilhom.

In-numru ta’ żgħażagħ li bdew imorru jissieħbu miegħu baqa’ dejjem jikber, u fl-1454, bl-għajnuna tal-poplu bena kunvent u knisja, u l-membri bdew jgħixu f’regola ta’ faqar, umiltà u sawm kuljum.

San Franġisk semma lil din il-komunità tiegħu, “L-Ordni tal-Minimi” (l-iċken fost l-iżgħar).

Fuq ix-xewqa tal-Papa Sistu IV, mar jassisti lir-Re Lwiġi XI ta’ Franza, li kien qed imut.

Il-Papa offra li jordnah saċerdot biex jaqdi aħjar il-missjoni tiegħu, iżda Franġisku talbu minn qalbu biex iħallih lajk.

Wara l-mewt tar-Re Lwiġi, Karlu VIII u warajh Lwiġi XII, żammewh fi Franza, li bis-saħħa t’hekk, San Franġisk kiseb ħafna għajnuna mingħandhom biex jibni kunventi tal-ordni tiegħu fi Franza u f’pajjiżi oħra fl-Ewropa.

Tliet xhur qabel miet, ħalla l-impenn li kellu mar-re u mar jgħix fis-solitudni tal-monasteru.

Miet fil-Ġimgħa l-Kbira tal-1507, fl-età ta’ 91 sena, f’Tours, Franza. Tnax-il sena wara, ġie kkanonizzat mill-Papa Ljun X.

Page 6: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 5

Riflessjoni: Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, meta n-nisa waslu fejn il-qabar. Ħadd ma’ seta’ jżuru f’jum is-Sibt, għax b’hekk ikun qed jikser il-liġi ta’ Mosè, għalhekk, meta wasal il-Ħadd l-imħabba qawwija li n-nisa kellhom lejn Ġesù, ma felħitx tistenna aktar. Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, marru lejn il-qabar. Kristu rxuxtat ġie jiltaqa’ magħhom. Huma saru l-appostli għat-tnax. Bla tlaqliq il-Vanġelu jammetti li l-appostli kienu għadhom ma fehmux l-iskrittura dwar il-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù. F’dak il-mument ma kinitx l-iskrittura li kienet qed tikkonvinċi l-individwu; kien il-qabar vojt. Meta wieħed iħares lura, dan jista’ jgħid li kien hemm partijiet mit-Testment il-Qadim fejn ir-Reżurrezzjoni kienet imnebbħa, u l-Appostli kien messhom fehmu. Għalkemm jista’ jkun li hu minnu li l-ħajja tiftiehem meta wieħed iħares lura, wieħed jeħtieġ li jgħixha bil-quddiem. Addattata mill-kitba ta’ Harold A. Buetow Meditazzjoni ta’ SanĠwann Battista De La Salle: Med. 29, it-3 punt

The Resurrection of Jesus Christ also ought to procure for you then benefit of making you rise spiritually by causing you to live according to grace. This means that it will cause you to enter an entirely new and heavenly life. To enter into these practices and to show, according to Saint Paul, that you are risen with Christ, seek the things that are above; love the things of heaven, not those that are on earth. Be separated from human association so thoroughly that your life may be hidden and be totally in God with Jesus Christ. Mortify your earthly body, continues the same Apostle, and put off the old man, in order to be clothed in the new. Show by your conduct that the Resurrection of Jesus Christ has produced these happy effects in you.

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja

li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen. Missierna ...

Ir-Raba’ Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli LIL DAWK LI MA JEMMNUX FIJA U LIL DAWK LI GĦADHOM MA JAFUNIX. Kont qed naħseb fihom ukoll matul il-passjoni tiegħi, u l-ħeġġa li biha għad jitkebbsu kienet ta’ faraġ għal qalbi. Għaddashom fil-baħar tal-ħniena tiegħi.”

Page 7: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

6 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta 3 t’April L-Ottava tal-Għid

San Lwiġi Scrosoppi - saċerdot San Rikardu – isqof ta’ Chichister

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 2: 36-41 Indmu, u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta’

Ġesù Kristu. 2. Salm 32 : 4,5,18-20,22 Bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art. 3. Ġwanni 20: 11-18 Rajt ’il-Mulej u tani dil-bxara.

SAN RIKARDU (1197-1253) - isqof ta’ Chichister Rikardu tilef lil missieru meta kien għadu żgħir u l-proprjetà tal-familja marret

lura. Meta ħuh il-kbir offrielu l-wirt, Rikardu ma aċċettax għad li għen kemm seta’ biex jerġa’ jwaqqafha.

Studja Oxford u Pariġi u anki għamel kors fid-Dirittu Kanoniku f’Bolonja. Hu reġa’ lura pajjiżu b’fama kbira tant li ħatruh rettur tal-Università ta’ Oxford. Hawn tant spikka fl-għerf u fil-qdusija li l-arċisqof ta’ Canterbury, San Edmond, riedu miegħu bħala kanċillier tad-djoċesi. Hekk sar kumpann intimu ta’ San Edmond, akkumpanjah Franza fl-eżilju, assistih f’mewtu u ħadu bħala mudell ta’ ħajtu.

Wara l-mewt tal-Arċisqof San Edmond, Rikardu mar jistudja t-Teoloġija mad-Dumnikani f’Orléans, fejn kien ordnat saċerdot u mbagħad mar lura pajjiżu. Hemm l-arċisqof il-ġdid ta’ Canterbury, Bonifaċju, talbu biex jaċċetta jsir kanċillier tiegħu.

Meta fl-1244 miet l-isqof ta’ Chichester, il-kapitlu fuq ir-rakomandazzjoni ta’ Bonfaċju ħatar lil Rikardu bħala suċċessur. Iżda din in-nomina ma għoġbot xejn lir-Re Enriku III għax Rikardu kien iżomm ma’ Edmond, li kien ħadha kontra l-intrigi tar-re. Għalhekk Enriku ma riedx jagħti lil Rikardu d-drittijiet tal-mensa (tad-dħul). Bla dar fid-djoċesi tiegħu u bla mezzi, Rikardu sab ruħu dipendenti tal-karità tal-kleru u tal-fidili. Iżda sentejn wara (1246) Enriku kellu jċedi wara li l-Papa qabeż għalih.

Rikardu baqa’ jgħix bħala isqof fil-faqar u fil-penitenza, għax kien jagħti kważi kollox lill-foqra. Għamel ħafna digrieti biex jirregola l-ħajja tal-kleru, l-amministrazzjoni tas-sagramenti, is-servizz u l-privileġġi tal-knejjes. Meta d-dispensier kien josservalu li qed jagħti karità aktar mir-renti tal-mensa: “ma jimpurtax”, kien iwieġbu, “biegħ l-oġġetti tal-fidda u ż-żiemel.”

Huwa u sejjer Dover biex jikkonsagra knisja ġdida f’ġieħ San Edmond, ħassu ħażin fil-vjaġġ. Malli wasal Dover kemm kemm laħaq ikkonsagra l-knisja. Miet l-għada, fit-3 ta’ April 1253 fl-età ta’ 56 sena. Ħaduh lura Chichester u difnuh fil-katidral.

Kien iddikjarat qaddis disa’ snin wara mewtu mill-Papa Urbanu IV.

Page 8: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 7

Riflessjoni: Minħabba li Marija ta’ Magdala kienet l-ewwel persuna li marret tgħid lill-Appostli li Ġesù kien qam mill-imwiet, minn żminijiet bikrija kienet magħrufa bħala “l-Appostlu tal-Appostli”. Min kienet Marija ta’ Magdala? Matul is-sekli din il-qaddisa popolari kienet is-suġġett ta’ ħafna stereotipi; bħala prostetuta, kortiġjana u mara qarrieqa, penitenti, ħassieba, għalliema u predikatriċi, mudella petita , u xiħa għakka mċerċra. Hi kienet imdaħħla f’ħafna kotba, reċti, mużika u filmati. Anke fl-arti hemm simboli li jidentifikawha mall-vażett tal-fwieħa li użat biex tidlek lil Ġesù; u ħwejjeġ oħra. Hija xempju tal-maħfra u l-bidla tal-fidi Nisranija, li bidlet il-kunċett astratt tad-dnub u l-maħfra f’esperjenza umana realistika. Bħala midinba, li kisret il-kmandamenti, salvata bl-imħabba qawwija u l-maħfra ta’ Gesù, hija għajn ta’ inkoraġġiment spiritwali għal midinbin oħra. Addattata mill-kitba ta’ Harold A. Buetow Meditazzjoni ta’ SanĠwann Battista De La Salle: Med. 29, silta mit-2 punt

The Resurrection of Jesus Christ was glorious for him and advantageous for us in another sense, because, according to Saint Paul, he destroyed sin and rose again only that we might live with a new life. For it is certain that if we are united with him through likeness to his death, we will also be united with him through likeness to his Resurrection, and if we die to sin with Jesus Christ, we will also live with him. Because by rising Jesus Christ destroyed sin, you must take care, following Saint Paul’s advice, that sin may no longer reign in your mortal body.

TALBA O Ġesù ħanin,

aħna nemmnu fik u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.

Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk.

U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.

Missierna ...

Il-Ħames Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli L-ERWIEĦ TAL-INSARA LI HUMA MIFRUDIN MINN XULXUN u itfagħhom fil-baħar tal-ħniena tiegħi. Matul il-passjoni huma ċarrtuli ġismi u qalbi, jiġifieri l-Knisja tiegħi. Meta jerġgħu jidħlu fil-għaqda mal-Knisja, il-ġrieħi tiegħi jfiequ, u b’hekk huma jtaffuli t-tbatija.”

Page 9: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

8 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa 4 t’April L-Ottava tal-Għid

San Gejtanu Catanoso - saċerdot San Isidor - isqof ta’ Sivilja

San Platun - isqof ta’ Bitinja San Guliermu ta’ Noto - eremit

San Benedittu l-Iswed - reliġjuż Franġiskan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 3, 1-10 Dak li għandi se nagħtihulek: fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’

Nazzaret, imxi! 2. Salm 104 : 1-4,6-9 Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu ’l-Mulej. 3. Luqa 24: 13-35 Għarfuh fil-qsim tal-ħobż. SAN SIDOR (560-636) - isqof u duttur tal-Knisja San Sidor kien tifel ta’ familja nobbli Rumana, li kienet qed tgħix f’Kartaġena

Spanja. Tlieta minn ħutu huma wkoll qaddisin, San Leonardu - li kien arċisqof ta’

Sevilla, San Fulġenzju - isqof ta’ Astigi u Santa Florentina. Fis-sena 599 sar arċisqof ta’ Sevilla, wara ħuh u mexxa d-djoċesi b’suċċess

kbir għal 37 sena, sakemm miet fl-4 ta’ April, 636. Kien bniedem ta’ għerf kbir, u kien l-aħħar wieħed fost il-Filosofi Nsara. Kien

ukoll l-aħħar wieħed fost il-Missirijiet tal-Knisja Latina, u kien l-ewwel kittieb Nisrani li għamel “Summa” (ġabra) ta’ għerf universali. Hu ġabar xogħlijiet Latini u Griegi, li kienu jintilfu li kieku ma kienx hu.

Baqa’ msemmi ħafna għall-opra tiegħu “Etymologiae”, kollezzjoni sistematika ta’ 154 kittieb ta’ żmienu, fuq Teoloġija, Axxetika, Storja, Ġeografija, Astronomija u suġġetti oħra.

San Sidor attenda t-Tieni Konċilju ta’ Sevilla fis-sena 619, u ppresieda r-Raba’ Konċilju ta’ Toledo fis-sena 633.

Ħadem ħafna biex il-Viżigoti li ddominaw Spanja għal kważi żewġ sekli, ġew ikkonvertiti mill-Arjaniżmu.

San Sidor miet ta’ 76 sena fis-sena 636. Riflessjoni: Ma kien hemm l-ebda dubju li Ġesù, vittma tal-kastig krudili tat-tislib, kien miet. Iż-żewġ dixxipli fil-Vanġelu tal-lum kienu qagħdu żmien biżżejjed, wara, Ġerusalem biex jisimgħu bl-istejjer tan-nisa dwar il-qabar vojt u d-dehra tal-anġli, imma huma ma tantx taw kas ta’ dawn. Ħasbu li jista’ jkun li n-nisa kienu xi ftit emozzjonalment mifxula. Iż-żewġ dixxipli kienu telqu minn Ġerusalem qalbhom sewda u ddiżappuntati, li Ġesù, it-tama tagħhom, kien ġie msallab. L-atmosfera f’Ġerusalem kienet waħda tad-dwejjaq, għalhekk qabdu t-triq, u fit-triq wieħed barrani ingħaqad magħhom. Ġesù – il-barrani li kien – qabad diskursata

Page 10: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 9

magħhom. Iż-żewġ dixxipli tkellmu dwar Ġesù daqs li kieku kien xi ħaġa tal-passat. Ġesù ma damx ma ġibed l-attenzjoni sħiħa tagħhom hekk kif serħilhom moħħhom li xejn ma kien mar ħażin; imma l-verità kienet li huma m’għarfux li fit-tbatija u l-mewt ta’ Ġesù kien hemm l-id tas-salvazzjoni ta’ Alla, kif kien hemm miktub fil-Kotba Mqaddsa, ibda minn Mosè. Kemm kien ikun aktar ta’ sudisfazzjon għalina li kieku San Luqa tana tagħrif preċiz għal liema parti tal-iskrittura kien qed jirreferi Ġesù, kif ukoll x’kummenti eżatti kien għamel dwarhom! Wieħed jista’ jobsor li dak li tkellem fuqu Ġesù kien it-tema kostanti tal-iskrittura li hija wkoll it-tema għal żmien l-Għid; li Alla dejjem juri lilu nnifsu bħala dak li l-ħidma karatteristika tiegħu hi li joħloq il-ħajja mill-mewt.

Addattata mill-kitba ta’ Harold A. Bueto Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 30, it-2 punt

To model your conversation on that of the two disciples and Jesus Christ with them, it is good for you to know, first of all, what these two disciples were talking about. They spoke only of good things, of what had happened in Jerusalem at the death of Jesus Christ, about his holy deeds and miracles, and about the admirable life that caused him to be so greatly honored by the entire people that they regarded him as a great Prophet and even as the Messiah who was to deliver Israel. They also spoke about the rumors that were spreading about his Resurrection. Topics of this kind ought to make up the ordinary matter of conversation among religious and those who live together in community.

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik. Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila.

Agħtina l-grazzja li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk.

U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen. Missierna ...

Is-Sitt Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli L-BNEDMIN TA’ QALB ĦELWA U UMLI U T-TFAL IĊ-ĊKEJKNIN u għaddashom fil-baħar ta’ ħniena tiegħi. Dawn l-erwieħ jixbhu ħafna lil qalbi. Huma tawni s-saħħa fil-ħin tal-agunija ħarxa tiegħi. Jien rajt fihom anġli tal-art, li kellhom jishru miegħi f’riġlejn l-altari. Insawwab fuqhom xmajjar sħaħ ta’ grazzji. Ir-ruħ umli biss tista’ tilqa’ l-grazzja tiegħi. Għandi fiduċja kbira f’dawn l-erwieħ umli.”

Page 11: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

10 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis 5 t’April L-Ottava tal-Għid

Santa Katerina Tomas minn Palma - reliġjuża Santa Marija Crexxenzja Hoss - reliġjuża San Vinċenz Ferrer - saċerdot Dumnikan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 3: 11-26 Qtiltu lill-awtur tal-ħajja, imma Alla qajmu mill-imwiet. 2. Salm 8: 2a u 5-9 Mulej, sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! 3. Luqa 24, 35-48 Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill- imwiet. SANTA KATERINA TOMAS MINN PALMA (1533-1574) – reliġjuża Santa Katerina Tomas twieldet f’Valdemosse, Mallorca Spanja, fl-1 ta’

Mejju 1533. Ta’ età żgħira ħafna sfat orfni u ħadha ziju min-naħa ta’ missierha biex irabbiha hu. Kellha tfulija infeliċi ħafna.

Ta’ 15-il sena ħasset is-sejħa li tidħol reliġjuża, iżda l-konfessur tagħha taha l-parir biex tistenna ftit billi kienet għadha żgħira.

Marret taħdem bħala seftura ġewwa Palma. Hemmhekk kellha x-xorti titgħallem taqra u tikteb.

Aktar tard ingħaqdet mar-reliġjużi taħt ir-regola ta’ Santu Wistin fil-kunvent ta’ Santa Maddalena ġewwa Palma.

Kien ikollha esperjenzi u fenomini mistiċi, u spiss kienet taqa’ f’estasi għal sigħat jew anke ġranet sħaħ. Kellha d-don tal-profezija u tad-dehriet. Kellha dehriet minn Sta. Katerina ta’ Siena, Sant’Antnin ta’ Padova u l-anġli.

Spiss kienet tiġi msawta kemm spiritwalment u wkoll fiżikament mill-qawwa tad-dlamijiet. Wara kienet tintefa’ f’estasi għal ġranet. Il-feriti li kienet iġġarrab minn dan l-abbuż kienu jiddewwew minn San Kosma u San Damjan.

L-aħħar sena ta’ ħajjitha għadditha l-biċċa l-kbira f’estasi. Hija ħabbret ukoll il-jum tal-mewt tagħha, li ġrat fil-5 ta’ April tal-1574, ġewwa l-istess kunvent ta’ Santa Maddalena Palma Mallorca.

Ġiet ibbeatifikata mill-Papa Piju VI fit-12 ta’ Awwissu tal-1792 u kkanonizzata mill-Papa Piju XI, fit-22 ta’ Ġunju 1930.

Hija l-patruna ta’ Valldemossa Mallorca, Spanja. Riflessjoni: Meta d-dixxipli f’Ġerusalem bdew jiġu f’tagħhom, kienu għadhom ma jisgħux jemmnu – imma ferħana. Kienet tal-għaġeb, ma titwemminx.! Allura Ġesù ħallihom imissuh u jaraw il-marki tal-imsiemer f’idejh u f’saqajh, biex jurihom li kien l-istess persuna li kienet mietet u qamet mill-mewt. Wara kiel quddiemhom – mhux biex jurihom li hu reġa’ ġie lura għal ħajja normali, fejn wieħed jikber imbagħad jersaq għat-tmiem, imma biex jagħtihom prova li ma kienx xi fantażma jew fatat, jew xi

Page 12: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 11

forma ta’ immaġinazzjoni ta’ xi wħud minnhom. Li tkun ma’ Ġesù madwar mejda ma kinitx xi ħaġa mhux tas-soltu. Fil-Vanġeli nsibu diversi okkażżjonijiet fejn Ġesù kien jiekol mal-appostli jew ħbieb.

Addattata mill-kitba ta’ Harold A. Bueto Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 29, silta mit-2 punt

The Resurrection of Jesus Christ was glorious for him and advantageous for us in another sense, because, according to Saint Paul, he destroyed sin and rose again only that we might live with a new life. For it is certain that if we are united with him through likeness to his death, we will also be united with him through likeness to his Resurrection, and if we die to sin with Jesus Christ, we will also live with him.

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja

li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.

Missierna ...

Il-Seba’ Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli L-ERWIEĦ LI JQIMU U JSEBBĦU L-ĦNIENA TIEGĦI B’MOD SPEĊJALI u afdahom f’din l-istess ħniena. Dawn l-erwieħ tnikktu ħafna minħabba l-passjoni li ġarrabt, u daħlu ħafna ’l ġewwa fl-ispirtu tiegħi. Huma xbihat ħajja tal-qalb ħanina tiegħi. Dawn l-erwieħ għad jiddu b’dija speċjali fil-ħajja li ġejja. Fis-siegħa ta’ mewthom, jiena nħares b’mod partikolari lil kull wieħed u waħda minnhom.”

Page 13: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

12 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa 6 t’April L-Ottava tal-Għid

San Ċelestinu – Papa San Pietru ta’ Verona - saċerdot Dumnikan u martri

Santa Ġiljana minn Cornillon - reliġjuża Il-Beata Pierina Morosini - verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 4: 1-12 F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni. 2. Salm 117:1-2 u 4.22-24-27 Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka. 3. Ġwanni 21: 1-14 Ġesù resaq, qabad il-ħobż u newwilhulhom; u hekk ukoll għamel bil-ħut.

SANTA ĠILJANA MINN CORNILLON (1193-1258) Santa Ġiljana minn Cornillon, verġni, twieldet Retinne, ħdejn Liege (il-Belġju),

u wara li ta’ ħames snin tilfet ’l ommha u ’l missierha poġġewha fil-kunvent ta’ Mont-Cornillon, ħdejn Liege. Hawn mhux biss għamlet progressi kbar fil-qdusija, iżda wkoll qrat bil-pjaċir l-opri ta’ Santu Wistin u ta’ San Bernard.

Uriet sa minn ċkunitha mħabba kbira lejn il-Madonna, lejn il-passjoni, u fuq kollox lejn is-Sagramenti tal-Altar.

Fl-1206 libset il-velu ta’ soru u pprofessat r-regola ta’ Santu Wistin, li kienet miżmuma f’dak il-kunvent.

Tawha f’idejha l-morda tal-isptar li kien immexxi mis-sorijiet. Kienet tiġbed fuqha l-qima ta’ kulħadd bl-umiltà, bil-karità, bl-ubbidjenza u bil-penitenza tagħha, hekk li fl-1230 is-sorijiet kollha tal-kunvent ħatruha bħala superjura tagħhom.

Għamlet li setgħet biex iddaħħal il-festa ta’ Corpus. Meta kienet tersaq titqarben kienet tħoss devozzjoni kbira u tirċevi ħafna grazzji. Ta’ sikwit kienet tmur tagħmel żjara lil Ġesù Sagramentat, tinxteħet għarkopptejha; u bl-eżempju tiġbed ’l-oħrajn.

Għalhekk Alla għażilha bħala strument umli tiegħu biex ixxandar id-devozzjoni lejn is-Sagrament, u biex tiġi magħżula ġurnata għas-solennità ta’ Corpus.

Robert, isqof ta’ Liege, bit-talb u l-parir ta’ Santa Ġiljana, daħħal din il-festa fid-djoċesi tiegħu, u mbagħad il-Papa Urbanu IV kabbar u xerred din is-solennità mad-dinja kollha.

Wara l-mewt tal-Isqof Robert, Ġiljana kellha ssofri bosta persekuzzjonijiet. Ċertu Roger irnexxielu jxewwex ’il-poplu kontriha u keċċiha mill-kunvent flimkien mas-sorijiet (1247).

Flimkien mal-komunità l-qaddisa sabet kenn wara bosta sofferenzi, l-ewwel namur u mbagħad fil-Belt ta’ Fosse, fejn għaddiet l-aħħar snin ta’ ħajjitha fil-ġabra u fit-talb.

Wara li rċeviet bid-devozzjoni kollha l-aħħar sagramenti mietet fiċ-ċella tagħha, għajnejha fissi fuq l-Ostja Mqaddsa (fil-5 ta’ April 1258).

Page 14: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 13

Difnuha, kif talbet, fil-monasteru taċ-Ċisterċensi tal-Belt ta’ Villiers. Qabarha sar post ta’ pellegrinaġġi għal għadd kbir ta’ mirakli li saru bl-interċessjoni tagħha.

Il-Qdusija Tiegħu, il-Papa Piju IX, approva l-uffizzju u l-quddiesa tagħha (1869).

Riflessjoni: Ġesù, li fil-lejl ta’ qabel ma miet kien jiekol mal-Appostli, issa li kien qam mill-imwiet, kien qed jaqsam il-kolazzjon magħhom fuq ix-xtajta. Kristu Rxoxt ma kienx xi dehra jew xi spirtu, imma persuna ta’ veru; xi dehra jew xi spirtu ma kienx se jkun jsajjar xi ikla u jikolha u jaqsamha ma’ ħaddieħor. Minkejja dik ix-xena glorjuża u solenni, l-Appostli ħadu l-ħin tagħhom u komplew bir-rutina tas-soltu, li jgħoddu l-ħut biex jaqsmu l-qabda bejniethom. Ħafna studjużi ħadu dan in-numru tal-ħut u x-xibka li baqgħet sħiħa, biex jissimbolizzaw il-Knisja; l-universalità tagħha tista’ żżomm numru kbir ta’ bnedmin minn kull ġens mingħajr ma tinqasam ix-xibka tal-unità tagħha.

Addattata mill-kitba ta’ Harold A. Bueto Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 26, silta mit-2 punt

In instituting this divine sacrament, Jesus Christ changed bread into his flesh and wine into his blood. On this very day he became the living Bread come down from heaven to unite himself with us, to incorporate himself in us, and to communicate himself to the lowliness of a vile creature. This heavenly Bread unites him to our soul to nourish it with God and to make it grow strong, to use Tertullian’s expression, with the flesh of Jesus Christ.

TALBA O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja

li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna. Ammen.

Missierna ...

Il-Tmien Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum ġibli L-ERWIEĦ TAL-PURGATORJU u itfagħhom fil-fond tal-ħniena

tiegħi. Ħalli demmi li xerridt bil-kotra, itaffi l-ħruq tan-nirien li qed isofru. Dawn l-erwieħ kollha huma maħbubin ħafna minni. Huma qed iħallsu d-dejn li għandhom mal-ġustizzja tiegħi. Inti tista’ sserraħhom. Agħmel ħiltek biex tirbaħ l-indulġenzi kollha miġburin fit-teżor tal-knisja tiegħi, u offrihom għal dawn l-erwieħ. O li kieku kellek tifhem biżżejjed x’qed ibatu, kont toffri l-ħin kollu għalihom il-karità spiritwali, u tħallas id-dejn li huma għandhom mal-ġustizzja tiegħi.”

Page 15: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

14 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt 7 t’April L-Ottava tal-Għid

San Ġwann Battista de La Salle - saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: I. Atti 4, 13-21 Aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna. 2. Salm 117: 1 u 14-21 Niżżikħajr, Mulej talli weġibtni. 3. Mark 16: 9-15 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju. SAN ĠWANN BATTISTA DE LA SALLE (1651-1719) - saċerdot Twieled f’Rheims, fi Franza, u kien ġej mill-familja tan-nobbli De la Salle.

Studja fis-seminarju maġġuri ta’ Rheims u kien ordnat saċerdot fl-1678, meta kellu 27 sena. Għall-ewwel kien kanonku, imma mbagħad irrinunzja għal dan l-uffiċju biex jiddedika ruħu għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ fqar. Minn hawn nibtet il-Kongregazzjoni tal-Aħwa tal-Iskejjel Insara, magħrufa fostna bħala l-Frères.

Fl-1684, l-ewwel tnax-il dixxiplu għamlu l-professjoni temporanja u poġġew il-kongregazzjoni taħt il-ħarsien speċjali tal-Madonna. Iżda fl-1700, qamu l-ewwel diffikultajiet minħabba l-metodi ġodda fit-tagħlim introdotti mill-fundatur. Hekk, pereżempju dawk li kienu jiċċarġjaw għat-tagħlim fl-iskejjel kienu kontra t-tagħlim b’xejn kif kien jingħata fl-iskejjel ta’ San Ġwann Battista de la Salle. Barra minn dan, anki s-Sulpizjani rreaġixxew kontra tiegħu għax il-qaddis warrab il-metodi tradizzjonali li kien spiċċa żmienhom u kien jinsisti għall-użu tal-Franċiż aktar milli tal-Latin. Għalkemm għall-ewwel l-intenzjoni tiegħu kienet li jmexxi biss skejjel b’xejn għall-foqra, fl-1698, fuq talba tas-Sultan James (Ġakbu) II tal-Ingilterra, hu fetaħ l-ewwel skola għat-tfal subien tal-klassi aristokratika.

Il-metodi pedagoġiċi tiegħu wasslu għat-twaqqif ta’ stituti ta’ studju għall-gradwati, l-organizzazzjoni tal-klassijiet ta’ nhar ta’ Ħadd, kif ukoll skejjel tas-snajja’ għal studenti bejn is-7 u l-20 sena.

San Ġwann Battista de la Salle sab ruħu umiljat minn xi dixxipli tiegħu li kienu jikkritikawh għax kien iddedikat iżżejjed għall-istudenti mill-klassijiet tal-baxxi, u wkoll ikkritikat mill-aristokrazija, li kienu jakkużawh għax kien qed jiddiżunura l-istatus tiegħu tal-klassi nobbli li kien. Minkejja dawn il-provi kollha, kliem dan il-qaddis edukatur fuq is-sodda tal-mewt kienu: “jien nadura l-mod kif Alla mexa miegħi fil-ħwejjeġ kollha li jirrigwardaw lili.”

San Ġwann Battista de la Salle rriżenja minn superjur fl-1717, sentejn qabel ma miet, u ddedika lilu nnifsu għall-istruzzjoni tan-novizzi u l-pubblikazzjoni ta’ xi kotba, fosthom ‘Metodu ta’ Talb Mentali’ (meditazzjonijet).

Miet nhar il-Ġimgħa l-Kbira, is-7 ta’ April tas-sena 1719, meta kellu 68 sena. Kien iddikjarat qaddis flimkien ma’ Santa Rita fl-1900 minn Ljun XIII. Il-papa Piju XII fl-1950 iddikjarah qaddis patrun tal-għalliema.

Il-festa ta’ San Ġwann Battista De La Salle ssir fil-15 ta’ Mejju.

Page 16: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 15

Riflessjoni: Din hija silta mit-testment li San Ġwann Battista De La Salle kien kiteb ftit tal-ġranet qabel ma miet: “Jiena nirrikomandalhom ukoll li jkollhom devozzjoni kbira lejn il-Mulej sidna, imħabba kbira lejn l-Ewkaristija u l-prattika tal-meditazzjoni. Devozzjoni kbira wkoll lejn l-Imqaddsa Verġni Marija u San Ġużepp, il-patrun u l-protettur tal-istitut tagħhom. Biex iwettqu xogħolhom b’żelu kbir u mingħajr interessi personali, ikollhom għaqda kbira bejniethom u ubbidjenza għamja lejn is-superjuri tagħhom, li huwa l-pediment u ż-żamma ta’ kull perfezzjoni, f’komunità.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 143, silta mit-3 punt You have a work that is honorable only in the sight of God because it seeks to spread his kingdom. Do you accept with joy the contempt that comes to you from people? The kingdom of God, which you serve and in which you hope, is not of this world.1

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja

li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.

Missierna ...

Il-Disa’ Jum tan-Novena tal-Ħniena Divina “Illum gibli L-ERWIEĦ LI WAQGĦU FIL-BRUDA u itfagħhom ’l isfel fil-fond tal-ħniena tiegħi. Dawn l-erwieħ weġġgħuli qalbi b’mod kiefer. Fil-Ġnien taż-Żebbuġ ruħi ġarrbet stmerrija tal-biża’ minħabba l-erwieħ bierda. Kienu dawn l-erwieħ li ġegħluni ngħid: “Missier, warrab dan il-kalċi minn quddiemi, jekk din hi r-rieda tiegħek.” L-aħħar tama ta’ salvazzjoni għalihom hija li jiġu jfittxu l-ħniena tiegħi.”

Page 17: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

16 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd 8 t’April It-Tieni Ħadd tal-Għid

jew il-Ħadd tal-Ħniena Divina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 4: 32-35 Qalb waħda u ruħ waħda. 2. Salm117: 2-4.16-18.22-24 Faħħru ’l-Mulej, għaliex hu tajjeb. 3. 1 Ġwanni 5: 1-6 Kull min hu mwieled minn Alla jirbaħ lid-dinja. 4. Ġwanni 20: 19-31 Tmint ijiem wara ġie Ġesù. Riflessjoni mill-Papa Franġisku:

“Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li mhumiex imniżżla f’dan il-ktieb” (Ġw. 20:30). Il-Vanġelu hu l-ktieb tal-ħniena ta’ Alla, li wieħed għandu jaqra u jerġa’ jaqra, għax dak li Ġesù qal u għamel hu espressjoni tal-ħniena tal-Missier. Imma mhux kollox ġie miktub; il-Vanġelu tal-ħniena jibqa’ dejjem ktieb miftuħ, li fuqu jissoktaw jinkitbu s-sinjali tad-dixxipli ta’ Kristu, ġesti konkreti ta’ mħabba, li huma l-aqwa xhieda tal-ħniena. Ilkoll aħna msejħin insiru kittieba ħajja tal-Vanġelu, ħabbara tal-Bxara t-Tajba lil kull bniedem tal-lum. Dan nistgħu nagħmluh billi nqiegħdu fil-prattika l-għemejjel tal-ħniena li jmissu l-ġisem u r-ruħ, li huma l-istil tal-ħajja tan-Nisrani. Permezz ta’ dawn il-ġesti sempliċi u qawwija, xi drabi lanqas jidhru, nistgħu nżuru lil dawk li huma fil-bżonn, ħa nwasslulhom il-ħlewwa u l-faraġ ta’ Alla. Hekk inkomplu nwettqu dak li għamel Ġesù nhar l-Għid, meta nefaħ fil-qlub tad-dixxipli mbeżżgħin il-ħniena tal-Missier, u sawwab fuqhom l-Ispirtu s-Santu li jaħfer id-dnubiet u jagħti l-ħajja.

Madankollu, mir-rakkont li għadna kemm smajna joħroġ kuntrast ċar: minn naħa, hemm il-biża’ tad-dixxipli, li jagħlqu l-bibien tad-dar; min-naħa l-oħra, hemm il-missjoni min-naħa ta’ Ġesù, li jibgħathom fid-dinja ħa jwasslu l-bxara tal-maħfra. Dan il-kuntrast jista’ jkun ukoll fina, taqbida interjuri bejn l-għeluq tal-qlub u s-sejħa tal-imħabba biex niftħu l-bibien magħluqa tagħna u noħorġu minna nfusna. Kristu, li għall-imħabba tagħna daħal mill-bibien magħluqa tad-dnub, tal-mewt u ta’ art l-imwiet, jixtieq jidħol anki għand kull wieħed u waħda minna biex jiftaħ beraħ il-bibien magħluqa ta’ qlubna. Hu, li bil-qawmien tiegħu rebaħ il-biża’ li jżommna mjassra, jixtieq jiftaħ beraħ il-bibien magħluqa tagħna u jibgħatna. It-triq li l-Imgħallem rebbieħ fuq il-mewt qed jurina direzzjoni waħda għandha: noħorġu minna nfusna, noħorġu biex nagħtu xhieda tal-qawwa li tfejjaq tal-imħabba li rebħitna għaliha. Quddiemna nistgħu naraw umanità spiss miġruħa u mbeżżgħa, li għadha ġġorr il-ġrieħi tat-tbatija u tad-dubju. Quddiem din il-karba ta’ wġigħ għall-ħniena u l-paċi, nisimgħu l-lum tingħad lil kull wieħed u waħda minna l-istedina fiduċjuża ta’ Ġesù: “Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom” (v. 21).

Page 18: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 17

Kull marda tista’ ssib fil-ħniena ta’ Alla fejqan effikaċi. Fil-fatt, il-ħniena tiegħu ma tiqafx fil-bogħod: tixtieq toħroġ tiltaqa’ mal-faqar kollu u teħles mill-bosta xejriet ta’ jasar li qed jifilġu lid-dinja tagħna. Tixtieq tilħaq il-ġrieħi ta’ kulħadd, biex iddewwihom. Li nkunu appostli tal-ħniena jfisser immissu u mmellsu l-pjagi tiegħu, preżenti anki l-lum fil-ġisem u fir-ruħ ta’ tant ħutu. Meta ndewwu dawn il-pjagi nkunu nistqarru lil Ġesù, nagħmluh preżenti u ħaj; inkunu qed nippermettu lil oħrajn imissu b’idejhom il-ħniena tiegħu, jagħrfuh bħala “Mulej u Alla” (ara v. 28), kif għamel l-Appostlu Tumas. Din hi l-missjoni li qed niġu fdati biha. Tant persuni jridu min jismagħhom u jifhimhom. Il-Vanġelu tal-ħniena, li aħna għandna nxandru u niktbu f’ħajjitna, qed ifittex persuni b’qalb mimlija sabar u miftuħa, “Samaritani tajba” li jafu x’inhi mogħdrija u x’inhu silenzju quddiem il-misteru tal-aħwa; għandu bżonn ta’ qaddejja ġenerużi u hienja, li jħobbu b’xejn u bla ma jistennew xejn lura.

“Il-paċi magħkom!” (v. 21): din hi t-tislima li Kristu jagħti lid-dixxipli; hi l-istess paċi li qed jistennew in-nies ta’ żmienna. Mhix paċi nnegozjata, mhix il-waqfien minn xi ħaġa li ma kinitx sejra sew: hi l-paċi tiegħu, il-paċi li ġejja mill-qalb tal-Irxoxt, il-paċi li rebħet fuq id-dnub, il-mewt u l-biża’. Hi l-paċi li ma tifridx, imma tgħaqqad; hi l-paċi li ma titlaqniex waħidna, imma tridna nħossuna milqugħin u maħbubin; hi l-paċi li tibqa’ magħna fit-tbatija u twarrad it-tama. Din il-paċi, bħal nhar l-Għid, titwieled u terġa’ titwieled kull darba mill-maħfra ta’ Alla, li tneħħi kull tħassib tal-qalb. Li tkun messaġġiera tal-paċi tiegħu: din hi l-missjoni li nhar l-Għid Hu ħalla f’idejn il-Knisja. Aħna tnissilna fi Kristu bħala strumenti ta’ rikonċiljazzjoni, biex inwasslu lil kulħadd il-maħfra tal-Missier, biex nuru l-wiċċ tiegħu ta’ mħabba fis-sinjali tal-ħniena.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 32, it-2 punt

On entering the upper room, our Lord radiated such an aura of his divinity that Saint Thomas, unbelieving until then, catching sight of Jesus Christ and of his wounds, was deeply moved, for at that moment Jesus Christ filled him with faith and made him understand in one instant by a vision and a deepening of his faith what previously had been hidden from him. In this way Jesus Christ, entering a soul, raises it so far above all human sentiments, through the faith that enlivens it, that it sees nothing except by the light of faith. No matter what anyone does to such a soul, nothing can disturb its constancy, make it abandon God’s service, or even diminish in the least degree the ardor it feels for God, because the darkness that previously blinded its spirit is changed into an admirable light. As a result, the soul no longer sees anything except by the eyes of faith. Do you feel that you have this disposition? Pray to the risen Christ to give it to you.

Page 19: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

18 SIGNUM FIDEI

TALBA

O Ġesù ħanin, aħna nemmnu fik u nafdaw fik.

Għinna għaliex aħna dgħajfa u bla ħila. Agħtina l-grazzja

li nwasslu lill-bnedmin kollha biex jagħarfuk u jħobbuk. U jkollna fiduċja fil-kobor bla qies ta’ mħabbtek, sabiex inkunu nistgħu niġġieldu kontra l-ħażen

li hemm fina u fid-dinja kollha għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta’ ruħna.

Ammen.

Missierna ...

Kurunella tal-Ħniena Divina Ibda billi tgħid il-Missierna, is-Sliema u l-

Kredu. Imbagħad fuq iż-żibeġ tal-Missierna

għandek tgħid dawn il-kelmiet: o Missier Etern, jiena noffrilek il-ġisem,

id-demm, ir-ruħ u d-divinità ta’ ibnek l-għażiż, sidna Ġesù Kristu, bi tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.

Fuq iż-żibeġ tal-Ave Maria għandek tgħid dawn il-kelmiet:

o F’ġieħ il-passjoni ħarxa tiegħu, ħenn għalina u għad-dinja kollha.

o (Għal għaxar darbiet) Imbagħad, wara l-ħames posta tgħid għal

tliet darbiet: o Qaddis Alla, qaddis qawwi, qaddis

immortali, ħenn għalina u għad-dinja kollha. Ammen.

Page 20: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 19

It-Tnejn 9 t’April It-Tħabbira tal-Mulej

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 7, 10-14; 8,10 Arawha, ix-xebba ssir omm. 2. Salm 39, 7-11 Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek. 3. Lhud 10, 4-10 Ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek, o Alla. 4. Luqa 1, 26-38 Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben. IT-TĦABBIRA TAL-MULEJ Illum il-Knisja tfakkar it-tħabbira li l-Anġlu Gabrijel għamel lil Marija u li dwarha

jikteb San Luqa (1, 26-38) li permezz tagħha seħħ il-misteru tal-inkarnazzjoni. Ir-rakkont kif jagħtihulna l-evanġelista kien suġġett ta’ ħafna studju mit-Teoloġi mhux biss għar-rigward ta’ Kristu, imma wkoll għar-rigward ta’ Marija li Alla għażilha biex tkun omm ibnu magħmul bniedem. Il-Knisja tfakkar din il-ġrajja fil-25 ta’ Marzu, data li naturalment hija marbuta mad-data tal-Milied li jiġi ċċelebrat fil-25 ta’ Diċembru. (Meta l-25 ta’ Marzu taħbat f’xi Ħadd tar-Randan, allura ssir l-għada t-Tnejn, u jekk taħbat fil-Ġimgħa Mqaddsa, allura ssir it-Tnejn fuq l-Ottava tal-Għid.)

Il-festa tat-tħabbira tal-Mulej bdiet issir f’Kostantinopli għall-ħabta tas-sena 430, u sas-seklu VIII saret universali wkoll fil-Punent. L-Ispanjoli għal xi żmien kienu jfakkruha fit-18 ta’ Diċembru biex jorbtuha ma’ żmien l-Avvent. F’diversi pajjiżi kienet ukoll il-bidu ta’ sena ġdida. Fir-riforma tal-Liturġija li seħħet wara l-Konċilju Vatikan II, il-festa, li qabel kienet festa Marjana u konna nsejħulha t-Tħabbira tal-Anġlu lil Marija, jew ukoll bħala l-Lunzjata, ġiet imsejħa t-Tħabbira tal-Mulej u għalhekk hija festa ta’ Kristu. F’Malta, il-parroċċi ta’ Ħal Tarxien u dik ta’ Ħal Balzan huma ddedikati lil-Lunzjata, kif ukoll il-knisja tad-Dumnikani fil-Birgu.

Tajjeb infakkru li l-Madonna għażlet din il-festa għażiża biex f’Lourdes tgħarraf lil Santa Bernardina Soubirous min kienet. Difatti kien il-25 ta’ Marzu 1858, meta l-Madonna, għall-mistoqsija ta’ Bernardina min kienet u li kienet għamlithielha diversi drabi qabel, għalqet idejha palma ma’ palma u qaltilha: “Jiena l-Kunċizzjoni Immakulata”. Id-domma dwar it-tnissil bla tebgħa ta’ Marija kienet ġiet promulgata solennement mill-Papa Beatu Piju IX ftit aktar minn tliet snin qabel.

Riflessjoni: Il-ħlewwa kollha ta’ Marija lejn ir-rieda divina, kienet marbuta mal-fidi tagħha. Billi emmnet fil-kelma ta’ Alla, hija setgħet taċċetta din l-ubbidjenza kompletament u wriet lilha nnifisha lesta għall-pjan sovran ta’ Alla; hija aċċettat dak kollu li ġie mitlub minnha mill-Għoli. Hekk il-preżenza tas-sinjura tagħna fil-Knisja tinkoraġġixxi lill-

Page 21: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

20 SIGNUM FIDEI

Insara biex jisimgħu kuljum il-kelma tal-Mulej; biex jifhmu l-pjan tiegħu, mimli mħabba, f’dak kollu li jiġri kuljum u li jikkoperaw bil-fedeltà kollha biex jitwettaq dan il-pjan.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, l-1 punt

Let us give thanks with the whole Church for the honor that the Most Blessed Virgin received on this day, to become the Mother of God. This is the greatest honor any mere creature can ever receive. Saint Ambrose declares that it was the greatness and the excellence of Mary’s faith that procured this favor for her. In this role she has become an object of veneration for the angels themselves, who, although much higher by nature, nevertheless, are far beneath her in view of the dignity she received on this day. Still, this dignity only leads her to humble herself, for when the angel declares to her that she is the Mother of God and honors her as such, this admirable virgin has no reply except that she is the servant of the Lord. Saint Ambrose cannot help marveling at such a response in the mouth of this holy virgin at the very moment when she is chosen to be the Mother of God. Let us profit today from such a great example. May all the graces that God gives us, no matter how remarkable they might be, incline us also to humble ourselves below everyone else.

TALBA L-Angelus (fit-tmienja, f’nofsinhar u fl-“Ave Marija”)

V. L-Anġlu t’Alla ħabbar lil Marija. R. U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu. Sliem għalik ... V. Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej. R. Ikun minni skont kelmtek. Sliem għalik ... V. U l-iben t’Alla sar bniedem. R. U għammar fostna. Sliem għalik ... V. Itlob għalina, qaddisa Omm Alla. R. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Talba: Nitolbuk, Mulej, li tnissel f’ruħna l-grazzja tiegħek, biex aħna li bil-bxara tal-Anġlu, għarafna l-inkarnazzjoni ta’ Kristu iben tiegħek, f’ġieħ il-passjoni u s-salib tiegħu, naslu fil-glorja tal-qawma minn bejn l-imwiet. F’ġieh Kristu sidna nnifsu. Ammen.

Missierna ...

Page 22: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 21

It-Tlieta 10 t’April San Eżekjel - profeta

Santa Madalena ta’ Canossa - Fundatriċi Il-Beatu Antonju Neyrot - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 4: 32-37 Qalb waħda u ruħ waħda. 2. Salm 92: 1-2,5 Il-Mulej isaltan; il-kobor libes. 3. Ġwanni 3: 7b-15 Ħadd ma tela’ s-sema ħlief bin il-bniedem, li niżel mis-

sema. SANTA MADALENA TA’ CANOSSA (1774-1835) Dun hija l-fundatriċi tal-patrijiet u sorijiet ta’ “Ulied il-Karità” jew “Kanossjani”.

Marija Gabriella twieldet f’Verona fl-1 ta’ Marzu 1774. Hi kienet ġejja minn familja nobbli u għanja. Missierha miet meta kellha ħames snin u flimkien ma’ erba’ ħutha sfat abbandunata minn ommha li reġgħet iżżewġet.

Madalena trabbiet minn mara Franċiża li ma kinetx tifhem lit-tifla. Ta’ 15-il sena fieqet minn marda serja u wriet il-fehma tagħha li tidħol reliġjuża, imma niesha kienu kontra għax kienu qed jittamaw li għal ġmielha u l-karattru jiġbdek tagħha kienet se tiżżewweġ banda tajba.

Ta’ 17-il sena għażlet li tidħol Karmelitana, imma rriturnat f’darha wara ftit inqas minn sena għax il-mod ta’ ħajja li għażlet kienet timpediha milli tgħin lill-foqra u tgħallem lil min kien fil-bżonn.

Għal xi snin hija kienet tamministra l-proprjetà tal-familja u fl-istess ħin kienet taħdem b’kull mod mat-tfajliet foqra, l-aktar fost dawk fil-periklu li jaqbdu ħajja ħażina. Niesha ppruvaw iżommuha fil-ħidma tagħha mal-fqar u l-baxxi għax dehrilhom li kienet qed tagħmel xogħol li ma jixraqx id-dinjità tagħha ta’ nobbli. It-tweġiba tagħha kienet dejjem l-istess: “Il-fatt li jiena twelidt markiża għandu jimpedini milli naqdi lil Ġesù Kristu fil-foqra?”

Hi kienet tgħin lill-morda fl-isptarijiet u fid-djar; kienet tixtri kotba tal-katekiżmu biex tagħtihom lill-kappillani għall-parruċċani; torganizza rtiri, tieħu ħsieb tfajliet abbandunati u tqassam kuljum ikel u flus lil dawk li kienu jħabbtu d-dar tagħha, u tagħmel żjajjar lil dawk li kienu jgħixu fi griebeġ u djar delapidati.

L-ittri tagħha lid-direttur spiritwali tagħha juru li hi għaddiet minn żminijiet ta’ skrupli u anki tibża’ li se tintilef għax ħasbet li ma kinetx qed timxi fuq ir-rieda ta’ Alla għaliha. Imma d-direttur spiritwali tagħha, Don Luigi Libera, għamlilha kuraġġ u qalilha biex tiddedika ruħha totalment għall-appostolat li kienet ġa bdiet u, fuq il-parir tiegħu, Madalena fl-1801 fetħet l-ewwel dar għat-tfajliet fil-bżonn. Kellha dik il-ħabta 27 sena.

L-Imperatur Napuljun, li kien qed jammira l-ħidma tagħha, fl-1808 taha l-kunvent ta’ San Fidenzio li qabel kien tas-Sorijiet Agostinjani. Fetħet ukoll skola f’palazz abbandunat. Kienet ukoll mistiedna Venezja biex tiftaħ dar oħra

Page 23: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

22 SIGNUM FIDEI

fil-monasteru qadim ta’ Santa Luċija. L-istitut tagħha kiseb l-approvazzjoni proviżorja mill-Papa Piju VII fl-20 ta’ Novembru 1828.

Santa Madalena ta’ Canossa kellha devozzjoni speċjali lejn il-passjoni ta’ Ġesù u d-duluri ta’ Ommu Marija.

Hija mietet nhar il-festa tad-Duluri fl-10 ta’ April 1835, fl-età ta’ 61 sena. Ħajjitha tillustra perfettament dak li hi kienet tħobb tgħid lir-reliġjużi tagħha: “Il-ħajja reliġjuża mhijiex ħlief l-Evanġelju tradott fil-prattika.” Kienet dikjarata qaddisa mill-Papa San Ġwanni-Pawlu II fit-2 ta’ Ottubru 1988.

Illum ir-reliġjużi rġiel tagħha huma madwar 100, imma dawk nisa jgħoddu ’l fuq minn 4,000 u għandhom missjonijiet f’21 pajjiż, fosthom f’Hong Kong, f’Goa, fis-Sudan u fl-Amerika t’Isfel.

Riflessjoni: Irridu nħarsu lejn Ġesù Kristu fil-glorja tiegħu biex nifhmu xi swielu s-salib jew aħjar, il-mewt kiefra tiegħu fuqu. “Lil Ġesù, aħna issa qegħdin narawh imżejjen fil-glorja u l-ġieħ minħabba l-mewt li hu bata, biex għall-grazzja ta’ Alla, il-mewt li daq tkun għall-ġid ta’ kulħadd” (Lhud 2; 9). Mela Ġesù kiseb il-glorja tas-sema għalih innifsu stess bis-saħħa tal-passjoni u l-mewt tiegħu. Il-Messija kellu jbati u hekk jidħol fil-glorja tiegħu (Lq. 24; 26.46). Il-glorja hi tiegħu bħala l-Verb, li hu Alla: “Il-glorja li għandu mill-Missier bħala ibnu l-waħdieni” (Ġw. 1; 1.14). Meta sar bniedem u għammar fostna, ħeba taħt il-libsa tal-umanità l-glorja tad-divinità.

Patri Donat Spiteri, O.F.M. Cap

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, silta mill-1 punt

Jesus Christ came down from heaven only to procure the salvation of all people. He knew that this purpose would not be accomplished unless he suffered much and died on the cross. Therefore, at the moment of his incarnation, he offered himself to the Eternal Father to suffer whatever would be in accord with his will to satisfy for our sins. For it was impossible, says Saint Paul, that sins be blotted out by the blood of goats and bulls. For this reason, continues the same saint, Christ said to God: Holocausts and sin offerings have not pleased you; then said I, behold, I come to fulfill your will. This same will, affirms the same Apostle, has sanctified us by the offering that Jesus Christ made, once for all, of his body

TALBA Mulej Ġesù, kemm inħoss għafsa ta’ qalb

bil-preżenza ta’ ommok ħdejn is-salib. Inti mhux biss is-salvatur

li tajt ħajtek għad-dnubiet tad-dinja; imma wkoll bniedem, iben li għandu omm.

Ammen. http://www.cbmidwest.org

Missierna ...

Page 24: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 23

L-Erbgħa 11 t’April San Stanislaw - isqof u martri

Santa Ġemma Galgani San Barsanufju - eremita

San Guthlac - eremita

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 5: 17-26 Dawk l-irġel li intom xħettu l-ħabs qegħdin fit-tempju

jgħallmu ’l-poplu. 2. Salm 33 : 2-9 Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu. 3. Ġwanni 3 : 16-21 Alla bagħat lil ibnu fid-dinja biex id-dinja ssalva permezz

tiegħu. SANTA ĠEMMA GALGANI (1878 - 1903) Xebba qaddisa minn Lucca (l-Italja), li ta’ 20 sena, mardet bit-tuberkolożi fix-

xewka tad-dahar. Dil-marda t-tobba ddikjarawha inkurabbli, imma wara li talbet lil San Gabrijel tal-Addolorata, Ġemma fieqet għal kollox fl-ewwel Ġimgħa ta’ Marzu tal-1899.

Hawn hi talbet li tidħol soru mal-Passjonisti kif kienet ilha x-xewqa tagħha, imma t-talba tagħha ma kinitx milqugħa billi ħasbu li ma kellhiex saħħa biżżejjed. Minn dik l-istess sena beda jkollha ħafna esperjenzi spiritwali, li kollha ġew eżaminati b’reqqa mill-konfessur tagħha Patri Germano.

Għal 18-il xahar, Ġemma kellha wkoll f’idejha u f’riġlejha l-istigmati, il-pjagi ta’ Sidna Ġesù Kristu u esperjenzjat ukoll estasijiet u viżjonijiet.

Fl-1902, reġgħet rikbet marda qalila li wasslitha għall-mewt wara li offriet lilha nnifisha b’sagrifiċċju għall-midinbin, speċjalment għas-saċerdoti indenji.

Santa Ġemma Galgani mietet fil-11 t’April tal-1903 meta kellha 25 sena. Piju XII ikkanonizzaha f’Lapsi tal-1940.

Sena wara ġew ippubblikati 23 ittra lill-konfessur tagħha. Dawn juruna lil din il-qaddisa żagħżugħa bħala bniedma twajba, sinċiera u ġeneruża, umli u dejjem lesta biex tobdi lid-diretturi tagħha. Juru wkoll il-karattru ferrieħi u s-sens komun tagħha, u fuq kollox imħabbitha lejn Alla u l-apprezzament tagħha għat-tbatijiet ta’ Kristu għalina.

F’xi pajjiżi, San Ġemma, hija mfakkra fis-16 ta’ Mejju. Riflessjoni: Skont San Pawl, l-Iben t’Alla hu “d-dija tal-glorja ta’ Alla u x-xbieha tal-essenza tiegħu” (Lh. 1, 3). Mela għandna nkunu nafu li Alla ħares lejn il-ħlejjaq kollha bix-xbieha ta’ ibnu, u b’hekk tahom l-eżistenza naturali tagħhom, waqt li tefa’ fihom ukoll ħafna grazzji u doni naturali. Hekk ħalliehom mitmuma u perfetti kif jgħid il-Ġenesi: “U ħares Alla lejn kulma għamel u, ara, kollox kien tajjeb ħafna” (Ġen. 1, 31). Il-ħarsa ta’ għajnejh għamlitilhom ħafna ġid, ħafna ġid permezz tal-Verb, ibnu.

S. Ġwann tas-Salib

Page 25: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

24 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-3 punt

Saint Zechariah, the father of Saint John the Baptist, says, in the canticle he sang at the birth of his son, that the reason why Saint John is to walk before Jesus Christ and to prepare the way for him is to bring to his people the knowledge of salvation. But this knowledge is not enough; it is necessary for God, through Jesus Christ, our Lord, to show us the path we must follow and to inspire us to walk in the footsteps of his Son. Although in this life we sigh under the weight of our bodies and long to be free of this burden, it is God who created us for this very purpose and who gave us his Holy Spirit as a pledge. It is, then, up to God to direct our path straight toward heaven, so that we may surely arrive there. For this reason, it was as the Son of God that Jesus Christ became the Author of our eternal salvation. Salvation, as the Prophet says, comes from God; perfection likewise comes from him. As Saint James assures us, every excellent grace and perfect gift come from on high and descend from the Father of lights.

TALBA Int qaddis, Mulej Alla wieħed, li tagħmel ħwejjeg tal-għaġeb.

Int qawwi, int kbir, int l-aktar għoli. Int is-sultan li tista’ kollox,

int missier qaddis, sultan tas-sema u l-art. Int, wieħed-u-tlieta, Mulej Alla fuq l-allat,

int it-tjieba, kull tjieba, fuq kull tjieba, Mulej Alla ħaj u veru.

Int imħabba, int għerf, int umiltà, int sabar, int sbuħija, int ġwejjed.

Int kenn, int sliem, int hena u ferħ, int tama tagħna, int ġustizzja.

Int il-qies, int l-għana kollu tagħna. Int ġmiel, int ġwejjed.

Int li tħarisna. Int li tgħasses fuqna u tidħol għalina.

Int qawwa. Int serħan. Int it-tama tagħna, int il-fidi tagħna,

int l-imħabba tagħna, int il-ħlewwa kollha tagħna, int l-ħajja bla tmiem tagħna,

kbir u tal-għaġeb, Mulej Alla li tista’ kollox, feddej tal-ħniena.

San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 26: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 25

Il-Ħamis 12 t’April Santa Tereża de los Andes – reliġjuża Tereżjana

San Ġulju I – Papa San Alferju – abbati

San Żenone – isqof ta’ Verona

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 5: 27-33 Ta’ dan kollu hawn xhieda aħna flimkien mal-

Ispirtu s-Santu. 2. Salm 33: 2 u 9,17-18.19-20 Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu. 3. Ġwanni 3, 31-36 Il-Missier iħobb lill-iben, u ħalla kollox f’idejh. SANTA TEREŻA DE LOS ANDES (1900-1920) - reliġjuża Tereżjana Din hija l-ewwel beata u l-ewwel qaddisa miċ-Ċilì, pajjiż fl-Amerika Latina.

Kien jisimha Juanita Fernàndez Solar u twieldet Santiago, il-belt kapitali taċ-Ċilì fit-13 ta’ Lulju, 1900. Ta’ 7 snin daħlet fil-Kulleġġ tal-Qalb ta’ Ġesù f’Santiago, fejn damet sakemm kellha 18-il sena. Ta’ 10 snin għamlet l-ewwel tqarbina. Ta’ 16-il sena, fil-festa tal-Kunċizzjoni Immakulata, wegħdet ’l Alla li tiddedika ħajjitha lilu.

Kellha devozzjoni speċjali lejn l-Ewkaristija. Bdiet tgħin ’il-foqra u ’l-morda, tgħallem il-katekiżmu lit-tfal u żżur lill-familji fil-bżonn. Kienet dejjem ferrieħa u anke ċajtiera. Kienet tħobb l-isport u tirkeb iż-żiemel. Kienet tħobb il-passiġġjati twal fil-kampanja, speċjalment qrib il-baħar.

Meta darba żaret il-monasteru tal-Karmelitani Skalzi ta’ Los Andes, iddeċidiet li ssir Karmelitana tal-Klawsura bħal Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, li dak iż-żmien kienet għadha ma ġietx iddikjarata qaddisa u lanqas beata. Fehmet li t-triq tal-Karmelu kienet it-triq tas-salib. Imma hi s-salib ħabbitu għax kien ta’ Ġesù.

Fis-7 ta’ Mejju tas-sena 1919, daħlet fil-monasteru u ħalliet lill-familja għal dejjem. Bħala reliġjuża tawha l-isem ta’ Swor Tereża ta’ Ġesù. Fil-Karmelu sabet ’l Alla, u sabet l-ogħla ferħ ta’ qalbha. Għażlet il-faqar, il-penitenza u s-silenzju biex tingħaqad unikament mal-Mulej, u ma damitx ma ngħaqdet għal kollox miegħu.

Matul ir-Randan tal-1920 waqgħet marida. Għall-ewwel deher li ma kien hemm xejn gravi, imma fil-fatt kien hemm. Kienet mardet bit-tifù u tifù tassew qawwi.

Meta ndunat li t-tmiem ta’ ħajjitha kien qed joqrob, u rat li l-mewt kienet waslet, qalet: “Għal soru Karmelitana l-mewt mhix tal-biża’. Mhijiex ħlief il-bidu tal-ħajja vera. Mhix ħlief tgħanniqa ma’ Alla li hu mħabba bla tmiem.”

Mietet fit-12 ta’ April tas-sena 1920. Kellha biss 19-il sena u 9 xhur, u kienet ilha biss 11-il xahar fil-monasteru.

Page 27: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

26 SIGNUM FIDEI

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, fiż-żjara pastorali tiegħu fiċ-Ċilì fl-1987, ipproklamaha bħala l-ewwel Beata taċ-Ċilì, u fil-21 ta’ Marzu tas-sena 1993, l-istess Papa, ikkanonizzaha.

Il-Karmelitani Skalzi jiċċelebraw it-tifkira tagħha fit-13 ta’ Lulju. Riflessjoni: Min jimxi wara l-Mulej isib il-paċi kemm f’din id-dinja u kemm fil-ħajja eterna. Dan għaliex min jimxi wara Kristu mhux qiegħed jimxi wara tellief iżda wara rebbieħ. U la qiegħed jimxi wara persuna rebbieħa, it-triq li jkun għaddej minnha ser twasslu għar-rebħa tal-ħajja ta’ dejjem. F’mewtu l-bniedem ġust jifraħ għax jara l-frott t’għemilu; avolja fid-dinja ħadd ma kien jafhulu u forsi kien hemm ninn ippersegwitah. L-aqwa hi li t-tbatija wasslitu għall-glorja eterna ma’ Kristu Rxuxtat. Anġelo Xuereb Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, silta mill-1 punt

So that Jesus Christ may reign over your souls, you must pay him the tribute of your actions. All of them must be consecrated to him; in them there must be nothing that is not pleasing to him. They ought to have no other intention than to accomplish his holy will, which ought to direct all of them, so that there may be nothing human in them. Because the reign of Jesus Christ is divine, all that has any connection with it must be either divine or divinized by the relationship that it has with Jesus Christ. The main purpose he had in this world was to accomplish his Father’s will, as he declares in several passages in the Gospel. He also wishes that you, who are his members and his servants, be united with him and have this same purpose in your actions. Examine whether this is what you intend to do.

TALBA fuq Salm 18:2 “Inħobbok, Mulej, ... ħellies tiegħi.”

Grazzi, Mulej, li tnissel fija t-tama;

f’kull ċirkostanza tal-ħajja tiegħi. X’hena, Mulej,

li l-biża’ ma tagħmilx bija, li nħossni meħlus minn dak kollu li jfixkilni

u ma jħallinix li mmur lejn ħuti ... li jistennewni! Aħfirli Mulej,

għal dawk kollha li nwarrab, għax mhumiex bħali.

Grazzi li tikkonvertili dik il-ħarsa tiegħi, u li sserraħ u tillibera lil qalbi.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 28: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 27

Il-Ġimgħa 13 t’April San Martin I – Papa u martri

San Ermeneġildo – martri Il-Beata Margerita ta’ Castello

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Mill-istorja tal-istitut: Fit-13 t’April 1867, il-Beatu Bro. Scubilion Roussean miet fil-gżira ta’ Reunion, 400 mil ’il-bogħod mill-kosta tal-Lvant tal-Afrika, wara ħidma ta’ 34 sena fil-missjoni. Kien beatifikat mill-Papa San Ġwanni Pawlu II nhar it-2 ta’ Mejju 1989. Il-festa liturġika tiegħu ssir fis-27 ta’ Settembru.

Qari: 1. Atti 5, 34-42 L-appostli ħarġu minn quddiem is-Sinedriju ferħana talli ġew meqjusa bħala nies li jistħoqqilhom li jkunu mmaqdra minħabba l-isem ta’ Ġesù. 2. Salm 26: 1.4.13-14 Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej: li ngħammar fid-dar tiegħu. 3. Ġwanni 6: 1-15 Ġesù ħa l-ħobżiet u qassamhom lil dawk li kienu

bilqiegħda; u kulħadd ħa kemm ried. IL-BEATA MARGERITA TA’ CASTELLO (1287-1320) Margerita ta’ Castello kienet għamja, mifluġa, ħotbija, nana u diformata mit-

twelid. Il-ġenituri tagħha kienu n-nobbli tal-kastell ta’ Metola, min-naħa t’isfel ta’ Franza. Kien jisimhom Parisio u Emilia.

Tant kienet għalihom ta’ diżunur li għal erbatax-il sena ħallewha magħluqa fil-kastell biex ħadd ma jkun jista’ jaraha. Kellha l-privileġġ li tista’ tattendi għall-quddiesa u tirċievi s-sagramenti.

Semgħu bil-mirakli li kienu qed isiru fuq il-qabar ta’ Fra Giacomo, bniedem ta’ fama qaddisa u ħaduha fuq qabru, biex jitolbu għall-fejqan tagħha. Meta raw li ma seħħ l-ebda miraklu, abbandunawha.

Kien permezz ta’ kappillan tal-familja li Margerita saret taf fuq Alla. Eventwalment daħlet membru tat-terz’ordni tad-Dumnikani ta’ Castello, fejn kienet tgħix ħajja eżemplari fit-talb, il-penitenza u l-karità. Minkejja t-tbatijiet tagħha hija kienet dejjem serena, ferħana u kuraġġuża. Qatt ma kienet żorra, qatt ma kienet tgerger, qatt ma għamlet għal ħadd jew qatgħet qalbha. Qtigħ il-qalb ma kinetx taf x’inhu għax kienet tikseb is-saħħa mill-quddiesa u mit-tqarbin, u mit-talb lil Ġesu, Marija, Ġużeppi u San Duminku.

Margerita kienet kuraġġuża għaliex kienet tħares lejn it-tbatija bl-għajnejn tal-fidi. Ma kinitx taf il-għala Alla ppermetta li titgħabba b’tant diffetti f’ġisimha u tbatija. Imma kienet taf li Alla huwa Missier l-aktar ħanin li ma jippermetti xejn jekk mhux għal raġuni tajba.

In-nies kienu jitħassruha, imma hi ma kienet imdejqa xejn għaliex kienet ferħana li tista’ ssoffri u jkollha sehem fit-tbatija ma’ Kristu. L-uġigħ u t-tbatija

Page 29: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

28 SIGNUM FIDEI

poġġewha f’pożizzjoni li tifhem u tħoss għall-oħrajn. Kienet iżżur il-ħabsin, tgħin lill-morda u tikkonforta lill-moribondi.

Mietet ta’ 33 sena u attendew folol kbar għall-funeral tagħha. Tfajla li kienet magħtuba fieqet b’miraklu waqt il-funeral tagħha. Ġiet midfuna fil-knisja stess.

Fl-1558, il-fdalijiet ta’ Margerita kienu trasferiti u għalkemm it-tebut u l-ħwejjeġ tagħha nstabu mmermra, ġisimha kien għadu ppriservat.

Ġiet ibbeatifikata fid-19 ta’ Ottubru tal-1609, mill-Papa Pawlu V. L-interċessjoni tagħha hija l-aktar mitluba minn dawk li jsofru mard tal-

għajnejn u tal-muskoli, u saret ispirazzjoni għal moviment kontra l-abort “Pro-Life Movement”.

Riflessjoni: L-Ewkaristija, l-ogħla sagrament, hija prinċipalment ikla, bħal dik li Ġesù qasam mal-poplu fil-Vanġelu tal-lum. L-intenzjoni tagħha hi li mhux biss ġġib flimkien lilna ma’ Alla, iżda wkoll wieħed mal-ieħor. San Tumas t’Aquinu qal li l-aqwa bidla li Alla fittex fl-Ewkaristija mhux il-bidla tal-ħobż u l-inbid fil-ġisem u d-demm ta’ Kristu imma t-trasformazzjoni tagħna fil-preżenza ta’ Ġesù. Meta aħna nitqarbnu jfisser li nirċievu l-ġisem ta’ Ġesù fl-Ewkaristija waqt li naraw l-ġisem ta’ Ġesù fil-ġirien tagħna. Ma nistgħux ikollna sehem immeritat minn tal-ewwel jekk ma nagħtux kas tat-tieni. Addattata mill-kitba ta’ Harold A. Bueto

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 47, silta mill-1 punt

It is no doubt a great honor for us that God desires so much to dwell with us continually and to make himself in some way tangible to us in the Most Blessed Sacrament of the Eucharist, in order to procure for us a great number of graces, both interior and exterior. The angels offer their adoration to him there; they acknowledge their nothingness before this sacred treasure, the consolation of everyone on earth... Strive to share these sentiments and to offer Jesus Christ in this mystery your very humble thanks for the goodness he has shown by communicating himself to you in this sacrament and by being always ready to impart to you an abundance of his graces.

TALBA Ruħi tixtieqek O Alla ħaj,

Missier, Iben u Spirtu s-Santu. Agħtini li nfittxek fil-ħolqien fejn int mistur, fil-Vanġelu fejn int tirrivela lilek innifsek.

Infittxek f’qalbi, fejn inti tgħammar fl-Ewkaristija, fejn int tingħata lilek innifsek fil-ħajja ta’ kuljum, fejn int tgħarrafni bis-sinjali, fil-proxxmu tiegħi

li fih int turi wiċċek. Fis-skiet fejn int tkellimni fix-xogħol u fit-talb,

fejn kontinwament int tgħallimni nemmen, inħobb u nittama.

Bro. Louis Camilleri Missierna ...

Page 30: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 29

Is-Sibt 14 t’April San Pietru Gonzales (Sant’Iermu) - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 6: 1-7 Agħżlu sebat irġiel mimlija bl-Ispirtu s-Santu. 2. Salm 32: 1-2.4-5.18-19 Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna. 3. Ġwanni 6: 16-21 Raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar. SAN PIETRU GONZALES (†1246) - reliġjuż Pedro Gonzales kien ġej minn familja nobbli ta’ Kastilja, fi Spanja. Wieħed

minn zijietu kien isqof ta’ Astorga, li eduka lil Pedro u anki kisiblu t-titlu ta’ kanonku tal-katidral minkejja li kien għadu taħt l-età.

Darba f’jum tal-Milied, hekk kif kien kollu mdandan imlibbes bl-iżjed ilbies fin biex jieħu l-pussess bħala kanoniku, kien imtajjar minn fuq iż-żiemel tiegħu u mitfugħ f’ħofra mimlija tajn, fost id-daħk ta’ dawk kollha li raw dan l-inċident.

F’daqqa waħda ħajtu nbidlet għal kollox għax din il-ġrajja ġegħlitu jiftaħ għajnejh u jara l-frugħa kollha tiegħu. “Jekk id-dinja daħket bija” qal, “jien irrid nidħak bid-dinja.”

Ħalla l-pożizzjoni li kellu u daħal Dumnikan. Kien predikatur kapaċi u anke ġie nominat bħala l-kappillan irjali minn San Ferdinandu III, re ta’ Kastilja u Leon.

Dan il-patri Dumnikan kien meqjum ħafna mill-baħħara Spanjoli u Portugiżi li kien jagħmlilhom żjarat fuq ix-xwieni tagħhom.

Huwa miet fl-14 ta’ April, 1246. Kien ibbeatifikat mill-Papa Innoċenz IV fl-1254 u kkanonizzat fit-13 ta’ Diċembru 1741 mill-Papa Benedittu XIV.

Huwa l-qaddis protettur tal-baħħara li jsejħulu taħt l-isem ta’ Elmo jew Erażmu, li minnu ġej l-isem ta’ Iermu li għalih hija msemmija l-famuża Forti Sant’Iermu fil-belt Valletta.

Riflessjoni: F’ħajjitna wkoll ngħaddu mit-tempesti, bi sħab ikrah u dlamijiet, u xi drabi minn xi sitwazzjonijiet fejn ikollna nbiddlu d-direzzjoni. Dawn l-maltempati, minn barra jew minn ġewwa, jistgħu jkunu għalina okkażjonijiet fejn nissaħħu u nkabbru l-fidi, t-tama, u l-karità ma’ ħutna l-bnedmin. Addattata mill-kitba ta’ Harold A. Bueto

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, silta mill-1 punt

You have, without doubt, a need for light in this life, where you are always as if upon a stormy sea at the risk of your salvation. Have recourse to Mary. She will enlighten you and help you know God’s will for you, because she shares in the light of Jesus Christ, her Son, who came into this world to enlighten everyone (even though many did not recognize him). She is a light shining in the darkness. Ask her often, then, to enlighten your mind and to make it docile to the truth. Because she knows the truth perfectly, it is easy for her to instruct you in the truth and to make you understand what you, who are only in darkness, cannot understand.

Page 31: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

30 SIGNUM FIDEI

TALBA

fuq San Mark 4:35-41 “Għaliex qegħdin tibżgħu?”

Mulej Ġesù! Naf li inti preżenti fil-qalba ta’ din id-dinja

imqanqla b’tant inkwiet … meta nibda nimtela bl-aġitazzjoni fija nnifsi

u fuq ta’ madwari, kun miegħi biex tikkalmani.

Meta jiena ninsab imħasseb, imdejjaq, qisni ser nifga

isma’ l-leħen tiegħi, kif ngħajjatlek kun paċenzjuż mal-povri bnedmin!

Agħti lil kulħadd għajnuna, kuraġġ, u qawwa. Agħti d-dawl lill-mexxejja tad-dinja

u għin lill-bnedmin li jitkellmu u jifhmu l-istess lingwa. Kattar fina lkoll il-fidi.

Ammen. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 32: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 31

Il-Ħadd 15 t’April It-Tielet Ħadd tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 3: 13-15.17-19 Intom qtiltu lil sid il-ħajja, imma Alla qajmu mill-imwiet. 2. Salm 4: 2.4.7.9 Ixħet fuqna, Mulej, id-dawl ta’ wiċċek. 3. 1 Ġwanni 2: 1-5a Kristu ħallas għad-dnubiet tagħna u tad-dinja kollha. 4. Luqa 24: 35-48 Kif hemm miktub fl-iskrittura: Il-Messija kellu jbati u jqum

mill-imwiet fit-tielet jum. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

L-insistenza ta’ San Luqa li Ġesù Rxoxt mhuwiex xi fantażma imma r-raġel tad-demm u l-laħam li kienu jafu d-dixxipli, m’għandhiex biss l-iskop li turina l-istorja tal-qawmien, imma anke dak biex tiddefendi – b’mod qawwi – il-fatt fiżiku: “Araw idejja u riġlejja. Jiena hu! Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu m’għandux laħam u għadam bħalma qegħdin taraw li għandi jien" (Lq. 24 :39), jgħid il-Mulej li, wara li ħa biċċa ħuta, kielha quddiemhom. Din is-sejħa tal-evanġelista għar-realtà, timbotta l-ideat ta’ min għal elfejn sena pprova jeqred il-ġrajja li fuqha jinbena l-Kristjaneżmu. Lil min wara għoxrin seklu għadu jakkuża lill-Knisja u lill-qassisin li mhuma xejn aktar ħlief bejjiegħa tal-illużjonijiet u jaħseb li l-prattika tal-fidi hi biss mistifikazzjoni għal dawk li huma l-iktar dgħajfa. Akkużi antiki, mgiddba mir-realtà tal-fatti, akkużi li jistgħu faċilment jintbagħtu lura lil min ivvintahom. Propju għaliex iktar ma’ din id-dinja tipprova tkun xettika u suspettuża lejn Alla u lejn min jemmen, iżjed tiskopri li qed jinfiltraw fiha superstizzjonijiet, twemmin u fantażmi tal-passat li ħasbet li kienet ikanċellat darba għal dejjem.

Dan it-test mhux biss għandu bixra apoloġetika, imma jirrivelalna kif il-fidi Kristjana għandha għeruqha fl-istorja tant li ma jiftiehemx mingħajrha. Fuq kollox x’inhu l-Kristjaneżmu jekk mhux il-misteru tal-inkarnazzjoni tal-Verb, il-kelma divina li saret ġisem, demm, ħajja li ġġib magħha flimkien mal-feriti tal-ħażen, il-marki tal-feriti mfejqa tal-maħfra; li ssir storja ta’ kull wieħed u waħda minna u tal-umanità? Kurjuż il-fatt li hi propju l-Knisja, li spiss kienet akkużata li taljena n-nies mill-ħwejjeġ tad-dinja biex iħarsu lejn is-sema, li llum għandha rwol kuntrarju, dak li tiddefendi lid-dinja, li tistieden lin-nies biex jibqgħu b’saqajhom mal-art, biex ikunu f’kuntatt mar-realtà li nkunu ttentati li nirrifjutaw għaliex tkun skomda. Għaliex ma taqbilx mal-aspettattivi ta’ nies imfissda u mimlijin pretensjonijiet ; għax fi żmienna qegħdin nippruvaw noħolqu kollox mill-ġdid anke lill-bniedem, mhux iżjed xbiha t’Alla imma tiegħu nnifsu … u nistgħu nimmaġinaw x’dinja se jkollna.

Madankollu kif jurina l-Vanġelu, jekk hu essenzjali li nibqgħu mal-fatti, mhux biżżejjed biex nifhmu s-sinifikat tagħhom: tixhed għal dan il-konfużjoni tad-dixxipli quddiem Ġesù Rxoxt għalkemm jidhrilhom tad-demm u l-laħam quddiemhom, tikkonfermah ħajjitna bl-ambigwità tagħha u d-diffikultà li anke aħna li nemmnu nsibu biex nifhmu l-ġrajjiet. Għalhekk jeħtieġ niftħu moħħna

Page 33: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

32 SIGNUM FIDEI

u qalbna għall-«għerf tal-kotba mqaddsa» kif jagħmel il-Mulej mad-dixxipli ta’ Emmaws, mhux ta’ b’xejn it-tnejn iħossu jixegħlu f’qalbhom il-paċi u l-ferħ, id-doni li bihom l-Irxoxt jeqred għal dejjem il-biża’ tal-appostli.

Hekk isseħħ dik il-bidla li hi fl-għeruq tas-salvazzjoni tagħna u tad-dinja: minn naħa l-Kelma t’Alla tobbligana li nilqgħu u ma naħarbux il-ġrajjiet ta’ kuljum, u biex kuljum naċċettaw ir-realtà konkreta bid-dilemma tal-ħażen u tal-uġigħ u l-mewt; u min-naħa l-oħra n-nuqqas ta’ sens li hemm fid-dinja u fil-ġrajjiet tagħha jobbliga lil min jemmen biex jagħmel il-Kelma t’Alla, musbieħ għal riġlejh. Mill-qawmien ta’ Kristu din il-bidla sseħħ fil-milja kollha tagħha mhux biss fil-persuna ta’ Ġesù, Verb inkarnat ta’ Alla, imma f’kull mgħammed u għalhekk anke ġewwa fina, li aħna msejħin biex inkunu xhieda kredibbli tiegħu fid-dinja: u dan minkejja l-limitazzjonijiet tagħna, id-difetti u d-dnubiet li bħal pjagi fil-ġisem glorjuż ta’ Ġesù, jibqgħu miftuħin fil-ġisem tagħna u tal-Knisja, imma issa ma jnixxux iktar demm.

Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, silta mill-1 punt Jesus Christ came down from heaven only to procure the salvation of all people. He knew that this purpose would not be accomplished unless he suffered much and died on the cross. Therefore, at the moment of his incarnation, he offered himself to the Eternal Father to suffer whatever would be in accord with his will to satisfy for our sins. For it was impossible, says Saint Paul, that sins be blotted out by the blood of goats and bulls. For this reason, continues the same saint, Christ said to God: Holocausts and sin offerings have not pleased you; then said I, behold, I come to fulfill your will. This same will, affirms the same Apostle, has sanctified us by the offering that Jesus Christ made, once for all, of his body.

TALBA

Mulej Alla, kun int il-qawwa tiegħi, il-parir, l-għaqal, il-fidi, il-konsolazzjoni tiegħi.

Kun int Mulej Alla, il-kelma tiegħi, it-tama tiegħi,

l-hena, it-triq tiegħi, il-konverżjoni tiegħi,

biex inwettaq ir-rieda tiegħek bi ħniena u bi mħabba.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 34: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 33

It-Tnejn 16 t’April San Benedittu Ġużeppi Lebre Santa Bernardina Soubirous San Kontardo d’Este - prinċep

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 6: 8-15 Ma kellhomx ħila jieqfu lil Stiefnu għall-għerf u għall-ispirtu li bih kien jitkellem. 2. Salm 118: 23-24.26-27.29-30 Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej. 3. Ġwanni 6: 22-29 Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall- ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem. SANTA BERNARDINA SOUBIROUS (1844-1879) Din il-qaddisa tibqa’ l-aktar magħrufa minħabba d-dehriet li kellha tal-

Madonna f’Lourdes. Maria Bernarda twieldet f’Lourdes u kienet il-kbira minn sitt aħwa, ulied

Francois Soubirous u martu Louise Castérot. Bernadette, kif kienu jsejħulha d-dar, kienet tifla marradija u tbati bl-ażma, u meta kellha 10 snin anki ħadet il-marda tal-kolera. Missierha li kellu makna tad-dqiq ma kienx jinqala’ għan-negozju u l-familja sabet ruħha f’faqar kbir u kellha tmur toqgħod f’dar se taqa’ u ma taqax.

It-tifla rċeviet ftit skola, u kienet miżmuma bħala moħħha ma jagħtihiex. Fl-1858, fis-sena li fiha għamlet l-Ewwel Tqarbina, seħħew ġrajjiet straordinarji li biddlu għal kollox ħajjitha u li għamluha tant magħrufa.

Id-dehriet tal-Madonna b’kollox kienu 18-il waħda. F’dik tal-25 ta’ Marzu, meta Bernadette reġgħet staqsiet lis-sinjura tad-dehriet x’kien jisimha, il-Madonna weġbitha: “Jiena l-Kunċizzjoni Immakulata.” Il-Papa B. Piju IX kien ipproklama d-domma tat-tnissil bla tebgħa ta’ Marija fit-8 ta’ Diċembru ta’ tliet snin qabel.

L-ilma li ħareġ mill-post fejn Bernadette ħaffret fuq it-talba tal-Madonna sar għajn ta’ fejqan għal bosta, imma dak l-istess ilma lilha ma fejjaqhiex mill-mard tagħha. Kienet qaltilha l-Madonna: “Inwiegħdek li nagħmlek hienja, mhux f’din id-dinja iżda fl-oħra”.

Bernadette kellha tgħaddi minn żminijiet diffiċli: sabet oppożizzjoni u ma kinitx emmnuta kemm mill-awtoritajiet tal-Knisja kif ukoll dawk ċivili. Ma tawx kasha għax qalu li kienet tifla sempliċi, bla skola u tbati mill-alluċinazzjonijiet. Imma s-sinċerità ovvja tagħha u s-sens komun tagħha wasslu biex ħafna bdew jemmnu fid-dehriet. Hi kienet tobgħod il-pubbliċità li għaliha kienet esposta minħabba d-dehriet u kienet tirrifjuta li taċċetta flus jew rigali oħra mill-ħafna nies li kienu jmorru biex jarawha.

Fl-1864, talbet biex tidħol fil-kunvent tas-sorijiet ta’ Notre Dame f’Nevers, imma minħabba saħħitha ma ġietx milqugħa qabel l-1866, meta kienet aċċettata bħala novizza u ħadet l-isem ta’ Maria-Bernarda.

Page 35: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

34 SIGNUM FIDEI

Hi għexet il-bqija ta’ ħajjitha bħala soru ordinarja u ma ħarġitx mill-kunvent, lanqas fl-1876 fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru biex ifakkru l-ftuħ ta’ bażilika ġdida f’Lourdes. Jidher li din kienet għażla tagħha; xtaqet kieku tkun preżenti imma riedet tevita l-attenzjoni fuqha. “O, kieku kont nista’ mmur bla ma ħadd jarani”, qalet.

Kellha xewqa kbira li titqaddes: “Jeħtieġli nkun qaddisa,” kitbet, “Ġesù dan li jrid minni u jiena obbligata li nkun hekk mill-vokazzjoni tiegħi.”

Kellha sens kbir ta’ umiltà. Dwar dak li ġara minnha qabel ma daħlet reliġjuża, Bernadette xebbhet lilha nfisha ma’ xkupa: “Il-Madonna nqdiet bija. Imbagħad qegħduni lura fir-rokna tiegħi. Jiena hienja li nieqaf hemm.”

Il-mard qatt ma ħallieha għal kollox. L-aħħar erba’ snin ta’ ħajjitha, il-mard daħal aktar ’il ġewwa. Kienet issofri minn tuberkolożi fl-għadam bi tbatijiet kbar. Mietet ta’ 35 sena, nhar is-16 ta’ April tas-sena, 1879.

Bernadette Soubirous kienet iddikjarata qaddisa fis-Sena Mqaddsa tal-Fidwa 1933, mill-Papa Piju XI.

Riflessjoni: Għandna niftakru f’dak li qal Ġesù li l-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla. Il-materjal hu importanti iżda jekk dan ikun ta’ detriment għall-ħajja spiritwali mhuwiex ser jagħmilna kuntenti, anzi jħallilna vojt u dalma f’qalbna. Niftakru li l-Ewkaristija hija l-ħobż tal-ħajja ta’ dejjem. Din id-dinja tgħaddi għalina wkoll, u l-Ewkaristija hija dak l-ikel li bih Kristu jsaħħaħna fit-triq lejn l-Eternità. Anġelo Xuereb Ir-Rebħa Tiegħu ... Ir-Rebħa tagħna.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 49, silta mit-3 punt

A soul who eats, then, this flesh of Jesus Christ and is nourished by this meat no longer lives a natural life, no longer seeks to satisfy its senses, no longer acts by its own spirit but by the Spirit of its God, who has become its nourishment. Are these the effects produced in you by union with Jesus Christ in the Eucharist?

TALBA

IĠesù nagħtik kull qima, int vittma u kbir qassis;

il-ġisem u d-demm tiegħek saru ikel wisq għażiż.

Missierna ...

Page 36: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 35

It-Tlieta 17 t’April San Aniċetu – Papa, martri Santa Katerina Tekakwita

Il-Beata Kjara Gambacorti (1362-1420)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 7: 51 – 8,1a Mulej Ġesù, ilqa’ r-ruħ tiegħi. 2. Salm30: 3ċd-4.6ab u 7b u 8a.17 u 21 Mulej, f’idejk jien nerħi ruħi. 3. Ġwanni 6: 30-35 Mhux Mosé iżda Missieri jagħtikom il- ħobż tassew mis-sema. IL-BEATA KLARA CAMBACORTI – armla (1362-1419) Thora Cambacorti kienet ta’ nisel nobbli. Missierha Pietru kien gvernatur ta’

Pisa, l-Italja. Ta’ 7 snin ried jgħarrasha lil żagħżugħ nobbli sabiex ikun jista’ jsaħħaħ il-poter, iżda it-tifla, għalkemm ta’ età żgħira, kienet ġa tat qalbha lil Għarus Divin.

Iżda missierha kompla sejjer bl-għerusija kontra x-xewqa tagħha. Però hi qatt ma ltaqgħet ma’ dan iż-żagħżugħ għaliex mar għall-gwerra u miet fl-1377, mingħajr ma reġa’ lura lejn Pisa.

Il-ġenituri tagħha ppruvaw jerġgħu jżewġuha, iżda Thora qatgħet xagħarha, u tat l-ilbies lussuż tagħha u kull ma kellha lill-fqar. Libset ilbies ta’ xkora raffa u rnexxielha tidħol fil-kunvent tal-Klarissi, fejn bidlet isimha għal Klara.

Ma damitx wisq f’dan il-kunvent għaliex huwa ġie għaliha b’forza u reġa’ ħadha lura. Inżammet għal ħames xhur imsakkra f’darha, xi kultant anke mingħajr ikel. Lanqas setgħet toħroġ biex tattendi għall-quddiesa.

Fl-aħħar, fil-festa ta’ San Duminku, oħtha tar-rispett ħaditha biex tisma’ quddiesa fi knisja tad-Dumnikani, u waqt li kienet qed titlob, Alla nebbaħha li s-sejħa tagħha kienet biex isservih fl-Ordni Dumnikana u mhux fl-Ordni Franġiskana.

Bil-paċenzja rnexxielha tegħleb ir-reżistenza tal-familja tagħha u daħlet fil-kunvent tad-Dumnikani, tas-Salib Imqaddes, barra mill-belt. F’dan il-kunvent damet biss 4 snin għaliex ħasset li l-virtù tal-povertà ma kinitx stretta biżżejjed.

Hija u ħamsa oħra telqu minn dan il-kunvent u marru jgħixu f’kunvent ieħor ta’ San Duminku, li nbena apposta għalihom. Hawn bdew josservaw regola stretta ħafna. Klara laħqet badessa ta’ dan il-kunvent.

Min hawn bdiet ir-riforma tal-Ordni Dumnikan. Għalkemm il-komunità kienet tgħix fi klawsura, Klara sabet mezz li tilħaq il-

fqar u l-batuti. Qabdet żewġ sorijiet, li kellhom il-permess li joħorġu, biex iżuru l-isptarijiet u l-ħabsijiet.

Permess tal-pariri tagħha, kollha għerf u inkuraġġiment, mexxiet kemm il-persuna, fosthom bosta patrijiet, fid-direzzjoni spiritwali. Dan kienet tagħmlu l-iżjed permezz tal-ittri.

Page 37: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

36 SIGNUM FIDEI

Hija mardet serjament u mietet fl-età ta’ 57, fl-1419. Ħafna grazzji u mirakli kienu attribwiti bl-interċezzjoni ta’ din il-beata u

għalhekk il-Papa Piju VIII, ibbeatifikaha. Riflessjoni: Meta nirriflettu dwar Alla, l-iżjed fuq il-kelma tiegħu u l-Ewkaristija, aħna nippruvaw inġegħlu lil Alla jimxi kif irriduh aħna jew nifmhu fil-verità li aħna maħluqin biex nieħdu t-triq li jrid Hu? Fil-vanġelu tal-lum, għalkemm Ġesù, il-ġurnata ta’ qabel kien tema’ u xebba lill-folla mirokolożament, xorta riedu li Alla jkun għalihom skont ma jikkondizzjonawlu huma. Però Ġesù qalilhom li ma kienx Mosè li bagħtilhom il-manna: iżda Alla, u li huwa l-ħobż tal-Kelma t’Alla li jagħti l-ħajja lid-dinja. Imbagħad Ġesù ħasadhom meta pproklama li kien hu l-ħobż li jagħti l-ħajja. Addattata mill-kitba ta’ Harold A. Bueto

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 48, silta mill-1 punt

The Jews gloried in the fact that Moses had given their forefathers a bread from heaven, but Jesus Christ told them that they were mistaken, that it was his Eternal Father who gives the true bread from heaven and that he is this living Bread come down from heaven. Indeed, he is living in those who receive him, for when they receivethe sacrament of the holy Eucharist with holy dispositions, he gives himself generously to all the faculties of their souls and carries out there the actions of life. He guides and directs them by his divine Spirit, by whom he lives and acts in them.

TALBA

Mulej tiegħi, għad li ma jistħoqqlix

u għad li jien bniedem midneb, int bgħattli dan il-faraġ mis-sema.

Jien nroddulek mill-ġdid lura, ħu ħsiebu inti,

inkella nħossni qisni ħalliel li nisraq it-teżor tiegħek biex inżommu għalija.

Ammen. San Bonaventura

Missierna ...

Page 38: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 37

L-Erbgħa 18 t’April San Ġaldinu – isqof

Il-Beata Marija tal-Inkarnazzjoni – reliġjuża Il-Beata Savina Petrelli – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 8: 1b-8 Bdew ixandru l-kelma kull fejn marru. 2. Salm 65: 1-7a Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha. 3. Ġwanni 6: 35-40 Din hi r-rieda tal-Missier: li kull min jara lill-iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta’ dejjem. IL-BEATA MARIJA TAL-INKARNAZZJONI (1566-1618) Twieldet f’Pariġi fl-1 ta’ Frar 1566, minn familja Nisranija ħafna. Kienet bint

Nicholas Avrillot li kien Ministru tal-Finanzi u wara laħaq il-Kanċillier tar-Reġina Margarita ta’ Valois, li aktar tard iżżewġet lill-futur Re Neriku IV. Isimha kien Barbe.

Barbe rċeviet l-edukazzjoni tagħha għand is-sorijiet Franġiskani ta’ Long Champs, fejn zijitha kienet is-superjura.

Barbe kienet iddeterminata li tkompli tgħix il-ħajja reliġjuża, imma ommha daqstant ieħor kienet iddeterminata li Barbe tiżżewweġ skont il-moda tal-klassi għolja ta’ dak iż-żmien.

Kellha 11-il sena meta għamlet l-Ewwel Tqarbina u minn dakinhar bdiet tħoss il-ġibda għall-ħajja reliġjuża. Ta’ 14-il sena ħaditha ma’ ommha u ma riditx taf bi żwieġ.

Ommha ġagħlitha tgħix f’kamra għal sentejn, kamra li ma kinitx imsaħħna, biex forsi Barbe ċċedi.

Ta’ 16-il sena Barbe aċċettat li tiżżewweġ lil Pierre Acarie, Viskonti ta’ Villemore, żagħżugħ intelliġenti, avukat sinjurun u kattoliku ferventi. Ma setgħetx ikollha raġel aħjar.

Pierre kien jgħin lir-rifuġjati Kattoliċi Ingliżi mill-persekuzzjoni tar-Reġina Eliżabetta.

Barbe fl-aħħar ċediet li tibda tilbes ħwejjeġ tal-moda skont il-pożizzjoni tagħha. Tant kienet tidher sabiħa li qalgħuhielha “La Belle Acarie”.

Il-koppja kellha sitt itfal. Barbe kienet tgħaddi wisq ħin fuq kif ser tgħix skont il-klassi ta’ dak iż-żmien. Pierre nduna b’dan, li kienet qiegħda tgħaddi ħafna ħin taqra r-rumanzi. Din il-ħajja ta’ tgawdija u xalar ma damitx sejra, u bidlilha l-kotba ma’ dawk aktar spiritwali.

Bil-mod il-mod Pierre ntebaħ li Barbe kienet bdiet tgħix ħajja spirtwali intima, li xi drabi wassluha għall-estażi. Kien patri kapuċċin Ingliż, Fr. Benet Canfield li assiguraha li l-esperjenzi li kienet tgħaddi minnhom kienu ġejjin minn Alla.

Nerik IV attakka lil Pariġi, Pierre ġie eżiljat u peress li kien nefaq somom kbar biex jiddefendi lill-Kattoliċi, Barbe sabet ruħha f’sitwazzjoni kerha ferm.

Page 39: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

38 SIGNUM FIDEI

It-tfal bagħatithom għand is-sorijiet. Marret tgħix mal-kuġin tagħha, ħadet f’idejha d-difiża tar-raġel. Kienet tmur tarah regolarment, Soissons, fejn kien 60km ’il bogħod. Waqgħet darbtejn minn fuq iż-żiemel u kisret saqajha. Ħadulha kull ma kellha u ġiet umiljata sal-aħħar.

Fl-1593, ir-Re Neriku IV reġa’ sar Nisrani u Pierre ġie meħlus u sab ruħu bla flus, bla xogħol u sab li d-dar tbiddlet f’post ta’ spiritwalità.

Barbe rsistiet biex tagħmel xogħol ta’ ħajja Nisranija għal Franza u waqqfet il-“Karmelitani ta’ Franza”. Għenet biex twaqqaf is-Soċjetà tal-Oratorjani.

Fl-1613 Pierre miet wara li daret bih sal-aħħar. Wara l-mewt tiegħu, iddisponiet mill-propjetà u l-ġid kollu tagħha u daħlet mas-Sorijiet Karmelitanti ta’ Amiens.

Nota: Fl-1792, 16-il soru minn dan il-monasteru mietu martri fir- Rivoluzzjoni Franċiża – Il-Beati Karmelitani.

Tawha l-isem ta’ Marija tal-Inkarnazzjoni. Kienet tagħmel il-faċendi, tgħin fil-kċina u l-aħħar erba’ snin ta’ ħajjitha għaddiethom mingħajr ma ħadd jagħti kas tagħha, sħabha jiffrontawha, jgħajjruha u ma jikkalkulawhiex.

Minħabba l-marda kerha, ħaduha f’kunvent ieħor f’Pontoise. Mietet fit-18 ta’ April 1618, kien l-Għid, kellha 52 sena.

Il-Papa Piju VI bbeatifikaha fl-1791. Riflessjoni: Jekk jirnexxilna nifhmu li Ġesù mhux xi profeta kbir jew xi figura religjuża mondjali, imma li hu l-wiċċ ta’ Alla, li hu, hu Alla, niskopru l-kobor ta’ Kristu u nsiru nafu min hu Alla. Alla mhux xi dell imbiegħed, imma għandu wiċċ. Tiegħu huwa l-wiċċ tal-ħniena, il-wiċċ tal-maħfra u l-imħabba, il-wiċċ tal-laqgħa magħna. Il-Papa Benedittu XVI Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 196, silta mit-3 punt This must be your goal when you instruct your disciples, that they live a Christian life and that your words become spirit and life for them. Your words will accomplish this because 1) they will be produced by the Spirit of God living in you, and 2) they will procure the Christian spirit for your disciples. In possessing this spirit, which is the Spirit of Jesus Christ, they will live that true life which is so valuable to us because it leads surely to eternal life.

TALBA O Alla, l-aktar għoli u glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi.

U sawwab fija fidi vera, tama ċerta u mħabba perfetta.

Agħtini, Mulej, li nħoss u nagħraf lilek biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek.

Ammen San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 40: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 39

Il-Ħamis 19 t’April Santa Emma tas-Sassinja – armla

San Ljun IX – Papa San Espeditu ta’ Militene – martri San Elfego – isqof ta’ Canterbury Il-Beatu Ġakbu Duckett – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 8: 26-40 Ara, hawn l-ilma! X’qiegħed iżommni li ma nitgħammidx? 2. Salm 65: 8-9.16-17.20 Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha. 3. Ġwanni 6: 44-51 Jien hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. IL-BEATU ĠAKBU (JAMES) DUCKETT - martri (†1602) Ġakbu Duckett kien minn Westmorland, l-Ingilterra. Trabba fir-reliġjon

protestanta u sar apprentista ma’ stampatur f’Londra. Meta rrifjuta li jattendi servizzi reliġjużi protestanti għax daħlulu dubji dwar il-

protestantiżmu, hu kien mitfugħ il-ħabs fejn inżamm għal sentejn. Meta ħareġ, beda jitgħallem il-fidi kattolika mingħand saċerdot u sar kattoliku.

Hu ddedika ruħu li jxerred il-fidi kattolika permezz tal-istampar ta’ kotba kattoliċi u jqassamhom.

Wara li hu żżewweġ armla kattolika, hu kellu jgħaddi disa’ snin mit-tnax li ġew wara fil-ħabs minħabba l-attivitajiet tiegħu.

Ġie akkużat minn ċertu Peter Bulloch, li ġieli llegalu xi kotba. Hu kien akkużat li stampa l-ktieb tas-Supplicationis ta’ Fr. Southwell - li filfatt ma kienx il-każ - u fuq akkużi oħra. Meta James Duckett ammetta li kellu kotba kattoliċi fil-pussess tiegħu, hu ġie kkundannat għall-mewt.

Meta martu marret iżżuru fil-ħabs, hu ħeġġiġha biex tibqa’ qaddejja ta’ Alla “u fl-għaqda mal-Knisja ta’ Alla, u jiena nkun nista’ nagħmel miegħek aktar ġid, issa li sejjer għand ir-Re tar-Rejiet.”

James Duckett kien mgħallaq, fit-Tyburn, nhar id-19 ta’ April tas-sena 1602. Flimkien miegħu ġie maqtul ukoll it-traditur tiegħu Peter Bulloch, li hekk kif kienu t-tnejn flimkien fuq il-forka, il-Beatu urieh li kien ħafirlu għal dak li għamillu.

Il-Papa Piju XI iddikjarah beatu fl-1929. Riflessjoni: “Trid idduq ġismu biex ikollok il-ħajja ta’ dejjem. Araw b’liema mħabba jħobbna Ġesù, tana saħansitra ġismu u demmu biex jinvadina kuljum bl-istess imħabba tiegħu. U m’hemmx triq oħra jekk aħna rridu s-salvazzjoni u l-eternità; irridu nieklu ġismu u nixorbu demmu. Dan huwa l-mod kif hu jibqa fina u aħna fih.”

Mitt Minuta mal-Mulej – Pubblikazzjoni Dumnikana

Page 41: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

40 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 26, silta mit-3 punt

The love of Jesus Christ for us led him to institute this divine sacrament in order to give himself entirely to us and to remain always with us. He knew that immediately afterward he would suffer and die for us, that this offering he would make of himself on the cross would occur only once, and that after his Ascension into heaven, he would no longer appear among us. This is why, to give us a sign of his tender love and goodness before dying, he left to his Apostles and to the whole Church in their person, his body and blood to be for us in the ages to come a precious proof of the tender love he feels for us. Today, receive this gift with respect and thanksgiving. Give Jesus love in return for his love, considering what a great benefit you receive. May this love you have for him and the desire you have to be united with him lead you to have a great love for frequent Communion.

TALBA Missier,

f’idejk nintelaq jiena. Agħmel minni dak li jogħġbok.

Niżżikħajr għal dak kollu li tagħmel bija: jien lest għal kollox,

nilqa’ kollox. Agħmel biss li r-rieda tiegħek isseħħ fiha,

u fil-ħlejjaq kollha tiegħek. Ma nixtieq xejn aktar, Mulej.

F’idejk jien nitlaq ruħi; nagħtihielek bl-imħabba kollha ta’ qalbi,

għax jien inħobbok, Mulej, u għalhekk inħoss il-ħtieġa

li nagħti lili nnifsi lilek, li nintelaq f’idejk għal kollox

u b’kunfidenza bla tarf, għax int Missieri.

Charles de Foucauld

Missierna ...

Page 42: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 41

Il-Ġimgħa 20 t’April Santa Anjeże ta’ Montepulciano Il-Beata Kjara Bosatta – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 9: 1-20 Hu għodda magħżula minni biex iwassal ismi quddiem il- ġnus. 2. Salm 116: 1.2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. 3. Ġwanni 6: 52-59 Ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb. IL-BEATA KJARA BOSATTA – reliġjuża Il-Beata Kjara Bosatta, twieldet fis-27 ta’ Mejju 1858, f’Pinello del Lario,

Como, l-Italja u semmewha Dina. Hija kienet bint Alessandro, negozjant tal-ħarir u martu Rosa, xebba Mazzocchi. Kienet l-iżgħar minn 11-il wild. Missierha miet meta hi kien għadha lanqas biss telqet timxi.

Meta kellha 13-il sena hija bdiet tattendi l-iskola għand is-sorijiet tal-Karità. Hija ħasset is-sejħa li trid tingħata għal Alla għalhekk bdiet n-novizzjat mal-

Konossantini. Għalkemm il-kariżma tagħhom kienet togħġobha bdiet tħoss li din ma kinetx il-propja triq li għaliha kienet imsejħa.

Hija reġgħet lura lejn darha u flimkien ma’ oħtha Marċellina, ingħaqdet mal-Ulied ta’ Marija li Dun Carlo Coppini kien stabilixxa. Aktar il-quddiem Marċellina inħatret superjura tal-Ordni

Huma kienu jaħdmu ħafna mat-tfal u l-anzjani f’ċentru karitattiv tal-Hospise. Ix-xogħol tagħhom kien l-iżjed ikkonċentrat fuq dawk abbandunati.

Flimkien ma’ oħtha, u San Luigi Guanella, stinkat kemm felħet biex jwaqqfu l-kongregazzjoni Santa Marija tal-Providenza. Ipprofessat bħala soru nhar is-27 ta’ Ottubru, 1878, u ħadet l-isem ta’ Kjara. Kellha devozzjoni kbira għall-kurċifiss.

Hija ħadmet ħafna għall-formazzjoni spiritwali tas-sorijiet. Kompliet ukoll ix-xogħol tagħha fil-Hospise. Dan ix-xogħol ħalla wkoll il-konsegwenzi tiegħu, għaliex Kjara ttieħdet bil-marda tat-tuberkolożi.

Fl-1886 reġgħet lura pajjiżha, Pinello del Lario, bit-tama li tibbenefika bit-tibdil tal-klima, iżda hija mietet bil-marda tat-tuberkolożi fl-20 ta’ April, 1887.

Ġiet ibbeatifikata, fil-Pjazza ta’ S.Pietru l-Vatikan, nhar l-21 ta’ April, 1991, mill-Papa San Ġwanni Pawlu II.

Il-qabar tagħha jinsab fis-santwarju tal-Qalb Imqaddsa ġewwa Como, l-Italja. Riflessjoni: “Fil-bdil tal-ħobż u l-inbid fil-ġisem u d-demm tiegħu, Ġesù ħabbar il-mewt tiegħu, jaċċettaha f’qalbu u jibdilha f’sura ta’ mħabba. Dak li minn barra kien jidher bħala vjolenza kiefra – il-Kruċifissjoni – minn ġewwa kienet att ta’ għotja totali ta’ mħabba. Din kienet il-bidla li seħħet fl-aħħar ċena li kienet destinata biex toħloq sensiela ta’ bidliet li wasslet għall-bidla fid-dinja meta Alla kien kollox u għal kulħadd. Il-poplu,

Page 43: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

42 SIGNUM FIDEI

fil-qiegħ ta’ qalbu dejjem stenna xi bidla fid-dinja. Hawnhekk issa tinsab dik it-transformazzjoni li ġedded lid-dinja: il-vjolenza nbidlet fi mħabba u l-mewt f’ħajja ... Ġesù jqassam ġismu għax tassew jagħti lilu nnifsu.”

Il-Papa Benedittu XVI Meditazzjoni ta’ SanĠwann Battista De La Salle: Med. 48, silta mit-3 punt

When we receive the body of Jesus Christ, we have the advantage of sharing in our Savior’s life, of having in us an assurance of eternal life. We are even guaranteed to live forever if we preserve in ourselves the Spirit of Jesus Christ, which is what he leaves in us. Is it possible that Jesus Christ promises that you will live with an eternal life by eating this bread, which is God, and that you want either not to eat it or to eat it only rarely? Taste and see how good this bread is for you, how pleasing it is to your taste, and how beneficial for your soul.

TALBA

fuq: Eżekjel 37:14 “… U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu l-ħajja; nagħtikom il-mistrieħ

f’artkom, u tkunu tafu li jiena l-Mulej: hekk għidt, u hekk nagħmel …”

Mulej! Mulej Għallinqas, li din il-qoxra li qed tgħatti ma tkunx xi ħajt li ma jħallikx tgħaddi.

Għaddi Mulej! Idejja, għajnejja, ħalqi, huma tiegħek.

Din il-mara, wiċċha mnikket hawn quddiemi:

hawn ħu ħalqi, biex int titbissmilha! Dan it-tifel, b’dak il-wiċċ kważi griż, pallidu:

hawn ħu għajnejja, ħalli tħares lejh. Dan ir-raġel mitluq:

hawn ħu ġismi kollu kemm hu, biex tħallilu postu, u leħni biex inti bil-ħlewwa tiegħek, tgħidlu

poġġi bilqiegħda. Dan it-tifel li jippretendiha, bla moħħ u qalbu iebsa,

hawn ħu qalbi biex inti tħobbu biha, bi mħabba qawwija bħal qatt qabel …

Fejn m’hemmx imħabba, jekk inpoġġi l-imħabba, jien naħsad l-imħabba …!

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 44: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 43

Is-Sibt 21 t’April San Anselmu - isqof u duttur tal-Knisja San Korradu minn Parzham – religjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 9: 31-42 Il-Knisja kienet dejjem tikber u tiżdied fl-għadd bl-għajnuna

tal-Ispirtu s-Santu. 2. Salm 115: 12-17 Xi rrodd lill-Mulej għall-ġid kollu li għamel miegħi? 3. Ġwanni 6: 60-69 Mulej, għand min immorru? Inti għandek il-kliem tal-ħajja

ta’ dejjem. SAN ANSELMU TA’ AOSTA (1033-1109) Kien minn Aosta fl-Italja ta’ Fuq u twieled fl-1033. Studja fi Franza fejn sar

Benedittin fl-abbazija ta’ Bec, fejn kien abbati l-famuż għaref Lanfrank, fl-1060. Imma tliet snin wara Lanfrank laħaq abbati tal-monasteru ta’ San Stiefnu ta’ Caen, u Anselmu sar il-prijur (superjur) ta’ Bec, u wara 15-il sena abbati tal-istess kunvent.

Sadanittant Lanfrank kien laħaq arċisqof ta’ Canterbury fl-Ingilterra, u Anselmu żaru iktar minn darba. Fl-1092, Anselmu nnifsu sar arċisqof tal-istess belt primazjali tal-Ingilterra. Bħala arċisqof kellu ħafna inkwiet mar-Re William Rufus, li pprova jneħħih minn arċisqof. Imma l-Papa Urbanu II ordna lir-re li jagħtih id-drittijiet kollha tiegħu.

Sadanittant Anselmu kien jgħix eżiljat l-Italja f’Monasteru qrib Napli. Mal-mewt tar-Re William Rufus, reġa’ lura lejn Canterbury fost iċ-ċapċip u l-ferħ tar-Re Henry I u tal-poplu. Imma kellu inkwiet anki ma’ dan ir-re, li però wara xi żmien qagħad għall-ordni tal-Papa Baskal II, u tant beda jqim lil Anselmu li fl-1108, ħatru reġġent floku meta kien fi Franza. Imma Anselmu miet is-sena ta’ wara, fil-21 t’April, 1109, fl-abbazija tal-Benedittini ta’ Canterbury.

Kien l-ikbar teologu ta’ żmienu. Ħa sehem fil-Konċilju ta’ Bari fl-1098 u mexxa dak ta’ Westminister fl-1102, iddefenda l-foqra, ikkundanna l-jasar, u ħalla kitba abbundanti u importanti. Il-Papa Klement XI ħatru duttur tal-Knisja fl-1720. Il-fdal tiegħu jinsab fil-katidral, (illum Protestant) ta’ Canterbury.

Riflessjoni: “Għax jien ma nfittix li nifhem biex nemmen, imma jiena nemmen biex nifhem. Għax jiena nemmen dan: li jekk ma nemminx, jiena ma nifhimx.” San Anselmu Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 115, silta mill-1 punt

When he was fifteen, Saint Anselm resolved to devote himself to God and asked to be given the religious habit; however, the abbot of the monastery to which he applied, fearing that the youth’s father might object, refused his request. This discouraged the young man so much that he took on the spirit of the world and

Page 45: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

44 SIGNUM FIDEI

abandoned himself to dissolute living. Oh, how little it takes to change the goodwill of children and young people! This example teaches those who are young that when they wish to consecrate themselves to God in the way of virtue, they must not be discouraged by any obstacles and difficulties that they encounter. After they have committed themselves and made it known to those who are responsible for them, those in charge must act so wisely in their regard that nothing in them or in their conduct is able to give these youths any dislike for the service of God or to cause them to deviate even slightly from their duties.

TALBA

Għall-ħniena tiegħek, għinni int, O Mulej. Jien lil wiċċek fittixt,

u lil wiċċek mill-ġdid infittex; la tinħebiex minni.

Eħlisni minni nnifsi biex tiġbidni lejk. Saffi, fejjaq, irfina,

dawwal l-għajnejn ta’ ħsiebi, biex jien nista’ narak.

Terġa’ fuq saqajha r-ruħ tiegħi u mill-ġdid bl-għarfien kollu tagħha

sserraħ ħarsitha fuqek, O Alla. Ammen

San Anselmu ta’ Aosta

Missierna ...

Il-Ħadd 22 t’April

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid JUM IL-VOKAZZJONIJIET

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 4 : 8-12 M’hemmx salvazzjoni ħlief biss fl-isem ta’

Ġesù. 2. Salm 117: 1.8-9.21-23.26.28-29 Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax- xewka. 3. 1 Ġwanni 3: 1-2 Għad jaraw lil Alla kif inhu. 4. Ġwanni 10: 11-18 Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ

tiegħu.

Page 46: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 45

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Mill-esperjenz komuni tagħna, ma nistgħux nifhmu kif xi ħadd li għandu imqar moħħ ckejken jista’ jippreżenta ruħu bħala l-uniku, veru ragħaj it-tajjeb kif jagħmel Ġesù f’dan il-Vanġelu, sakemm ma jridx isir mira taż-żufjett u t-tgħajjir tan-nies. Saħansitra l-agħar kapijiet ta’ stati u reliġjużi fanatiċi joqogħdu attenti li ma jgħidux dawn it-tip ta’ affarijiet, anke minħabba l-fatt li jagħmlu hekk minflokhom in-nies li jkollhom madwarhom.

Għalhekk hu biss minħabba li aħna mdorrijin nisimgħu dan it-test kif ukoll minħabba li ma nafux nisimgħu tajjeb il-Kelma t’Alla ir-raġunijiet għaliex ma nħossux l-istess stagħġib li ħassew in-nies ta’ żmien Ġesù quddiem din l-awtorita li toħroġ mid-diskorsi tiegħu; jew niskandaliżżaw ruħna, bħall-awtoritajiet tal-Lhud, quddiem il-liberta li biha kien iġib ruħu fil-konvenzjonaliżmu ta’ dak iż-żmien. Jekk Ġesù kien jisfida il-kultura ta’ żmienu hu għaliex ovvjament seta’ jagħmel hekk: jekk fil-fatt anke l-għases, mibgħuta mil-qassisin il-kbar biex jaqbduh jistqarru li qatt ħadd ma tkellem bħal dan ir-raġel hu għaliex qatt ħadd fid-dinja ma pproklama jew għad jiproklama l-verità, anzi jwettaq il-verità, għax Hu il-verità, il-persuna tiegħu, ħajtu huma il-verità.

Jekk xi ħadd bħal dan jgħid li hu r-ragħaj it-tajjeb, hu tassew hekk, u huwa hekk b’mod daqshekk totali u sħiħ li r-rgħajja kollha l-oħra jidhru qishom mikrijin. Min jista’ jgħid li mhux biss hu magħruf min nagħaġ kollha imma li hu jaf lil kull waħda minnhom ? U ma jafhomx superfiċjalment biss imma bl-istess mod kif Alla l-Missier jaf lil Ibnu l-għażiż.

Il-prova ta’ dan hi li Ġesù jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu kif nafu li għamel, mhux għax imġiegħel, jew minħabba xi ċirkustanza, imma minn rajh u għall-imħabba tant kbira li ma tistax titfisser, “għax jien nagħti ħajti, biex nerġa’ neħodha. Ħadd ma jeħodhieli, iżda jien nagħtiha minn rajja. Għandi setgħa li nagħtiha, u għandi s-setgħa li nerġa’ neħodha; din hi l-ordni li ħadt mingħand Missieri”.

Li nsejħu mikri lir-rgħajja kollha ta’ kull tip, anke dawk fil-knisja forsi hi xi ħaġa li ddarras, imma jekk jistennew xi tip ta’ kumpens, jekk jaħsbuha darbtejn biex jagħtu ħajjithom għan-nagħaġ li ntilfu mhux biss għal dawk li jistħoqqilhom, jekk m’għandhomx relazzjoni profonda mal-membri tal-merħla li tiġi permezz tal-għotja sħiħa tagħhom infushom, allura m’hemmx mod ieħor kif insejħulhom.

Li kull wieħed minna jibqa’ xi ftit merċenarju fil-fond ta’ qalbu mhix xi ħaġa ta’ barra minn hawn. Santu Wistin jgħid li l-mikrijin huma inevitabbli għaliex permezz tagħhom jinstema’ l-leħen tar-ragħaj it-tajjeb fid-dinja. Fil-fatt in-nagħaġ ma jimxux wara l-leħen tal-mikri, imma wara l-leħen tar-ragħaj li jinstema’ permezz tagħhom. Il-veru problema llum hu li neħħejna minn ħajjitna r-ragħaj u allura fadal biss dawk li jippruvaw jidhru tajbin, imma huma biss mikrijin.

Il-vanġelu tallum jgħidilna li d-dinja qiegħeda f’idejn tajba, f’idejn l-aħjar ragħaj li jista’ jkollna, li ma jimponix l-awtorita tiegħu, imma jaċċetta li jikkolabora magħna u dejjem ifittex dawk li jwieġbu b’ġenerożita għas-sejħa tiegħu biex

Page 47: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

46 SIGNUM FIDEI

jimxu warajh u jixtiequ jingħaqdu miegħu billi jimitawh. Allura aħna l-imsejkna mikrijinikunu jistgħu ikunu r-rgħajja tajba u kredibbli li tant għandha bżonn il-Knisja u d-dinja.

Minn “La Verità e’ Cristo” – Don Davide Rota Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 33, l-1 punt

In today’s Gospel Jesus Christ compares those who have charge of souls to a good shepherd who has great care for the sheep. One quality he must possess, according to our Savior, is to know each one of them individually. This ought also to be one of the main concerns of those who instruct others: to be able to understand their students and to discern the right way to guide them. They must show more mildness toward some, more firmness toward others. There are those who call for much patience, those who need to be stimulated and spurred on, some who need to be reproved and punished to correct them of their faults, others who must be constantly watched over to prevent them from being lost or going astray. This guidance requires understanding and discernment of spirits, qualities you must frequently and earnestly ask of God, because they are most necessary for you in guiding those placed in your care.

TALBA

(Salm 23) Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni;

f'mergħat kollha ħdura jqegħedni. Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni; hemm hu jrejjaqni. Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba l-isem tiegħu.

Imqar jekk nimxi f'wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.

Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, huma jwennsuni. Int tħejji mejda għalija quddiem l-għedewwa tiegħi.

Biż-żejt tidlikli rasi,u l-kalċi tiegħi tfawwarli. Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena l-jiem kollha ta' ħajti.

U ngħammar f'dar il-Mulej sakemm indum ħaj!

Missierna ...

Page 48: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 47

It-Tnejn 23 t’April San Ġorġ - martri

San Adalbertu - isqof u martri Il-Beata Tereża Marija tas-Salib - verġni

Il-Beata Elena minn Udine - terzjarja Agostinjana Il-Beatu Eġidju minn Assisi - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 11: 1-18 Alla lill-pagani wkoll tahom l-indiema li twassal għall-

ħajja! 2. Salm 41: 2-3; 42: 3.4 Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj. 3. Ġwanni 10: 1-10 Il-bieb tan-nagħaġ huwa jien. SAN ADALBERTU TA’ PRAGA († c. 956-997) - isqof u martri Kien mill-Boemja fir-Repubblika Ċeka, u kien ġej minn familja qraba tar-re tas-

Sassonja. Kien jismu Voytech (kif filfatt hekk għadu magħruf fil-pajjiżi Slavi). Ħa l-isem ta’ Adalbert bħala rispett lejn l-Isqof Adalbert ta’ Magdeburg, il-belt

fejn hu ħa l-edukazzjoni tiegħu. Hu nħatar isqof ta’ Praga ċ. 982, meta kellu madwar 26 sena. Sab diffikultajiet kbar ferm biex idaħħal it-twemmin Nisrani fost il-pagani tad-djoċesi tiegħu, tant li kellu jirtira u jmur Ruma fejn daħal raħeb Benedittin fil-monasteru ta’ Aventino.

Reġa’ mar Praga, pajjiżu, fid-992, fejn hu waqqaf il-monasteru ta’ Brewnov; imbagħad mar jipprietka l-evanġelju lil Maġjari (Ungeriżi), u wara anki fost il-Prussi, li dawn qatluh fi Tenkitten fit-23 ta’ April tas-sena 997.

Mill-ewwel kellu kult kbir mill-poplu. Il-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-1997, fl-okkażjoni tal-1000 sena mill-mewt

tiegħu, estenda l-festa tiegħu għall-Knisja kollha. Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 58: Ħażin għalihom dawk li jitkabbru u ma jridux jiċċekknu bħat-tfal; għax il-bieb tas-saltna tas-sema dejjaq, u ma jidħlux minnu. Ħażin għalihom l-għonja li jfittxu t-tgawdija tagħhom fuq din l-art; għax meta l-foqra jidħlu fis-saltna t’Alla, huma msejknin jibqgħu minn barra jitbekkew. Intom, li intom umli, ifirħu, intom ukoll, bnedmin foqra, għax is-saltna t’Alla hija tagħkom; basta dejjem timxu fit-triq tas-sewwa. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 201, silta mit-3 punt

The zeal you are obliged to have in your work must be so active and so alive that you can tell the parents of the children entrusted to your care what is said in Holy Scripture: Give us their souls; keep everything else for yourselves, that is, what we have undertaken is to work for the salvation of their souls. It is also the only reason you have committed yourselves to take the responsibility to guide and to instruct them.

Page 49: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

48 SIGNUM FIDEI

Tell the parents also what Jesus Christ said about the sheep of which he is the shepherd and which must be saved by him: I came, he said, that they might have life and have it to the full. For this had to have been the kind of ardent zeal you felt for the salvation of those you must instruct when you were led to sacrifice yourselves and to spend your whole life to give these children a Christian education and to procure for them the life of grace in this world and eternal life in the next.

TALBA

Għajjtu bil-ferħ lill-Mulej, nies kollha tal-art, aqdu bil-ferħ lill-Mulej,

idħlu quddiemu b'għana ferrieħi. Kunu afu li Jaħweh hu Alla, hu ħalaqna, u aħna tiegħu,

aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu. Idħlu b'għana ta' ħajr mill-bibien tiegħu,

bit-tifħir fil-btieħi tat-tempju tiegħu; roddulu ħajr u bierku ismu!

Għax twajjeb il-Mulej, għal dejjem it-tjieba tiegħu;

minn żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu. Salm 100

Missierna ...

It-Tlieta 24 t’April San Fidiel minn Sigmaringen - presbiteru u martri

Santa Marija Ewfrasja Pelletier San Egberth ta’ Northumbria - raħeb

Santa Benedettu Menni – reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: I. Atti 11: 19-26 Bdew ikellmu wkoll lill-Griegi u jxandrulhom l-Evanġelju tal-

Mulej Ġesù. 2. Salm 86 : 1-7 Faħħru ’l-Mulej, intom ġnus kollha. 3. Ġwanni10:22-30 Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.

Page 50: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 49

SANTA MARIJA EWFRASJA PELLETIER (1797-1868) Din il-qaddisa hija l-fundatriċi tas-sorijiet tal-Bon Pastur. Roża Virġinja

twieldet fuq il-gżira ta’ Noirmontier fuq il-kosta tal-Brittanja (Franza) fejn il-ġenituri kienu marru biex jeħilsu mill-ġlied tar-Rivoluzzjoni Franċiża.

Bagħtuha tistudja f’Tours, fejn Roża saret taf bil-kunvent Santa Marija tal-Karità tar-Refuġju. Dan kien ta’ kongregazzjoni reliġjuża mwaqqfa minn San Ġwann Eudes biex jgħinu nisa li żbaljaw u biex iħarsu oħrajn li jkunu fil-periklu. Roża bdiet in-novizzjat hawnhekk fl-1814, meta kellha 18-il sena, u ħadet l-isem ta’ Marija Ewfrasja.

Madwar 11-il sena wara, meta kien għad kellha biss 29 sena, hi ġiet magħżula superjura. Hi waqqfet kunventi ġodda f’Angers, u marret hi nnifisha biex tmexxi dar tar-rifuġju li kienet teżisti hemm bl-isem tal-Bon Pastur (Ir-Ragħaj it-Tajjeb). Kellha suċċess meraviljuż, imma kellha titlaq minn hemm u marret lura fil-kunvent tagħha ta’ Tours.

Sa issa dawn id-djar tar-rifuġju kienu kull waħda minnhom indipendenti mill-oħra. Ewfrasja ħabirket li ġġibhom taħt amministrazzjoni waħda, taħt superjura ġenerali waħda u jkun hemm novizzjat wieħed, u hekk tkun tista’ tqassam is-sorijiet minn kunvent għall-ieħor skont il-bżonnijiet.

Sabet ħafna diffikultajiet, imma Ewfrasja baqgħet soda għax rat li b’hekk il-ħidma tagħhom tkun aktar koordinata u aktar effettiva.

Minkejja li kienet bniedma umli u tirrispetta l-awtorità, is-superjura żagħżugħa, li xi ħadd dwarha qal li “kellha kapaċità anki tmexxi renju”, irnexxielha, bil-għajnuna tal-providenza li toħloq f’Angers dak li jista’ jissejjaħ istitut ġdid, u d-djar kollha li bdew jinfetħu bdew jissejħu tal-Bon Pastur.

L-approvazzjoni tal-Papa waslet fl-1835. F’din il-kongregazzjoni ġdida saru ħafna żviluppi fi żmien qasir, u l-ġid immens li kien qed isir kien qed jidher f’kull dar ġdida li bdiet tintefaħ.

Fil-ħafna provi u diffikultajiet tagħha, fosthom akkużi li kienet tagħmel tibdil bla ħsieb ta’ xejn, ta’ ambizzjoni personali, u ta’ nuqqas ta’ paċenzja fl-awtorità, Santa Marija Ewfrasja Pelletier uriet qawwa erojka, baqgħet sal-aħħar iżżomm il-karattru ferrieħi tagħha, u tama kbira f’Alla.

Mietet fl-24 ta’ April tas-sena 1868 fl-età ta’ 71 sena. L-aħħar kelmiet lil sħabha kienu – “Ħobbu s-salib u s-salvazzjoni tal-erwieħ”. Ġiet ikkanonizzata minn Piju XII fl-1940.

Meta mietet Santa Ewfrasja Pelletier, is-sorijiet tal-Bon Pastur kienu ġa jlaħħqu l-2,760, u d-djar tagħha wasslu għal 110 mad-dinja kollha, fosthom dik ta’ Malta f’Ħal Balzan fl-1858, jiġifieri din twaqqfet 10 snin qabel ma mietet il-qaddisa.

Riflessjoni, “Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda”: F’dan il-vers Ġesù jistqarr li hu u l-Missier huma ħaġa waħda, jiġifieri għandhom rabta mill-aktar kbira kif qal: “Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija” (Ġw. 14:11). Infatti Ġesù ġie fid-dinja biex jagħmel ir-rieda ta’ Missieru kif insibu fl-Ittra lil-Lhud: “Għalhekk, meta daħal fid-dinja, Kristu qal: ‘Sagrifiċċju u offerta int ma ridthomx; imma sawwartli ġisem. Vittma tal-ħruq, vittma tal-ħtija ma jogħġbukx. Imbagħad

Page 51: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

50 SIGNUM FIDEI

għidt: Hawn jien ġej! Fil-ftuħ tal-ktieb hemm miktub fuqi, biex nagħmel, O Alla, ir-rieda tiegħek” (10, 5-7). Ġesù baqa’ jqis li x-xogħol tiegħu huwa li jagħmel ir-rieda ta’ Missieru. Anki l-passjoni qiesha bħala rieda t’Alla. Huwa qal li se jixrob il-kalċi li tah Missieru. Ma qagħadx iwaħħal fir-ras iebsa tal-kapijiet tal-poplu, jew fil-għira tax-xitan. Kien jimpurtah biss li jwettaq ir-rieda tal-Missier.

Angelo Xuereb, Ir-rebħa tiegħu ... Ir-rebħa tagħna

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 42, silta mit-2 punt

The second disposition required to receive the Holy Spirit is to keep God’s commandments faithfully and to strive to do his holy will in all things. Jesus Christ says that this divine Spirit will always be in and with those who receive him and that he cannot be pleased except with those who try always to do what God desires of them and to be in harmony with his holy will. We must, then, not expect to receive the Holy Spirit if we do not try to accomplish the holy will of God in all things.

TALBA

O Alla tas-Skiet u li tinsa,

Alla li tabbanduna, insejtni,

int li toqgħod il-bogħod u ma tismagħnix

ngħajjatlek? Imma b’danakollu ma nistax ma nwassallikx

it-talba tiegħi li bħalissa qed inħossni

abbandunat minnek. Iva O Alla tiegħi, nintelaq f’idejk, meta ma nistax

nifhem ir-rieda tiegħek, bit-tama li inti tweġibni

fis-skiet li xi darba nagħrafha din ir-rieda tiegħek.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 52: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 51

L-Erbgħa 25 t’April San Mark - evanġelista

Jum il-Vokazzjonijiet għall-Istitut Lasalljan

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Piet 5, 5b-14 Iselli wkoll għalikom Marku, li hu ibni. 2. Salm 88: 2-3.6-7.16-17 Tjubitek, Mulej, irrid dejjem ngħanni. 3. Mark 16: 15-20 Xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu. San Mark Evanġelista (l-1 seklu) Hu ġeneralment miżmum li Ġwanni Marku, li jissemma fl-Atti tal-Appostli, hu

l-istess wieħed li jsemmi San Pietru fl-ewwel ittra tiegħu (5,3) u San Pawl fil-Kolossin (4,10) u fit-tieni ittra lil Timotju (4,11) u Filemon (v24). Marku kien iben Marija, membru importanti fil-komunità Nisranija ta’ Ġerusalemm, li kienet tilqa’ għandha (f’darha) l-ewwel miġemgħa Nisranija.

L-ewwel darba li nisimgħu b’San Mark hu meta San Pawl u San Barnaba ħaduh magħhom f’Antijoka fis-sena 46 u mbagħad fl-ewwel vjaġġ apostoliku f’Ċipru. Hawn Mark infired minn Pawlu u Barnaba u mar lura f’Ġerusalemm.

San Pawl ma riedx li Mark jakkompanjah fit-tieni vjaġġ missjunarju. Minħabba f’hekk anki Barnaba nfired minn San Pawl. San Pawl mar għal rasu waqt li Barnaba u Marku (li kienu kuġini ta’ xulxin) reġgħu marru Ċipru. Imma ftit żmien wara Mark u Pawlu rranġaw id-differenzi ta’ bejniethom u saru ħbieb. Għall-ħabta tas-sena 60, lil Mark insibuh Ruma ma’ dan l-appostlu kbir u kien qed jaħseb biex jirritorna fil-knejjes tal-Asja ż-Żgħira, fejn kien diġà sar magħruf ħafna għall-ħidmiet appostoliċi tiegħu.

Jidher li San Mark xandar l-evanġelju wkoll f’Aquilea, fit-tarf tat-tramuntana tal-Adrijatiku. Minn hemm telaq lejn l-Eġittu u jingħad li hu kien l-ewwel isqof ta’ Lixandra. Fis-sena 61, San Pawl kiteb lil Timotju f’Efesu, u talbu li jieħu miegħu lil Marku f’Ruma.

F’Ruma, bejn is-snin 60 u 70 w.K., San Mark kiteb l-evanġelju tiegħu, li hu ġabar mit-tagħlim ta’ San Pietru, li tiegħu jidher li kien jagħmilha ta’ segretarju u interpretu – hi kitba għall-pagani konvertiti. San Pietru jsejjaħ lil Marku “ibni”. L-evanġelju tiegħu hu l-iqsar u l-eqdem mill-erba’ evanġelji li għandna.

San Mark hu l-patrun ta’ Venezja; hu l-qaddis protettur wkoll tan-nutara. Riflessjoni: Grazzi għall-Magħmudija li rċieva, kull membru tal-poplu ta’ Alla sar dixxiplu missjunarju (ara Mt. 28:19). Kull mgħammed, hi x’inhi l-funzjoni tiegħu fil-Knisja u l-grad ta’ tagħlim tal-fidi tiegħu, hu suġġett attiv ta’ evanġelizzazzjoni, u ma jkunx f’loku naħsbu fi skema ta’ evanġelizzazzjoni mwettqa minn atturi kwalifikati fejn il-bqija tal-poplu tal-fidili jkun biss qed jirċievi l-azzjoni tagħhom. L-evanġelizzazzjoni ġdida timplika protagoniżmu ġdid ta’ kull wieħed u waħda mill-imgħammdin. Din il-konvinzjoni tinbidel f’appell dirett lil kull Nisrani, biex ħadd ma jibqa’ lura mill-impenn

Page 53: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

52 SIGNUM FIDEI

tiegħu ta’ evanġelizzazzjoni, hekk li, jekk wieħed tabilħaqq għamel esperjenza tal-imħabba ta’ Alla li jsalvah, m’għandux bżonn ta’ wisq żmien biex joqgħod iħejji ruħu ħalli jmur iħabbarha, ma jistax jistenna li jingħata ħafna lezzjonijiet jew istruzzjonijiet fit-tul. Kull Nisrani hu missjunarji skont kemm kienet kbira l-laqgħa tiegħu mal-imħabba ta’ Alla fi Kristu Ġesù; ma ngħidux iżjed li aħna “dixxipli” u “missjunarji”, imma li aħna dejjem “dixxipli-missjunarji”. Jekk m’aħniex konvinti, ejjew inħarsu lejn l-ewwel dixxipli, li dritt wara li għarfu l-ħarsa ta’ Ġesù, marru jxandruh kollhom ferħ: “Sibna l-Messija” (Ġw. 1:41).

Il-Papa Franġisku, Evangelii Gaudium Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 116, silta mill-1 punt Saint Mark, a disciple of Saint Peter, accompanied him in his travels and in preaching the holy Gospel. He was so faithful to Saint Peter and so beloved by him that this saint joins Mark’s name to his own in the greetings he addresses in his first Epistle. He calls him his son, as having begotten him in Jesus Christ2 and as having raised him in the faith and in the practice of Christianity. How fortunate this saint was to be instructed by so well-qualified a teacher! How clearly did his conduct show how much he profited by such an advantage, for he always remained an exact observer of the doctrine of this holy Apostle, which was none other than that of Jesus Christ.

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni Nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-Knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala Nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

Missierna ...

Page 54: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 53

Il-Ħamis 26 t’April Il-Verġni Marija, Omm tal-Parir it-Tajjeb

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 13: 13-25 Min-nisel ta’ David, Alla ġieb għal Iżrael salvatur, li

hu Ġesù. 2. Salm 88: 2,3,21,22,25,27 It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni. 3. Ġwanni 13: 16-20 Min jilqa’ lil min nibgħat jien, ikun jilqa’ lili. Il-Madonna tal-Bon Kunsill Ix-xbiha tal-Madonna tal-Bon Kunsill, jiġifieri tal-Parir Tajjeb, tinsab meqjuma

fis-santwarju tagħha, dak tal-Patrijiet Agostinjani, f’Genazzano viċin il-belt ta’ Ruma, fejn ilha sa mill-1467. Skont it-tradizzjoni nġabet hawn minn Shkoder (skutari) fl-Albanija.

Is-santwarju ta’ Genazzano żaruh papiet u nies kbar oħra, fosthom diversi qaddisin, bħall-Papa Urbanu VIII, San Ġwann Bosco u oħrajn.

U l-Papa San Giovanni Pawlu II żar mhux biss dan is-santwarju imma wkoll il-katidral ta’ Shkoder fl-Albanija, fejn jingħad li kien hemm il-Kwadru tal-Bon Kunsill qabel.

Devot mill-ikbar tal-Madonna tal-Bon Kunsill kien il-kappillan qaddis ta’ Genazzano, il-Beatu Stiefnu Bellesini Agostinjan, li miet martri tal-imħabba tal-proxxmu meta ttieħed mill-marda tal-kolera u miet fit-3 ta’ Frar, 1840, u li l-fdal tiegħu jinsab meqjum f’dan is-santwarju.

Il-Papa Leone XIII żied l-invokazzjoni “Mater Boni Consilii” fil-Litanija tal- Madonna.

Il-Madonna tal-Bon Kunsill hi l-patruna prinċipali tal-Albanija. Santa Bernardetta qalet li x-xbiha tal-Madonna tal-Bon Kunsill kienet l-iktar waħda li tixbah lill-Madonna li dehritilha ġewwa Lourdes.

San Ġorġ Preca kien devot ħafna tal-Madonna taħt dan it-titlu. Kien spiss jitlob quddiem xbiha tagħha li kellu d-dar, biex iddawlu fid-diffikultajiet li kien jiltaqa’ magħhom. Huwa jgħid li waqt żmien ta’ tfixkil kbir kellmitu u qaltlu biex iżomm is-silenzju.

Nota: F’dawn l-aħħar mitejn sena l-ordni tal-Brothers, daħħlu l-festa tal-Madonna tal-Bon Kunsill fil-kalendarju tagħhom. Fil-‘mother house’ tal-brothers, f’Ruma, hemm inkwadru kbir tal-Madonna tal-Bon Kunsill fis-sala fejn is-Superjur Ġenerali jlaqqa’ lill-kunsilliera tiegħu. Riflessjoni: Skont il-qaddisin San Bernard u San Bonaventura, hemm tliet stadji biex nersqu lejn Alla: l-ewwel wieħed li hu l-eqreb lejna u li l-aktar jaqbel mal-ħila tagħna, hu Marija; it-tieni hu Ġesù Kristu, u t-tielet hu Alla l-Missier. Biex nersqu lejn Ġesù, għandna mmorru għand Marija, għax hi l-Medjatriċi biex taqbeż għalina: biex

Page 55: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

54 SIGNUM FIDEI

nersqu lejn il-Missier Etern, għandna mmorru għand Ġesù għax hu l-medjatur tagħna tal-fidwa.

San Alwiġi Maria De Montfort

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 163, silta mit-3 punt

It is impossible for us to believe how great was the cooperation of the Most Blessed Virgin with all the graces she received from God at the moment of her birth. By a special privilege, she already enjoyed the use of reason and made use of it to adore God and to thank him for all his goodness. From that time on, she consecrated herself entirely to God to live and to act only for him during the rest of her life. She professed her nothingness profoundly in the depths of her soul, acknowledging that she owed everything to God. She admired interiorly what God had done in her, saying to herself what she later declared in her Canticle, God has done great things in me. As she looked at herself and contemplated God in herself, she was altogether amazed to see the generosity of God in his creature. She was convinced and thoroughly aware that everything in her must pay honor to God. With David she continually said that her very bones were so indebted to God that they could not refrain from crying out, Who is like unto God?

TALBA Marija, mara tas-smigħ,

agħmel li widnejna jkunu miftuħa; agħmel li nitgħallmu nisimgħu l-kelma ta’ ibnek Ġesù

qalb il-ħafna kliem ta’ din id-dinja; agħmel li nagħarfu nisimgħu r-realtajiet li fihom ngħixu,

lil kull persuna li magħha niltaqgħu, speċjalment dik li hi fqira, fil-bżonn, f’diffikultà. Marija, mara tad-deċiżjoni, dawwal il-moħħ tagħna

u l-qalb tagħna, biex nagħarfu nobdu l-kelma ta’ ibnek Ġesù, bla tnikkir;

agħtina l-kuraġġ tad-deċiżjoni, biex ma nitkaxkrux mill-kurrent ta’ oħrajn li jmexxulna ħajjitna huma.

Marija, mara tal-azzjoni, agħmel li jdejna u riġlejna jmorru “jħaffu” lejn l-oħrajn,

biex iwasslu l-karità u l-imħabba ta’ ibnek Ġesù, biex iwasslu, kif għamilt int, id-dawl tal-Vanġelu fid-dinja.

Ammen. Il-Papa Franġisku

Missierna ...

Page 56: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 55

Il-Ġimgħa 27 t’April San Pietru Kanisju - presbiteru u duttur tal-Knisja

Il-Beatu Nikol Roland - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 13: 26-33 Il-wegħda li Alla kien għamel temmha għalina billi qajjem lil

Ġesù mill-imwiet. 2. Salm 2: 6-11 Ibni int, jien illum nissiltek. 3. Ġwanni 14: 1-6 Jien hu t-triq, il-verità u l-ħajja. IL-BEATU NIKOL ROLAND (1642–1678) Twieled f’Reims - l-istess belt li fiha twieled S. Ġwann Battista de la Salle, fl-

1642. Ordna saċerdot fl-1665, kien kanonku u teologu tal-Katedral San Remiġju f’Reims.

Il-predikazzjoni, il-formazzjoni Nisranija taż-żgħażagħ, u b’mod speċjali tal-kleru, kienu wisq għal qalbu. Intebaħ bil-miżerja kemm temporali kif ukoll spiritwali taż-żgħażagħ u għalhekk waqqaf il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Bambin Ġesù, iddedikati għall-edukazzjoni Nisranija tal-bniet fqar ta’ Reims.

Nicolas kien kanonku, flimkien ma’ San Ġwann Battista de la Salle, tal-Katedral ta’ Reims, u kien ukoll id-direttur spiritwali ta’ Ġwanni de la Salle. Kien hu li ggwidah u ħeġġu biex jirċievi d-djakonat u jkompli biex jilħaq saċerdot. Bejn Roland u Ġwanni kien hemm differenza ta’ 11-il sena.

Meta Roland beda jħoss l-għejja, talab lil Ġwanni de la Salle biex ikun l-eżekutur tat-testment tiegħu, u fdalu r-responsabbiltà li jieħu ħsieb u jiggwida l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet li kien waqqaf. Roland miet ta’ 35 sena fis-27 ta’ April 1678.

Riflessjoni: Dan il-ħsieb għandu jfakkarna li Ġesù huwa l-unika triq li twassalna għand il-Missier. Meta Alla bagħat lil Kristu, tana l-verità kollha “biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw. 3:15). Dan il-ħsieb jesprimih tajjeb San Ġwann tas-Salib: “Għalhekk, jekk issa xi ħadd għadu jippretendi li jersaq quddiem Alla biex jistaqsih xi ħaġa jew jitolbu dehriet u rivelazzjonijiet, dan ikun qisu jagħmel insult lil Alla, għax juri li xejn ma jkun qiegħed iżomm ħarstu fuq Kristu, jew li jrid ikun jaf xi ħaġa barranija u ġdida mhux permezz ta’ Kristu” (Telgħa għall-Għolja tal-Karmelu, II, 22). Alla permezz ta’ Kristu tana kollox.

Angelo Xuereb, Ir-rebħa tiegħu ... Ir-rebħa tagħna

Page 57: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

56 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 195, silta mit-3 punt

All your care for the children entrusted to you would be useless if Jesus Christ did not give the quality, the power, and the efficacy needed to make your care useful. Because the branch of the vine cannot bear fruit of itself (our Lord says) unless it remains attached to the main stem, neither can you bear fruit if you do not remain in me. This will be the glory of my Father, that you bear much fruit and become my disciples. What Jesus Christ says to his holy Apostles he also says to you, that you may understand that all the good you are able to do in your work for those entrusted to you will be true and effective only insofar as Jesus Christ gives it his blessing and you remain united with him. It is the same for you as it is for the branch of the vine, which can bear fruit only if it remains attached to the main stem and draws its sap and strength from the vine, which is also the source of all the goodness of the fruit.

TALBA O Alla,

inti żejjint lis-saċerdot il-Beatu Nicholas Roland,

b’żelu pastorali għat-taħriġ tal-kleru u b’edukazzjoni taż-żgħażagħ fqar.

Bl-eżempju u bl-interċessjoni tiegħu, agħtina l-istess spirtu ta’ karità,

sabiex naqduk billi ngħinu lil dawk li inti tħobb.

Nitolbuk dan b’Ġesù Kristu sidna, Ammen.

Missierna ...

Page 58: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 57

Is-Sibt 28 t’April San Pietru Chanel - presbiteru u martri

San Alwiġi Marija Grignion de Montfort - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 13: 44-52 Aħna se nduru fuq il-pagani. 2. Salm 97: 1-4 L-art kollha, minn tarf għall-ieħor, rat is-salvazzjoni ta’ Alla

tagħna. 3. Ġwanni 14: 7-14 Min ra lili ra lill-Missier SAN ALWIĠI MARIJA GRIGNION DE MONTFORT (1673-1716) - presbiteru Lwiġi twieled fil-Bretanja, Franza, fil-31 ta’ Jannar tal-1673. Ġie ordnat

saċerdot fl-1700 u ġie assenjat f’Nantes bħala predikatur rurali u mbagħad intbagħat fi sptar tal-foqra ġewwa Poitiers fejn ħadem b’ħeġġa kbira. Huwa waqqaf l-“Ulied l-Għerf” għan-nisa biex jieħdu ħsieb b’mod speċjali lit-tfal fil-bżonn, u l-“Missjunarji tal-Kumpanija ta’ Marija” għas-saċerdoti u l-brothers sabiex ikomplu l-ministeru tiegħu, dak ta’ rtir u li jxerrdu d-devozzjoni Marjana.

Kien predikatur imħeġġeġ tal-missjonijiet lill-foqra u għalhekk l-għedewwa tiegħu xlewh u l-isqof tiegħu keċċieh minn Poitiers. Huwa madanakollu rritorna minn Ruma bl-approvazzjoni tal-Papa u nħatar missjunarju appostoliku għal Franza minn Klement XI u qatta’ l-kumplament ta’ ħajtu jevanġelizza fil-Punent ta’ Franza.

Lwiġi ppromwova d-devozzjoni Marjana bħala l-aqwa mezz biex wieħed jikseb għaqda ma’ Kristu. Il-ktieb tiegħu, “Il-Vera Devozzjoni lejn il-Verġni Mbierka Marija” għadu jintuża sal-ġurnata tal-lum.

Lwiġi, li miet ħabta u sabta f’età żgħira fit-28 t’April 1716, ġie kkanonizzat fl-1947.

Riflessjoni: “Kont int, verġni Marija, li tajtni dan il-ġisem u d-demm, li tant jgħolli l-istat tagħna li ma jintlaħaqx saħansitra mill-anġli. Jalla tkun imbierka madwar id-dinja kollha talli tajtna dan ir-rigal hekk kbir.”

San Alwiġi Marija Grignion de Montfort Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 188, it-2 punt

Reflect that Jesus Christ is truly present in the Most Blessed Sacrament reserved in churches. This is why we are still more especially bound to recognize the presence of God in these holy places. God chose them in order to be honored there with special worship and is pleased to give graces more abundantly to those who ask for them with sincere devotion. If under the Old Law, people had to tremble with fear and respect when they entered the Tabernacle, which contained the Ark of the Covenant and the Tables of the

Page 59: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

58 SIGNUM FIDEI

Law, with what reverence and thoughts of our nothingness must we not enter the place where God is, as it were, seated on a throne of love to have mercy on us and where God is constantly adored by innumerable angels, who consider it a great honor to stand in his presence and pay their homage?

TALBA Nirringrazzjak Missier,

talli ftaħtli għajnejja biex nara li f’kull aspett tat-talba tiegħi

jien qiegħed verament naqsam dan it-talb ma’ dak it-talb

ta’ Kristu ibnek, Ammen.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Felix Agius (2002) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 60: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 59

Il-Ħadd 29 t’April Il-Ħames Ħadd tal-Għid

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 9: 26-31 Qalilhom kif Sawl ra lill-Mulej fit-triq. 2. Salm 21: 26-28.30-32 Mulej, nagħtik it-tifħir tiegħi f’ġemgħa kbira. 3. 1 Ġwanni 3: 18-24 Dan hu l-kmandament tiegħu, li nemmnu u nħobbu. 4. Ġwanni 15: 1-8 Min jibqa’ fija u jien fih, dan jagħmel ħafna frott. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Spiss nisimgħu kliem dwar ideali, prinċipji u valuri min nies li donnhom iridu juru l-importanza tal-fehmiet tagħhom fl-istess waqt ma jaqblux meta jiġu biex jagħtu spjegazzjoni prattika. Allura n-nostalġiċi jgergru għax spiċċa kollox, il-fanatiċi tal-ġdid jixtiequ li jgħaddi kollox malajr, u l-oppportunisti tal-preżent jadattaw bil-ħeffa għar-realtà li tħallihom jimirħu f’kuxjenza komuni dejjem iktar rilassata. Għaliex dawn l-ideali, prinċipji u valuri li tant jingħad dwarhom, xi darba se jidhru kif tassew huma, kontenituri vojta li jimtlew skont il-gosti u l-fehmiet individwali. Hekk jinbtu l-ideali komuni, il-valuri u l-prinċipji ġenerali li daż-żmien jgħaddu bħala awtentiċi; ideali u valuri li jistgħu jiġu interpretati minn kulħadd skont kif l-aħjar jaqbillu u jħalluhom jiskużaw l-iżbalji tagħhom filwaqt li jiċċensuraw tal-oħrajn.

Noqogħdu attenti iżda, għax dawk li għamlu t-tolleranza bħala l-ikbar virtù, huma wkoll dawk li juru l-iktar intolleranza lejn dawk l-imsejkna li bi dgħufija jew bi ħtija jkunu żbaljaw jew fallew: forsi għax għandhom il-ħtija li jikxfu l-konsegwenzi gravi li dawn l-ideali jwasslu għalihom, imma fuq kollox jikxfu kemm hemm ipokrezija moħbija.

U peress li l-ipokrezija tinkixef, fuq kollox jekk ikun hemm ir-riskju li ma nintebħux biha iktar, infittxu l-għajnuna fil-Vanġelu. Lil dawk li mingħalihom huma stess id-dielja u jaħsbu li l-friegħi huma l-opri tajba tagħhom, Ġesù jgħidilhom li l-affarijiet mhumiex kif jidhru, li anzi hu eżattament bil-kontra. Il-Mulej huwa d-dielja, Hu biss: aħna m’aħna xejn ħlief il-friegħi, xejn iktar, imma fuq kollox, xejn inqas. Għaliex aħna mqabbdin ma’ dak li hu tajjeb, mhux il-kontra! Għaliex hu t-“tajjeb” l-unika realtà minn fejn jitwieled kollox u fejn kollox jerġa’ jmur lura, dak li jiġi qabilna u dak li jibqa’ lil hinn minna, dak li jgħajjixna.

Dan it-tajjeb li qegħdin nitkellmu fuqu mhuwiex - kif ħafna jaħsbu llum – xi prinċipju ideali, anqas valur astratt: hu persuna vera, l-persuna ta’ Ġesù, bniedem bħalna u kelma eterna ta’ Alla. Hu d-dielja vera fejn il-Missier ilaqqamna bil-fidi fil-magħmudija; hu l-pjanta li l-ħajja tagħha - l-Ispirtu s-Santu – tagħmilna, tgħajjixna u tgħinna naġixxu bħala xbieha tiegħu. Hawn forsi jiċċara ruħu l-kliem ta’ Ġesù li jafferma li “mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; imbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu” (Ġw:15: 5-6). X’tista’ tistenna iktar il-fergħa maqtugħa minn maz-zokk? M’hemmx għalxiex naħsbu

Page 61: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

60 SIGNUM FIDEI

fil-kastigi t’Alla, dan l-atteġġament li jġib tant ħsara fuq dak stess li jagħżel li jinqata’ ma jistax ma jipproduċix diżastru.

B’xorti tajba hemm anke l-espressjoni l-oħra li tikkonslana ħafna, “Min jibqa' fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott” (Ġw. 15:5) u “Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa' fikom, itolbu kull ma tridu, u jingħatalkom” (Ġw. 15:7). Alla jaf li jkun impossibbli għalina li neżistu maqtugħin miz-zokk antik, b’saħħtu u ġeneruż tat-tajjeb li huwa hu stess: għalhekk iddeċieda li jħawwel id-dielja vera, Ġesù, ibnu l-maħbub, fl-għalqa tad-dinja. Fuq din il-pjanta ma jgħajja qatt ilaqqam bħala tilqimiet ġodda lil kull wieħed minna biex jgħaddielna l-aħjar li għandu: ħajtu li hi eterna, il-verità tiegħu li hi unika, imħabbtu li hi infinita, u l-ferħ tiegħu li hu mingħajr limitu …

Aħbar meraviljuża din tal-Vanġelu li tikkuntrasta s-sistema tal-ideali, tal-valuri u l-prinċipji li jżommu d-dinja u li huma aċċessibbli biss għall-bravi, għas-sinjuri, għal min hu b’saħħtu, għal tal-ewwel u għal min hu intelliġenti; sistema msejsa fuq l-inġustizzja li allura dak li diġà għandu iktar jingħatalu. Li aħbar bħal din ma jkollhiex suċċess fid-dinja tagħna m’għandhiex taħsadna wisq, forsi din hi prova oħra tal-awtentiċità tagħha.

Minn “La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, silta mit-2 punt

Prayer, says Saint John Chrysostom, is a divine medicine that drives out of our hearts all the malice it finds there and fills them with all justice. This is why, if we wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than to devote ourselves to prayer. No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer, to obtain the grace of repentance and pardon. Ask God, then, to give you a pure heart that has an aversion and a horror not only for the most grievous sins but also for whatever can stain your conscience and make you displeasing to God.

TALBA

Mulej, jiena li qed nibki, niġi għandek għaliex inti dejjem taqsam miegħi d-dispjaċir.

Jiena li qed inbati, nigi għandek għax naf li tagħti kas tiegħi u tfejjaqni!

Mulej, jien li nħossni mbeżżgħa, niġi għandek għax naf li titbissimli. Jien naqsam fil-ħajja tiegħek Ġesù,

għax inti lbist u sirt wieħed bħali u għalhekk jiena naf tajjeb

O Alla ta’ mħabba, li meta nħobb lil persuna oħra,

fil-verità nkun qed immiss lil wiċċek fi mħabbtek!

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 62: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 61

It-Tnejn 30 t’April It-Twelid ta’ San Ġwann Battista De La Salle (1651) - saċerdot, teologu u fundatur tal-Frères tal-iskejjel insara

San Piju V San Ġużeppi Benedittu Cottolengo (1786-1842)

Il-Beatu Beneditt ta’ Urbino - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Atti 14: 5-18 Ġejna nħabbrulkom biex tħallu dawn l-idoli fiergħa u

dduru lejn Alla l-ħaj. 2. Salm 113b: 1-4,15,16 Mhux lilna, Mulej, mhux lilna, iżda lil ismek sebbaħ. 3. Ġwanni 14: 21-26 Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti.

SAN ĠWANN BATTISTA DE LA SALLE Twieled fil-belt ta’ Reims - Franza.

Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata fl-Iskejjel Lasalljani fil-15 ta’ Mejju. Jean-Baptist De La Salle twieled għani, għex ta’ fqir, kien ippersegwitat, ikkalunjat, imwarrab minn qrabatu, mistmerr mill-għonja ta’ Reims, magħdud bi bniedem ta’ rasu iebsa mill-isqfijiet u l-kappillani, ikkundannat mill-awtoritajiet ċivili, imċaħħad minn legati għall-iskejjel tiegħu, ittradut minn xi dixxipli tiegħu u mneħħi minn superjur tal-Frères f’Pariġi. Huwa temm ħajtu umiljat iżda fl-akbar rassenjazzjoni u fiduċja fil-providenza u l-ħniena t’Alla l-imbierek. Il-knisja u s-soċjetà għandhom bżonn ta’ aktar dixxipli ta’ De La Salle.

Ejjew nitolbu ’l Alla għal aktar vokazzjonijiet. Bro. Louis Camilleri

SAN PIJU V (1504-1572) – Papa Kien jismu Mikiel Ghislieri u twieled f’Bosco fi Żligurja, fl-Italja ta’ Fuq fl-1504.

Ta’ 14-il sena, daħal mad-Dumnikani u rnexxa ħafna bħala għalliem u predikatur.

Għal 16-il sena, mill-1540 sal-1556, għallem il-Filosofija u t-Teoloġija, sakemm fl-1556, laħaq isqof ta’ Nepi u Sutri, u sena wara sar kardinal u inkwiżitur ġenerali.

Fl-1559 sar isqof ta’ Mondovi u fl-1566, laħaq Papa bl-isem ta’ Piju V. Anki bħala Papa baqa jgħix ta’ patri Dumnikan, ħadem biex jitqiegħdu fil-

prattika r-riformi tal-Konċilju ta’ Trento, ikkundanna bl-akbar qawwa il-protestantiżmu.

Anki l-ġlied bil-barri (it-Toro), popolari ħafna fi Spanja, ma kien jogħġbu xejn. Kien fi żmien li l-insara kisbu r-rebħa kbira fuq it-Torok f’Lepanto fis-7

t’Ottubru, 1571, li San Piju rriforma l-Missal u l-Brevjar, u wara r-rebħa ta’ Lepanto waqqaf il-festa tar-Rużarju u żied it-Titlu ta’ Għajnuna tal-Insara fil-litanija tal-Madonna, titlu hekk għażiż għal San Ġwann Bosco 300 sena wara.

Page 63: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

62 SIGNUM FIDEI

Għen ukoll lill-Kavallieri ta’ Malta fil-bini tal-Belt Valletta. Miet ta’ 68 sena fl-1 ta’ Mejju, 1572.

Riflessjoni: Ma għandniex għerf jew ħila biex infissru sew kif dan isir, iżda nistgħu biss ngħidu li l-iben t’Alla kisbilna u mmeritalna dan il-post għoli li nkunu wlied Alla kif jgħid San Ġwann: “Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi, fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int” (17, 24); dan ifisser li huma jagħmlu fina, b’mod partiċipattiv, l-istess għemil li jien nagħmel b’mod naturali, jiġifieri li nispira l-Ispirtu s-Santu. U jgħid ukoll: “M’inix nitlob għal dawn biss, imma għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif int fija u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda ... bħalma aħna ħaġa waħda, jien fihom u inti fija; biex isiru ħaġa waħda għal kollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li int ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili” (17, 20-23), li jfisser li Alla l- Missier jagħtihom l-istess imħabba li jikkomunika lill-iben, għalkemm mhux b’mod naturali kif jagħmel mal-iben, l-għaqda u l-bidla tal-imħabba. Anqas ma jrid ifisser li l-qaddisin huma ħaġa waħda essenzjalment u naturalment bħall-missier u l-iben; imma biss li huma ħaġa waħda bl-għaqda tal-imħabba, kif il-missier u l-iben huma magħquda fl-imħabba. San Ġwann tas-Salib

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 50, silta mit-2 punt

It is hard to imagine that people who are born for heaven, who in Baptism have undertaken to live a holy life, would neglect the means given to them by God to sanctify themselves, especially the greatest of these means, namely, Communion with the body of Jesus Christ. By uniting himself with them, he gives them in abundance the graces they are able to receive and that he has prepared for them. If, as our Lord says, the body is more important than the clothing, what is the body compared with the soul? Is it not more reasonable to disregard the body and everything temporal in order to think first of all of the soul and to provide what it needs?

TALBA Kolletta tal-Jum: Festa ta’ San Piju V

O Alla, li fil-providenza tiegħek għollejt lill-Papa Piju V fil-knisja tiegħek,

biex il-fidi tiġi mħarsa u biex tiġi offruta qima aktar xierqa, bl-interċessjoni tiegħek agħtina l-grazzja,

li nieħdu sehem fil-misteri tiegħek b’fidi ħajja, u karità fejjieda. Dan nitolbuk b’Ġesù Kristu sidna, ibnek li jgħix u jsaltan miegħek,

Flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Missierna ...

Page 64: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 63

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 65: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

64 SIGNUM FIDEI

JGĦIX ĠESU’

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 66: Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi · id-drawwa qadima kienet il-kaġun illi Ġwanni waqaf quddiem il-qabar u ma daħalx? Tgħid waqaf jittawwal mill-għatba b’rispett ta’ xi skruplu

SIGNUM FIDEI 65

Il-Membri

tas-Signum Fidei jixtiequ jawguraw lil

Mons Alfred Xuereb

tal-Ordinazzjoni Episkopali u l-ħatra

tiegħu bħala

Nunzju Appostoliku

tal-Korea t’Isfel

u l-Mongolja

19-03-2018

Fis-sigħat bikrin tas-7 ta’ April, tal-1719, Ġwanni Battista De La

Salle kien fl-aħħar mumenti tal-agunija mdawwar bl-ewwel

Brothers. Għall-erbgħa ta’ filgħodu, ipprova jqum bilqiegħda,

għaqqad idejh flimkien u refa’ għajnejh lejn is-sema, u wara ħa l-

aħħar nifs. Il-festa tal-fundatur issir fis-16 ta’ Mejju.