gurnata fir-razzett
DESCRIPTION
Ir-Razzett ta' Pawlu u l-annimali tieghu.TRANSCRIPT
Ġurnata fir-razzett
Mit-tfal tal-Year 2Y
Dan ir-razzett tan-nannu Pawlu.
Dan ir-razzett jinsab Ħal Luqa
Fir –razzett hemm ħafna annimali.
Hemm ħafna annimali sbieħ.
Hemm żewġ żwiemel kannella jiġru ħafna.
Il –baqra u n-nagħġa jagħtuna il-ħalib.
Il-baqra tagħtina l-laħam ukoll.
In-nagħġa tagħtina s-suf.
Hemm ukoll kelb u qattus. Dawn jisimhom Fido u Fifi.
Iz-ziju u z-zija jieħdu ħsieb l-annimali.
Din is-siġra fiha ħafna tuffieħ.
Kemm nieħu gost meta n-nannu jħallini niġbor ftit tuffieħ fil-qoffa.
Dan ir-razzett kbir ħafna.
L-annimali huma kollha sbieħ.
Kemm nieħu gost nitla’ fid-dar żgħira li hemm fis-
siġra!
Kemm inkun kuntent meta mmur ir-razzett!
Inkun nixtieq li l-ġurnata ma tgħaddi qatt.