-bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: bethlehem għax jien twelidt hawn u...

16

Upload: others

Post on 15-Mar-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat
Page 2: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

Merħba Paġna 2

Merħba għażiż viżitatur,

Merħba f‟raħal twelidi. Għalkemm meta bdejt nitfarfar,

mort ngħix f‟Nażaret mal-ġenituri tiegħi, Bethlehem

baqa‟ dejjem f‟qalbi.

Ngħid għalija, qisu l-bieraħ! Għax fl-eternità m‟hemmx il-

bieraħ, illum jew għada — passat, preżent jew futur!

Waqt din iż-żjara tiegħek, nixtieq nurik ftit ftit is-

sbuħija ta‟ raħal twelidi, bil-paesaġġi ħelwin u ma jonqosx

li tiltaqa‟ ma‟ niesi li bħal dejjem dħulin, ħawtiela u

sempliċi.

U bilħaqq! Toqgħodx lura milli tixref „il ġewwa mill-bieb.

Hawn il-bieb miftuħ għal kulħadd. Isma‟ bejnietna tafx...

Shhhh! Ommi tgħid li għalija sibitu magħluq. Imma dak

għadda issa... ejja nibdew għax il-kliem bħaċ-ċirasa,

waħda ġġib lill-oħra...

It-tweġibiet kollha jinsabu fil-websajt

http://www.ghajnsielem.com/bethlehem/

Karta tal-Identità Nru. 002512000033I

Isem: ĠESÙ

Data tat-twelid: 25 Diċembru 0000

Nazzjonalità: Israel

Post tat-twelid: Bethlehem

Tiswa sa: Eternità

Page 3: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

Paġna 3

Ninsabu quddiem il-bieb prinċipali* L-isem li qed tara

fuq il-bieb ewlieni: Bethlehem f‟Għajnsielem iwaħħad żewġ

ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u

Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq

dan ix-xenarju animat daqstant uniku.

Kompli miexi sakemm quddiemek tara tliet passaġġi.

Ħu l-passaġġ tan-nofs. Quddiemek tara ħanut fejn

ommi tibagħtni kuljum nixtri biex ikollna x‟nieklu. Missieri

kienet tinżillu għasel kisra sħuna u mbaskta...

Aħseb ftit... x‟taħseb li kont nixtri minn hawn?

ħaxix ħut ħobż

Għall-iskola nieħu dejjem ftit ħobż tal-maħlut miegħi.

Nixtrih minn hawn, mingħand Franġisk, il-furnar. Dejjem

bnin. Darba, l-għalliema għamlitilna l-piramida tal-ikel fejn

tgħallimna li l-ħobż samrani (kulur: kannella) hu aktar

tajjeb għas-saħħa u għandna niekluh kuljum għax...

fih ħafna proteini fih ħafna fibra (fiber)

Kont taf li:

Bethlehem jagħlaq il-bieb tat-Testment

il-Qadim u jiftaħ beraħ dak tat-Testment

il-Ġdid. Dan għax filwaqt li fit-Testment

il-Qadim, Ġerusalemm kienet l-aktar

post importanti, bit-twelid ta’ Ġesu,

Bethlehem sar iċ-ċentru ta’ kemm

Alla jħobbna tant li sar bniedem

bħalna f’kollox barra fid-dnub.

*Ara l-MAPPA f’nofs il-ktieb. Il-forn...

Page 4: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

Il-mastrudaxxa u l-ħaddied Paġna 4

Wara li ħriġna mingħand il-

furnar, inkomplu mexjin „l isfel.

Fuq in-naħa tal-lemin naraw l-

ilma igelgel tan-nixxiegħa.

Issa fuq ix-xellug, naraw il-

ħanut tal-mastrudaxxa.

Ejja nidħlu s‟għand Karmnu. Lil

Karmnu nafu sew għax billi missieri kien mastrudaxxa

wkoll, mhux l-ewwel darba li ssellef xi biċċa għodda. Dak iż

-żmien, il-mastrudaxxa kien jagħmel bibien, twieqi, kaxex

u mqadef għas-sajjieda.

Semmi 3 għodod li qed tara fil-ħanut tal-mastrudaxxa.

martell serrieq mazza

Noħorġu mingħand il-

mastrudaxxa, u quddiemna

naraw il-ħanut tal-ħaddied.

Ġużi u Frans u l-familji tagħhom

dejjem hawn. Dejjem bin-nies

jistennew għal xi biċċa xogħol —

min għal xi borma, ċurkett jew ġiżirana.

Kont tara wkoll ġejjin għandu rġiel, kull wieħed b‟saffejn.

Kont tisma‟ “Ġuż, it-tarka tiegħi lestejtieli jew?” jew

“Frans, ix-xabla sewwejtieli?” Eh! Kemm hi sabiħa l-paċi

kif kantaw hawn l-anġli “...sliem fuq l-art lill-bnedmin ta‟

rieda tajba!” (Lq. 2:14)

Page 5: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

L-għar tar-rgħajja Paġna 5

Inkomplu neżlin ‘l isfel u

n i ġ b d u f u q i l - l e m i n .

Quddiemna naraw l-għar tar-

rgħajja. Fir-raħal tiegħi,

tara ħafna rgħajja jirgħu l-

merħliet tagħhom fil-midbar li

bil-lingwa tiegħi Lhudija tfisser

il-mergħat tar-rgħajja.

Meta kont daqsxejn ta‟ tfajjel, ħbiebi li konna nilagħbu

flimkien, kienu jirgħu l-merħliet tal-familja tagħhom.

Ħuthom l-kbar kienu jaħdmu l-għelieqi. Kont niddejjaq li

ma narax il-ħbieb tiegħi għal xi ġranet għax kienu

jindokraw il-merħla lejl u nhar. Hemm arahom... u kienu

jistkennu f‟xi għerien imħaffrin fil-blat.

Meta kbirt u bdejt ngħallem madwar l-irħula, kont

nirrakkonta ħafna stejjer (parabboli) dwar dak li kont

nara madwari. Isejħuli r-Ragħaj it-Tajjeb għax dan

jagħti ħajtu għall-merħla tiegħu.

X‟taħseb li jagħmel r-ragħaj? (immarka t-tajbin b‟sing taħthom)

Jorqod

Iħalli l-annimali selvaġġi jattakkaw il-merħla

Jishar (jibqa’ imqajjem)

Jara li ma hemmx nagħġa waħda nieqsa

Imur ifittex in-nagħġa l-mitlufa

Jagħti ħajtu

Page 6: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

Is-Suq Paġna 6

Inħallu l-għar tar-

rgħajja u nerġgħu nibdew

telgħin „il fuq. Nibqgħu

m e x j i n s a k e m m

quddiemna titfaċċa t-

taverna. Issa nimxu fil-

passaġġ ta‟ fuq ix-xellug

sakemm naslu ħdejn is-suq. Is-suq hu l-ħajja ta’

Bethlehem. Folol kbar ta‟ nies imorru fih kuljum.

Hawn issib tixtri li trid... ħaxix u frott, laħam u ħut,

żrieragħ, tjur, nagħaġ u mogħoż, fuħħar, ħadid, żejt, dqiq

u qamħ u fwejjaħ fost l-oħrajn. Min ibigħ u min jixtri. Hi

wkoll id-drawwa ta‟ bosta li jixtru xi par beċċun jew ħaruf

sabiex joffruh bħala sagrifiċċju fit-tempju.

Forsi tistaqsni... biex inħallsu? Għandna d-dinar. Biex

tifhmuni, per eżempju bidwi jitħallas dinar kuljum. B‟dinar

wieħed jiekol ikla kbira. Ħarufa tiswa erba‟ dinari, filwaqt

li għoġla għandha valur ta‟ għoxrin dinar. Ħmar jiswa biss

bejn żewġ u erba‟ dinari.

Page 7: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

L-Għar ta’ Bethlehem Paġna 7

Noħorġu minn bieb is-suq u nersqu lejn l-imkien

ħiemed u sempliċi tal-għar qaddis. Hawn twelidt

jien... kif tista‟ tara f‟daqsxejn ta‟ għar tal-annimali.

N i m m a ġ i n a t i s t a q s i n i

x‟ħassejt f‟dak il-jum. Ma

niftakarx... Ommi tgħid li

kienet kesħa xxoqq il-għadam

u jien bkejt bil-ġuħ u l-ksieħ.

Iżda n-nifs sħun tal-baqra u l

-ħmara, it-tiben fil-maxtura u

fuq kollox l-imħabba tal-

ġenit ur i t i egħi k i enu

biżżejjed. Eh... kif iġerbeb iż

-żmien... Iżda dik il-maxtura

ma ninsieha qatt.

Ġesù, int illum l-gwida tiegħi f‟raħal twelidek. Isma‟ ftit, għidli inti issa meta ser tiġi għandi?

Ibni, binti... Ħares ftit lejn idejk... Jien niġi għandek

kuljum... kull meta int tiftaħ idejk, u jien noqgħod fuqhom

bħalma qgħadt fil-maxtura tal-għar. Iva, fhimtni sew.

Jien niġi nżurek fit-tqarbin, fl-Ewkaristija.

Jien twelidt għalik biex inti tkun ferħan/a.

Jien twelidt għalik biex inti tikber fl-imħabba.

Jien twelidt għalik biex inti tgħix għal dejjem.

Page 8: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat
Page 9: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat
Page 10: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

Lukanda Paġna 10

Noħorġu mill-għar u nersqu lejn l-lukanda.

Lukanda hi dar b‟ħafna kmamar għal dawk in-nies li jkunu

qed jivvjaġġaw u jkunu jridu jieqfu jorqdu x‟imkien. Xi

wħud jiġu mill-bogħod... saħansitra minn pajjiżi u

kontinenti oħra. F‟Bethlehem mhux l-ewwel darba li ma

kontx issib kamra vojta fejn tistkenn mis-sirda tal-lejl!

Niftakar li meta bdejt nikber u ngħallem, xi ħadd staqsieni

x‟irid jagħmel biex isalva. U jien, għax l-istejjer

inħobbhom, għedtlu l-istorja ta‟ meta raġel ta‟ qalbu tajba

sab raġel mixħut mal-art qed imut, waqaf, għenu u ħadu

f‟lukanda biex jieħdu ħsiebu. Mhux biss, iżda ħallaslu

kollox hu.

Page 11: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

Ieqaf. Ħares lejn l-għar u aħseb... Paġna 11

T welidt bil-lejl, biex temmen li nista’ ndawwal kull realtà.

Twelidt persuna, biex int qatt ma tistħi tkun dak li int.

Twelidt bniedem, biex int tista’ ssir Alla.

Twelidt bin Marija, biex int ikollok omm.

Twelidt iben adottiv ta’ Ġużeppi, biex int tifhem li veru missier huwa dak li jagħti l-imħabba u l-kenn.

Twelidt ippersegwitat, biex tkun taf taċċetta d-diffikultajiet għall-imħabbti.

Twelidt fis-sempliċità, biex tieqaf tkun komplikat.

Twelidt umli, biex int taħrab kull suppervja.

Twelidt fil-moħbi, biex int tħobb is-satra.

Twelidt tarbija, biex int titgħallem tkun sempliċi bħat-tfal.

Twelidt biex ngħajxek, biex int lil dawk li jiġġerrew iġġibhom lejn dar il-Missier.

Lambert Nohen

Page 12: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

L-Anġlu tal-Grotta Bejn stampa u oħra hawn 10 affarijiet

differenti. Ara ssibhomx!

Taħbil il-moħħ Paġna 12

Ħajr: Trevor Zahra, Rigal tal-Milied, Bugelli, Malta 1989.

Page 13: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

Attività fid-dar Paġna 13

Attività fid-dar

Kategorija A: TPINĠIJA (tfal 6 sa 10 snin)

Pinġi dwar x‟għoġbok l-aktar f‟Bethlehem f‟Għajnsielem.

Kategorija B: KITBA (studenti 11 sa 15-il sena)

Bethlehem f‟Għajnsielem f‟100 kelma. Iġbor u għaqqad

flimkien l-ideat ewlenin li tħoss li l-aktar li jispikkaw

f‟Bethlehem f‟Għajnsielem 2010.

Regoli:

Ix-xogħol irid isir fuq karta/kartuna riċiklata mhux

akbar minn A4.

Ix-xogħol irid jasal sal-Ġimgħa, 14 ta‟ Jannar 2011

Tista‟ tibagħtulna bil-posta fuq dan l-indirizz:

Fuq in-naħa ta‟ wara tax-xogħol li tibagħtilna, niżżel ukoll: Isem tal-iskola tiegħek Ismek u kunjomok Klassi

Ir-Rebbieħ/a ta‟ kull kategorija jingħata/w sett kotba

sbieħ kull wieħed/waħda.

Attività d-dar Bethlehem f’Għajnsielem Fondazzjoni Bethlehem f’Għajnsielem Kunsill Lokali Għajnsielem Pjazza tad-Dehra Għajnsielem GSM 1520

Page 14: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

Bethlehem f’Għajnsielem u l-ambjent L-ambjent hu tant għal qalbna! Tant hu hekk, li l-

Fondazzjoni Bethlehem f‟Għajnsielem li tħaddan il-

prinċipji ta‟ EkoGħawdex u li ta‟ kull sena tieħu ħsieb

torganizza dan il-villaġġ ħaj tal-Milied, qed taħdem bla

heda sabiex Bethlehem f‟Għajnsielem f‟kollox u dejjem

ikun post mudell li jirrispetta l-ambjent naturali u storiku

tal-madwar. Din it-triq li qbadna qed nittamaw li twassalna

sabiex niksbu ċ-ċertifikat ISO 14001:2004 maħruġ mill-

Awtorita‟ Maltija Dwar l-Istandards lil dawk l-

organizzazzjonijiet li jirrispettaw u jtejbu l-ambjent.

Ħares ftit madwarek... innota li ġewwa Bethlehem

f‟Għajnsielem:

Nisseparaw l-iskart - il-karti u l-ħġieġ

Nużaw biss boroż tal-karti u mhux tal-plastik

Niġbru l-iskart organiku u nagħmlu l-kompost

Nużaw biss injam nadif u bla kolla fil-forn u fil-

ħġejjeġ

Nibnu mill-ġdid il-ħitan tas-sejjieħ

Nużaw l-aktar id-dawl naturali tax-xemx

Isma‟ ta‟.... Jien naħseb li issa għedtlek biżżejjed. Għidli

ftit... Int u l-familja tiegħek kif tieħdu ħsieb l-ambjent

fid-dar tagħkom? X’tagħmlu?

Ngħożżu l-ambjent Paġna 14

Page 15: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat

Is-Slaten Maġi Paġna 15

Niktakar lil ommi u missieri jirrakkontawli li ġew ħafna

nies fl-għar. Missieri qalli wkoll storja li ma ridtx

nemmen. Qalli li darba waħda tlett irġiel

għonja raw kewkba speċjali li qatt ma

kienu raw bħala! Iddeċidew li jimxu

warajha. U din il-kewkba wasslithom sa

hawn. Riedu jtiru bil-ferħ meta rawni.

Niżlu għarkobbtejhom u tawni qima.

U tawni tlett rigali wkoll li huma d-deheb,

l-inċens u l-mirra.

Page 16: -bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq dan ix-xenarju animat