novembru 2018 - signumfideimalta.files.wordpress.com · pajjiżhom. il-beatitudnijiet huma t-triq...

65
NOVEMBRU 2018 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 14-Oct-2019

39 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

NOVEMBRU 2018

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

SIGNUM FIDEI 1

In Loving Memory of the Maltese Brothers who passed away in the last 100 years.

Bro. Emmanuel Sciberas 16th January 2017 Bro. James Calleja 31st January 2011 Bro. Philip Anthony Cauchi 13th February 1984 Bro. George Gardner Scicluna 13th February 1945 Bro. Norbert Farrugia 15th Februry 2007 Bro. Aloysius Darmanin 1st March 1974 Bro. Vincent Farrugia 8th March 2001 Bro. Anthony Farrugia 17th April 1985 Bro. Felix Agius 28th April 2002 Bro. Roger James Mangion 8th May 1970 Bro. Peter Galea 9th May 1998 Bro. Louis Camilleri 29th May 2011 Bro. Edward Henry Grech 10th June 1981 Bro. Patrice Francois Gambin 16th June 1966 Bro. Victor Privitera 18th July 2008 Bro. Alfred Spiteri 20th July 1992 Bro. Francis Muscat 2nd August 1987 Bro. William Xavier Seychell 10th August 1947 Bro. Charles Gatt 20th August 1992 Bro. Wilfred Albert Gros 13th October 1972 Bro. William Raphael Tabone 13th October 1977 Bro. Domnic Rosso 10th November 2011 Bro. Hilary Clews 21st November 1998 Bro. Sylvestre Antione Borg 25th November 1915 Bro. Robert of Mary Pace 3rd December 1970 Bro. Michael Buttigieg 8th December 1997 Bro. Joseph Prosper Scicluna 8th December 1967

May they rest

in peace.

Amen

2 SIGNUM FIDEI

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa għal dan ix-xahar ta’ Novembru Universali: Għas-Servizz tal-Paċi Biex il-lingwaġġ tal-imħabba u tad-djalogu jirbaħ dejjem fuq il-lingwaġġ tal-konflitt. Dati importanti għax-xahar ta’ NOVEMBRU : 1 ta’ Novembru : Il-Festa tal-Qaddisin kollha 2 ta’ Novembru : L-Għid tal-Erwieħ 9 ta’ Novembru : Il-Konsagrazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran. 16 ta’ Novembru : Il-Festa tal-Beatu Bro. Aurelio Maria u sħabu martri 17 ta’ Novembru : Id-Dedikazzjoni tal-Knisja ta’ S. Ġwann Bta. De la Salle 25 ta’ Novembru : Il-Festa ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien

- NOVEMBRU 2018 - 2011 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN

FIL-PREŻENZA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH.

San Ġwann Battista de La Salle

Nota Importanti: Bejn nofsinhar tal-1 ta’ Novembru u l-jum tal-għada tista’ tinkiseb indulġenza plenarja b’suffraġju għall-mejtin. Biex tingħata din l-indulġenza jridu jiġu osservati xi punti:

a) żjara f’xi knisja. b) reċità tal-Missierna, Kredu u talba għall-Papa. c) qrara u tqarbina.

Bejn l-1 u t-8 ta’ Novembru tingħata indulġenza plenarja lil min imur fiċ-ċimiterju u jitlob għall-mejtin.

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

SIGNUM FIDEI 3

Il-Ħamis, l-1 ta’ Novembru Il-Festa tal-Qaddisin Kollha

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 7: 2-4,9-14 Rajt kotra kbira li ħadd ma jista’ jgħoddha. 2. Salm 23: 1-6 Dan huwa n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej. 3. 1Ġwanni 3: 1-3 Naraw ’l Alla kif inhu. 4. Mattew 5: 1-12a Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. SOLLENNITÀ TAL-QADDISIN KOLLHA

L-eqdem ċelebrazzjoni ta’ festa ta’ qaddis hi dik tal-martri San Polikarpu, isqof ta’ Smirna, li miet fis-sena 155. Jgħarrafna mbagħad, l-għaref Duttur tal-Knisja, San Efrem, li f’Edessa fil-Mesopotamja (l-Iraq tal-lum), kienet issir fis-seklu IV il-festa tal-“Martri tad-dinja kollha”.

Il-patrijarka ta’ Kostantinopoli, il-kbir duttur tal-Knisja San Ġwann Kriżostmu, kiteb li wkoll fir-raba’ seklu f’Antjokja tas-Sirja, fejn kien twieled, kienet issir il-festa tal-Qaddisin Kollha, fl-Ewwel Ħadd wara Għid il-Ħamsin.

Meta mbagħad fis-sena 610, il-Papa San Bonifaċju IV, bidel il-Panteon ta’ Ruma minn tempju pagan tal-allat foloz kollha, fi knisja Nisranija ddedikata lill-Madonna u lill-Qaddisin Martri kollha, bdiet issir f’Ruma l-festa tal-“Martri Kollha’ bħal f’Edessa fit-13 ta’ Mejju.

Kien però fis-sena 853, li l-Papa Girgor IV, bi ftehim mal-Imperatur Ludoviku “l-Piju” ffissa l-jum tas-sollennità tal-“Qaddisin Kollha” (u mhux il-Martri biss) għall-1 ta’ Novembru, kif għadha sal-lum fil-Punent kollu.

Hi l-festa ta’ kull min jinsab fis-sema: Kristu, il-Madonna, l-Anġli u l-Qaddisin l-oħra, kanonizzati u mhumiex. Ta’ kull żmien ta’ kull post, anke ta’ dawk li għexu qabel Kristu, jew li mingħajr tort tagħhom ma daħlux fil-Knisja tiegħu, imma għexu mill-aħjar li setgħu ħajja tajba.

Riflessjoni: Jekk hemm xi ħaġa li tikkaratterizza lill-qaddisin, din hi li huma tabilħaqq hienja. Skoprew is-sigriet tal-hena awtentika, li tgħammar fil-qiegħ tar-ruħ u għandha l-għajn tiegħu fl-imħabba ta’ Alla. Għalhekk il-qaddisin huma msejħa henjin. Il-beatitudnijiet huma t-triq tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, lejn is-sema pajjiżhom. Il-beatitudnijiet huma t-triq tal-ħajja li l-Mulej jurina, biex nistgħu nimxu fuq il-passi tiegħu. Fil-Vanġelu tal-lum, smajna kif Ġesù jipproklamahom quddiem ġemgħa kbira fuq muntanja qrib l-għadira tal-Galilija. Il-beatitudnijiet huma l-profil ta’ Kristu u, konsegwentement, tan-Nisrani. Minnhom nixtieq insemmi waħda: “Henjin ta’ qalbhom ħelwa”. Ġesù jgħid hekk dwaru nnifsu: “Tgħallmu minni, għax jien ta’ qalb ħelwa u umli” (Mt. 11:29). Dan hu r-ritratt spiritwali tiegħu u jikxfilna l-għana ta’ mħabbtu. Il-qalb ħelwa hi mod kif inkunu u

4 SIGNUM FIDEI

ngħixu li jqarribna lejn Ġesù u jgħaqqadna miegħu; jgħinna nwarrbu għall-ġenb dak kollu li jifridna u jġellidna, u biex infittxu modi dejjem iktar ġodda kif nibqgħu mexjin ’il quddiem fit-triq tal-għaqda ... Il-Papa Frangisku, l-1 ta’ Novembru 2016 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.183, l-1 parti

The happiness of the saints is something so great and so far above human thoughts that Saint Paul says, when he speaks of it, Eye has not seen; ear has not heard, nor has the heart of man ever conceived what God has prepared for those who love him. It is, he says, the hidden wisdom of God, which he has prepared before all ages for our glory. This eternal wisdom, which is filled with glory and majesty and constitutes all the glory and happiness of the saints, is hidden from us in this life and is known to us only through faith. It is just that only in heaven will we see God unveiled and entirely revealed. We know, says Saint John, that when Jesus appears, we will be like him, because we will see him as he is. What a joy for the saints to be made like God through participation in his nature and in his divine perfections! There God is truly in the saints by a holy sharing in his greatness, and the saints are in God, because their entire being is penetrated by God, so that they can think of and love only God. Today, pay homage to the saints, but let it be in God, because it is in him that you find them all. Admire how great is the happiness they enjoy in heaven, how wonderful is the glory they receive, and beg them to obtain from God for you the grace to share in their glory after your death.

TALBA

O Alla, qawwi u etern, li xgħelt dik il-fjamma ta’ mħabba

fil-qalb tal-qaddisin, agħmel li aħna jkollna wkoll

dik l-istess fidi u qawwa ta’ mħabba li kellhom huma,

u waqt li nifirħu bir-rebħa li kisbu agħmel li aħna nimxu fuq l-eżempju tagħhom,

bi Kristu Sidna, Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 5

Il-Ġimgħa, it-2 ta’ Novembru L-Għid tal-Imwiet

Ta’ min jiftakar bejn nofsinhar tal-lum u l-ġurnata ta’ għada

tista’ tintrebaħ Indulġenza Plenarja kull darba. (ara l-kundizzjonijiet tal-ewwel paġna)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

għtihom O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom. Jistrieħu fis-sliem. Ammen.

Illum kull saċerdot jista’ jqaddes tliet quddisiet. Jitqaddsu b’dawn l-intenzjonijiet skont il-Liturġija:

1. skont l-intenzjoni tas-saċerdot. 2. għall-erwieħ kollha tal-Purgatorju. 3. skont l-intenzjoni tal-Papa.

Qari: Is-saċerdot jagħżel il-Qari skont kif jixtieq hu. IL-FIDILI MEJTIN KOLLHA Fit-2 ta’ Novembru, il-Knisja turi b’mod speċjali s-simpatija tagħha ma’

wliedha li qed jiġu ppurifikati fil-Purgatorju. Dan il-jum huwa magħruf ukoll bħala l-Għid tal-Imwiet.

Il-Knisja fuq l-art tonora b’rispett kbir lill-mejtin tagħha, u billi huwa ħsieb qaddis u siewi li titlob għall-mejtin biex jinħelsu minn dnubiethom, (2 Mark 12:

46) toffri suffraġi għalihom. Sa mill-bidunett, l-Insara kellhom ġranet fis-sena li fihom kienu jiftakru b’mod

iktar mis-soltu fil-mejtin tagħhom. Fis-sena 800, kien sar ftehim bejn il-monasteri ta’ San Gall u ta’ Reichenaw

li fl-14 ta’ Novembru ta’ kull sena ssir tifkira tar-reliġjużi mejtin taż-żewġ komunitajiet, u kull saċerdot iqaddes tliet quddisiet.

Fis-sena 998, San Odilo, abbati tal-monasteru ta’ Cluny, ordna li l-membri tiegħu josservaw it-2 ta’ Novembru bħala Jum it-Tifkira tal-Insara mejtin kollha.

Dan il-jum ta’ tifkira daħal f’monasteri oħra. Fl-1008, Liegi fil-Belġju, kienet l-ewwel djoċesi li addottat dan l-użu. Minn hemm baqa’ dejjem jinxtered bla ma qatt ġie impost uffiċjalment mill-Knisja.

Fil-Gwerra l-Kbira, il-Papa Benedettu XV, fl-10 t’Awwissu 1915, estenda dan l-użu mal-Knisja tal-Punent u ddikjara li kull saċerdot jista’ joffri tliet quddisiet.

A

6 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni - X’jiġri mill-ġisem u r-ruħ tagħna wara l-mewt: “Wara l-mewt, hekk kif ir-ruħ tissepara minn mal-ġisem, il-ġisem jitħassar, filwaqt li r-ruħ, li hija immortali, tmur tiltaqa’ mal-ġudizzju ta’ Alla u hekk tistenna sakemm tingħaqad mal-ġisem, biex tqum mill-imwiet f’sura oħra, meta l-Mulej jiġi lura. ‘Aħna nemmnu fil-qawmien tassew mill-imwiet tal-istess ġisem li għandna issa’. Iżda fil-qabar ‘jinżera’ ġisem li jitħassar u jqum ġisem li ma jitħassarx’ (1Korintin

15:42) ġisem spiritwali (1Korintin 15:44). Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.185, l-1 parti It is a holy and wholesome thought to pray for the dead that they may be delivered from their sins. This is what Judas says in the Second Book of Maccabees, chapter 12. This is, indeed, one of the best and most holy instructions that can be given to us, because it leads us to do what is most advantageous for the souls in purgatory. Because they cannot help themselves and cannot secure any of the relief they need to be delivered from their sufferings, they need to be assisted by the prayers and good works of those who are still living. What a painful condition it is for them to be detained in devouring flames because during this life they did not make up for some less serious sins or for not having entirely expiated the sins that caused them to lose sanctifying grace! This is why these holy souls, although entirely submissive in this state to the will of God, urgently beg for the prayers of the living, which can obtain for them, often quite easily, what is impossible for them, because God is unwilling to accept in expiation for their sins whatever good they can do, for he gave them enough time during life to satisfy for their sins. Look with compassion on the state of these holy souls, who, although free from fear, yearn for their deliverance so that they will be able quickly to enjoy God, which they await with hope in the infinite goodness of God, assured that they will have the benefit of being delivered from their sufferings.

TALBA

O Missier ħanin, isma’ t-talba tagħna u sabbarna.

Hekk kif inġeddu l-fidi tagħna f’Ibnek, li qajjimt mill-imwiet,

qawwilna t-tama għal dawk ħutna li ħallewna. Agħmel li jieħdu sehem fil-qawmien tiegħu mill-imwiet,

Hu li jgħix u jsaltan flimkien miegħek u mal-Ispirtu s-Santu Alla wieħed,

għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 7

Is-Sibt, it-3 ta’ Novembru

L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt San Martin de Porres

Il-Beatu Rupert Mayer - Ġiżwita

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 1: 18b-26 Għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi rebħ. 2. Salm 41: 2-3.5 Ruħi għatxana għal Alla. 3. Luqa 14: 1,7-11 Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar. SAN MARTIN DE PORRES (1579-1639) - reliġjuż Dan il-qaddis ġie mniżżel fir-reġistru tal-magħmudija bħala “iben missier

mhux magħruf” għax Ġwanni de Porres, nobbli Spanjol u gvernatur futur tal- Panama, irrifjuta li jagħraf lil ibnu meta ra l-kulur sewdieni tal-ġilda tiegħu.

Għal diversi snin Martin għex fil-faqar ma’ ommu Anna Velasquez, mara sewda li ma kinitx miżżewġa. Dan kollu għen lit-tifel biex isir umli u baqa’ hekk għomru kollu.

Fl-aħħar Martin rebaħ qalb missieru li beda jieħu interess fl-edukazzjoni tiegħu u daħħlu jitgħallem is-sengħa ta’ barbier.

Iżda l-ġuvnott induna li kellu sejħa reliġjuża. Id-Dumnikani laqgħuh bħala ajk u terzjarju u kien biss wara disa’ snin li pprofessa bħala membru sħiħ. Kien bniedem tal-għaġeb għas-sempliċità, l-innoċenza u l-fidi tiegħu. Kellu devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u l-Passjoni ta’ Kristu; kien iħobb jgħin lill-fqar, li kienu jmorru għandu bi ħġarhom.

Billi kien jifhem fil-mediċina, kien idur bil-morda bi mħabba kbira. Lil dawk ta’ ġilda ta’ kulur skur, kien jgħallimhom il-fidi Nisranija, kien jurihom li għandhom dinjità ta’ bnedmin u ta’ wlied Alla u li kienu daqs razez oħra inklużi l-Ispanjoli.

Martin kien jieħu ħsieb anke tal-annimali u fl-istampi narawh jiġbor il-ġrieden mill-kxaxen tal-knisja, jeħodhom barra, jitmagħhom u jwissihom biex ma jagħmlux ħsara lill-uċuħ tar-raba’ u biex ma jmorrux fi knejjes.

Meta darba naqas l-ikel mill-kunvent għax ma kellhomx flus biex jixtru, Martin offra lilu nnifsu lill-pirjol biex ibiegħu bħala lsir u b’hekk idaħħal xi ħaġa tal-flus. Naturalment is-superjur tiegħu ma aċċettax, imma ma setax ma jammirax il-ġenerożità kbira tiegħu.

Martin ma ried javvanza b’ebda kariga fil-kunvent iżda baqa’ sa mewtu jieħu ħsieb l-infermerija. Kien jgħakkes lil ġismu b’sawm u b’penitenzi ħorox, u donnu qatt ma kien jaqta’ mit-talb, l-iżjed bil-lejl, u mit-talb kiseb għerf spiritwali hekk kbir li għaġġeb saħansitra lill-għorrief.

San Martin de Porres miet fit-3 ta’ Novembru 1639 fl-għomor ta’ 70 sena. Għall-umiltà u l-ħlewwa tiegħu, dan ir-reliġjuż Dumnikan ġibed il-qlub tal-

popli, l-aktar dawk tal-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel.

8 SIGNUM FIDEI

Kien iddikjarat qaddis mill-Papa San Ġovanni XXIII fis-6 ta’ Mejju 1962. Hu l-qaddis patrun tal-parrukkiera u tal-ġustizzja interrazzjali.

Riflessjoni: San Martin de Porres, bl-eżempju ta’ ħajtu, jurina liema hi t-triq li twassalna għall-qdusija u s-salvazzjoni, it-triq li l-Mulej stess jurina. Din it-triq hi li tħobb ’l Alla fuq kollox b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu u tħobb ’l-għajrek bħalek innifsek. Meta għaraf li Kristu bata għalina u tgħabba bi dnubietna sa fuq is-salib, Martin tqanqal bi mħabba liema bħala għal Kristu imsallab, u meta kien jikkontempla t-tbatijiet ħorox li l-Mulej ġarrab għalina, ma kienx jista’ jżomm id-dmugħ. Kellu wkoll imħabba speċjali għas-Sagrament Imqaddes tal-Ewkaristija, kien jgħaddi sigħat sħaħ jadura ’l Ġesù moħbi fit-tabernaklu u dejjem kellu xewqa kbira li jirċevih fit-tqarbin.

San Ġwanni XXIII Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 69, silta mill-1 punt

It is told in the Gospel of today that when Jesus went into the house of a leader of the Pharisees to take a meal with him, those who were there watched him maliciously. You are in a work that allows everyone to observe you and, consequently, that obliges you to practice the advice Saint Paul gave to Titus, his disciple, the bishop of Crete. He told him to make himself in all things a model of good works in his teaching by his irreproachable morals, the good example of his behavior, and his seriousness. In the first place, your students observe you; this is why you are obliged to give them good example by your teaching, imitating our Lord in this, who, according to what Saint Luke tells us in the Acts of the Apostles, began to do before teaching..

TALBA O Mulej,

f’dawn iż-żminijiet meta s-suppervja tal-bniedem qiegħda tnessi l-preżenza tiegħek, fakkarna fl-għeġubijiet li int wettaqt bl-għajnuna tal-qaddej umli tiegħek

Martin de Porres, matul ħajtu. Nitolbuk sabiex id-dinja kollha tagħraf

lil San Martin de Porres speċjalment fil-virtù eċċezzjonali tal-umiltà,

li dan il-qaddis kien tant jipprattika. Dan nitolbuh bi Kristu sidna,

Ammen. Missierna ...

SIGNUM FIDEI 9

Il-Ħadd, l-4 ta’ Novembru Il-31 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 6: 2-6 Isma’, o Iżrael: ħobb lill-Mulej b’qalbek kollha. 2. Salm 17: 2-4,47,51ab Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi. 3. Lhud 7: 23-28 Ġesù għandu saċerdozju li ma jintemm qatt. 4. Mark 12: 28b-34 Il-kmandament tal-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-Vanġelu tal-lum jeħodna fil-qalba tal-messaġġ tal-Kristjaneżmu iżda fl-istess ħin jagħtina impressjoni ta’ xi ħaġa li drajna nisimgħu dwarha. L-istedina għall-imħabba nsibuha kullimkien; mill-poeżija għall-kanzunetti. Jekk tassew l-imħabba hi ħaġa daqshekk sabiħa u faċli, għaliex madwarna naraw daqshekk mibgħeda u pika; kif il-qrati dejjem għandhom x’jagħmlu? L-impressjoni hi li din l-imħabba hija prodott ta’ kunċett ta’ valuri astratti li iżjed qegħdin jiġu esibiti aktar milli pprattikati.

Biex nevitaw li naqgħu f’din in-nassa, fil-vanġelu tal-lum irridu nħarsu iktar lejn min qed iwasslilna l-messaġġ, milli lejn il-messaġġ fih innifsu. Hekk naraw kif għal Alla u għall-proxxmu l-imħabba mhijiex xi ħaġa banali jew li tiġi waħedha imma hija l-verità assoluta li jipproponiha fil-persuna ta’ Ġesù li mhux biss jipprietkaha imma jgħixha b’kull ma jgħid u jagħmel.

L-istedina tiegħu li npoġġu l-imħabba fiċ-ċentru tal-ħajja jistħoqqilha turija ta’ fidi għax Hu għex l-imħabba f’ħajtu. Għalhekk Kristu biss jista’ jgħidilna xi jfisser li tħobb u flimkien jgħinna biex inħobbu ’l xulxin tassew. Għalhekk inħallu l-Kelma t’Alla ddawwalna, din tgħidilna kif qabel kollox għandna nħobbu lil Alla. Tajjeb nirrepetuha għaliex dan l-aħħar, anki fost dawk li jemmnu u jipprattikaw kien hemm xi distrazzjonijiet dwar dan. Alla ma jippretendix li nħobbu lilu biss, anzi li nħobbbu lilu l-ewwel imbagħad insiru kapaċi nħobbu lilna nfusna u lill-proxxmu tagħna b’mod awtentiku u ladarba Alla Hu l-imħabba perfetta jerġa’ jibgħat l-imħabba li nagħtuh fuqna bħala grazzja tiegħu, imkattra u ppurifikata minn kull nuqqas u minn kull egoiżmu. Din hi ħaġa kbira wisq biex nifhmuha. Dan mhux xi twemmin astratt jew xi sentiment vojt. Ġesù jisħaq li lill-Missier għandna nħobbuh b’qalbna kollha, b’ruħna kollha u bil-qawwa tagħna kollha.

L-imħabba tagħna lejh għandha ssir ħajjitna stess. Dak li ħabbna l-ewwel, ma qagħadx jixxaħħah fi mħabbtu lejna u ma waqafx mal-mewt tiegħu għalina, imma ried li jsir l-ikel ta’ ruħna fl-ewkaristija. Il-prova tal-imħabba tagħna lejn Alla hija l-imħabba tagħna għall-proxxmu. Hawnhekk ma nistgħux ninħbew jew naħarbu. L-imħabba lejn il-proxxmu toffrilna xi ħaġa konkreta u konsistenti li tikxef il-verità fuq dak li wieħed jgħid u dak li fil-fatt hu.

10 SIGNUM FIDEI

Lill-bniedem modern li jimxi wisq fuq is-sentimenti, Ġesù jgħidlu li l-imħabba hija vera biss jekk ikollha l-għeruq fl-imħabba lejn Alla. Lil dawk li jemmnu jfakkarhom biex ma jafdawx biss fuq il-fidi tagħhom, l-imħabba lejn Alla hi vera biss jekk magħha hemm l-imħabba għall-proxxmu.

Illum, l-4 ta’ Novembru, taħbat ukoll il-festa ta’ San Karlu Borromeo. San Ġwann Battista De La Salle kiteb meditazzjoni sabiħa fuq dan il-qaddis u ser nippreżentaw parti minna: Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.187, l-1 parti What was most special and most remarkable in Saint Charles was his perfect detachment from the goods of this earth. He made this quite clear while he was still very young, when he was given a rich abbey and his father wanted to appropriate the revenue. Saint Charles took the liberty of telling his father that this revenue did not belong to him but to the poor and he took care that it was distributed to them. He continued to act in this manner even after he became the proprietor of his estate. When he was bishop, he renounced the considerable revenues that his uncle, the Pope, had bestowed on him. He then sold all his possessions and gave the proceeds to the poor.

TALBA

Ieqaf Mulej nitolbok, u ibqa’ miegħi għal ftit ħin!

Ieqaf Mulej nitolbok u fissirli xi trid minni! Ieqaf miegħi nitolbok u agħmel li nara b’għajnejja

l-pjan li ħejjejt għalija! Agħtini għajnejn biex nara triqtek,

agħtini widnejn biex nisma’ leħnek, agħtini saqajn sodi biex ma ngħejjiex nimxi warajk,

agħtini għerf biex nifhem kelmtek, agħtini Mulej, qalb ġdida, qalb ħielsa mill-wiċċ b’ieħor,

ħielsa mill-beżgħat, ħielsa mid-dubji, biex inkun nista’ nimxi warajk u mhux wara d-dinja!

Hawn jien, Mulej, illum, ħa nsir dak li trid INT! Ammen.

Kliem ta’... Fidi – Pubblikazzjoni ĊAK Missierna ...

SIGNUM FIDEI 11

It-Tnejn, il-5 ta’ Novembru Il-Qaddisin kollha tal-Kumpanija ta’ Ġesù

San Żakkarija u Santa Eliżabetta Il-Beata Franġiska t’Amboise – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Filippin 2: 1-4 Kunu fehma waħda u ferrħuni. 2. Salm 130: 1-3 Mulej, ħarisli ruħi fis-sliem. 3. Luqa 14: 12-14 Stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja. SAN ŻAKKARIJA U SANTA ELIŻABETTA Kull ma nafu dwar dawn iż-żewġ qaddisin, il-ġenituri ta’ San Ġwann il-

Battista, nafuh mill-Evanġelju ta’ San Luqa li jitkellem dwarhom fl-ewwel kap. Żakkarija kien saċerdot Lhudi, ġej min-nisel ta’ Abija, u martu Eliżabetta kienet ġejja mill-familja ta’ Aron.

San Luqa jżid jgħid li t-tnejn kienu nies ġusti, iħarsu l-liġi ta’ Alla bla nuqqas. It-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien imma ma kellhomx ulied, minkejja li kienu jitolbu ħafna biex Alla jiftakar fihom u hekk iwarrab minn fuqhom dak li għalihom kien jidher għajb.

Ġara li darba, waqt li Żakkarija kien qed jitlob fit-tempju u mess lilu bix-xorti li jidħol fis-santwarju u joffri l-inċens, deherlu l-anġlu Gabrijel u qallu li t-talb tiegħu u ta’ martu nstema’ u li martu Eliżabetta kien se jkollha iben li hu kellu jsemmih Ġwanni u li dan kellu jkun dak li jħejji t-triq għall-Messija. Żakkarija ma setax iniżżilha li fi xjuħithom kellhom isiru l-ġenituri ta’ tarbija u ddubita mill-kliem tal-anġlu. Imma Gabrijel qallu li hu kien mibgħut minn Alla biex jagħtih dik l-aħbar. Qallu wkoll li, talli ma emmix fi kliemu li kellu jseħħ f’waqtu, hu kellu jsir mutu u ma jerġax jibda jitkellem qabel ma jseħħ kulma qallu.

Il-wegħda tal-anġlu seħħet u Eliżabetta saret omm. Tliet xhur qabel ma twieldet it-tarbija, Żakkarija u Eliżabetta kellhom ż-żjara mingħand qaribthom Marija li kienet għadha kemm aċċettat li tkun omm il-Messija. Fid-dar tagħhom ta’ Għajn Karem, Marija faħħret lil Alla bil-Magnificat.

Meta twieldet it-tarbija, in-nies stagħġbu meta anke Eliżabetta riedet issemmih Ġwanni.

Meta resqu fit-tempju u Żakkarija kiteb li se jsemmih Ġwanni, dan infetaħlu fommu u beda jfaħħar ’l Alla.

Riflessjoni: Il-faqar fl-ispirtu hu marbut ħafna ma’ dik l-“indifferenza qaddisa” li kien jipproponi Sant’Injazju ta’ Loyola, li biha nistgħu naslu għal-libertà interjuri tassew sabiħa: “Għaldaqshekk jeħtieġ nagħmlu lilna nfusna indifferenti għall-ħwejjeġ kollha maħluqa, sakemm hu mħolli f’idejna li nagħżlu u m’għandniex projbizzjoni. Dan ifisser li min-naħa tagħna ma nfittxux iktar is-saħħa mill-mard, l-għana mill-faqar,

12 SIGNUM FIDEI

il-ġieħ mit-tmaqdir, ħajja twila iktar milli qasira; u l-istess għall-ħwejjeġ l-oħra kollha.” Luqa ma jitkellimx fuq faqar “fl-ispirtu” imma li nkunu “foqra” u daqshekk (ara Lq. 6:20), u hekk jistedinna wkoll għal ħajja awstera u mneżżgħa minn dak li hu żejjed. Hekk, isejħilna naqsmu fil-ħajja ta’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn, il-ħajja li għexu l-Appostli u li żgur twaħħadna ma’ Ġesù, li “għad li kien għani, ftaqar” (2 Kor. 8:9). Li nkunu foqra fil-qalb tagħna, din hi l-qdusija.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika Gaudete et Exsultate

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 50, silta mit-2 punt

It is hard to imagine that people who are born for heaven, who in Baptism have undertaken to live a holy life, would neglect the means given to them by God to sanctify themselves, especially the greatest of these means, namely, Communion with the body of Jesus Christ. By uniting himself with them, he gives them in abundance the graces they are able to receive and that he has prepared for them. If, as our Lord says, the body is more important than the clothing, what is the body compared with the soul? Is it not more reasonable to disregard the body and everything temporal in order to think first of all of the soul and to provide what it needs?

TALBA

IL-KANTIKU TA' MARIJA Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,

u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem

kull nisel jibda jsejjaħli hienja. Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;

qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien

fuq dawk li jibżgħu minnu. Hu wera l-qawwa ta’ driegħu,

xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,

u għolla ċ-ċkejknin. Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ,

u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn. Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu,

għax ftakar fil-ħniena tiegħu - bħalma wiegħed lil missirijietna - b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.

Luqa 1:46-55

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 13

It-Tlieta, is-6 ta’ Novembru San Leonardu - abbati

Il-Beatu Alfons Navarrati u sħabu martri tal-Ġappun Il-Beata Ġużeppa Naval Girbes – verġni

Il-Beatu Ewsebju tal-Bambin Ġesù - martri Il-Beatu Ewfrazju tal-Bambin Ġesù - presbiteru u martri

Il-Beatu Alfonz Lopez – presbiteru u martri Il-Beata Elena Enselmini - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 2: 5-11 Ċekken lilu nnifsu, għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet. 2. Salm 21: 26-32 Mulej, nagħtik it-tifħir tiegħi f’ġemgħa kbira. 3. Luqa 14: 15-24 Oħroġ fil-mogħdijiet u fl-għelieqi, u ġiegħel in-nies tidħol, ħalli dari timtela. IL-BEATA ĠUŻEPPA NAVAL GIRBES – verġni u Karmelitana Sekulari (1820-1893) Josefa Navel Girbes, twieldet fil-11 ta’ Diċembru 1820, f’Algemesi, provinċja

ta’ Valencia, fi Spanja. Hi kienet il-kbira, mill-ħames ulied ta’ Franġisku Naval u Ġużeppina Girbes. Kienet familja spiritwali ħafna u għalhekk ħadet trobbija ta’ valuri sodi u Nsara. Għad li ma marritx skola, tgħallmet taqra u tikteb u kienet taf tirrakkma ħafna.

Ta’ 13-il sena ommha mietet u huma marru joqogħdu man-nanna. Għenet lil missierha jrabbi lil ħutha iżgħar minna. Iktar ma kibret iżjed saħħet id- devozzjoni tagħha lejn Sidna Ġesù Kristu u l-Verġni Marija. Bid-direzzjoni tal-kappillan tal-paroċċa ta’ 18-il sena kkonsagrat lilha nnifisha lil Alla u għamlet il-vot tal-kastità perpetwa.

Fil-mixja tagħha ta’ qdusija, iddedikat ħajjitha ’l Alla u wegħdet li sservi lill-Knisja u lill-proxxmu. Bdiet tlaqqa’ nisa f’darha biex tgħallimhom ir-rakkmu u waqt dawn il-lezzjonijiet jaqraw kotba spiritwali u jiddiskutuhom. Għallmithom il-katekiżmu u kienet tisħaq ħafna fuq l-importanza tat-talb u l-meditazzjoni.

Kienet bniedma ta’ ħajja interjuri profonda, ta’ talb u meditazzjoni. Kienet dejjem tirrepeti kemm hu importanti li wieħed jiltaqa’ ma’ Alla fit-talb kuljum, sabiex ikun jista’ jgħix aħjar ħajtu u d-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. Kienet ixxerred id-devozzjoni lejn Ġesù fl-Ewkaristija.

Fil-paroċċa bdiet tipprepara lit-tfal biex jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Tlaqqa’ tfajliet qabel jieħdu l-istat tagħhom ta’ nisa miżżewġa u ommijiet, jew reliġjużi.

Josefa daħlet mat-terz’ordni tal-Karmelu u l-komunità lajka tagħha kienet taqa’ taħt is-superviżjoni tal-Patrijiet Karmelitani tal-Provinċja ta’ Valencia.

Saħħitha bdiet sejra lura u mietet ta’ 72 sena, f’darha f’Algamesi, fl-24 ta’ Ottubru, 1893, wara li rċeviet is-Sagramenti Mqaddsa. Kienet midfuna bl-abiti Karmelitani.

14 SIGNUM FIDEI

Fl-20 ta’ Ottubru 1946, il-fdalijiet tagħha tpoġġew f’tebut tal-ħġieġ u ttrasferewhom għall-knisja Parrokkjali ta’ San Ġakbu, fejn kienu esposti għall-venerazzjoni tal-fidili.

Il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, għamilha venerabbli f’Jannar tal-1987 u fil-25 ta’ Settembru tal-1988, ibbeatifikaha.

Il-beata f’ħajjitha kienet mudell ta’ qdusija, kienet dejjem tirrepeti, “qaddes lilek innifsek u lill-oħrajn.”

Riflessjoni: Hemm stedina permanenti għall-festa li qed tistenna t-tweġiba tagħna, u dik hi l-istedina biex nieħdu sehem fil-quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd. Għandna nirriflettu fuq il-fatt li għall-eternità, irridu niftakru f’dik il-quddiesa u nifhmu x’inhi tassew; ħin li nieħdu sehem mal-Anġli, nisimgħu lil Ġesù, il-Kelma t’Alla, fil-Kotba Mqaddsa, u nirċievu ġewwa fina l-Ġisem u d-Demm tiegħu glorjuż bħala żerriegħa għall-qawmien ta’ dejjem.

Father Francis Martin, addattata mill-ktieb Praying with Saint luke’s Gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 50, silta mill-1 punt

You are the ones whom the Eternal Father today invites to his banquet in order to receive his Son, Jesus Christ, in the Eucharist. Worldly people excuse themselves from attending. One says that he has bought a farm and must therefore go out and inspect it; another wishes to test five yoke of oxen that he has acquired; a third says that he is married. Some excuse themselves because of their business; others, because of the pleasures they want to enjoy. Both prefer their affairs and their personal satisfaction to the practices of piety and of religion, and especially to the greatest honor they can ever enjoy on earth—and which ought to be supremely agreeable to them in this world—namely, to receive Jesus Christ in the Eucharist. Deplore the blindness of those who live in the world and who follow worldly maxims. They prefer temporal advantages to sharing in this most delightful food, which is Jesus Christ, who by coming to them, makes them participants in the divinity

TALBA

O Alla tiegħi, jiena nemmen li inti t-teżor ta’ ruħi ... Int tiġi tgħammar fija

biex nieħu gost fil-kumpanija tiegħek u tagħmilha lok tal-għaxqa tiegħek.

Jiena nadurak f’ruħi ... Imlieni bil-barkiet u bil-grazzja tiegħek.

Ammen. Missierna ...

SIGNUM FIDEI 15

L-Erbgħa, is-7 ta’ Novembru San Willibrord - isqof

Il-Beatu Franġisk Palau ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi - presbiteru Il-Beatu Grazzja ta’ Kotor - reliġjuż Il-Beata Maria Assunta - reliġjuża

Il-Beatu Antonio Baldinucci

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen. Qari: 1. Filippin 2: 12-18 Ħabirku għas-salvazzjoni tagħkom. 2. Salm 26:1,4,13,14 Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. Luqa 14: 25-33 Ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu.

Il-BEATU ANTONIO BALDINUCCI (1665-1715) – Ġiżwita u konfessur Twieled Firenze, fid-dar fejn kien jgħammar San Alwiġi Gonzaga meta kien

f’dik il-belt. Ta’ 12-il sena bagħtuh fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti, fejn sħabu laqqmuh “l-anġlu”, għax kien iħobb joqgħod jitlob fil-knejjes speċjalment f’dik tad-Dumnikani.

Ħuh il-kbir kien Dumnikan, u hu wkoll, ta’ 15-il sena wera x-xewqa li jidħol Dumnikan. Missieru stagħġeb, għax kien jaħseb li Antonju kien għal Ġiżwita, u għalhekk talbu biex jagħmel l-eżerċizzji ta’ Sant’Injazju qabel ma jiddeċiedi. Waqt l-irtir ħass li hu kien għal Ġiżwita u daħal fl-1681.

Xtaq li jibagħtuh missjunarju l-Indja, iżda billi kien delikat f’saħħtu, bagħtuh Terni u Ruma jgħallem liż-żgħażagħ. Ordna ta’ tletin sena(1695), u reġa’ talab il-missjoni. Minflok bagħtuh Viterbo, Frascati u fl-inħawi fejn baqa’ sa mewtu jipprietka u jaħdem bħala missjunarju qalb il-poplu.

Kien jorganizza purċissjonijiet ta’ penitenti b’kuruni tax-xewk f’rashom u jagħmlu d-dixxiplina fuq ġisimhom: huwa kien jimxi quddiem b’salib tqil fuq spallejh, bil-ktajjen f’riġlejh u jagħmel id-dixxiplina. Wara li kienu jaslu fil-pjazza kien jipprietka. Kien jagħlaq b’ħuġġieġa ta’ stampi u kotba ħżiena, ta’ karti tal-logħob, eċċ. Ħafna kienu jikkonvertu tassew u jagħtu ruħhom għal opri tajba.

Biex il-ġid iseħħ, kien iwaqqaf kongregazzjonijiet tal-ħaddiema, tal-professjonisti, tan-neguzjanti, tal-mewt tajba - u b’hekk kien jikseb frott dejjiemi.

Matul għoxrin sena, ipprietka 448 missjoni fi tlettax-il djoċesi tal-Abruzzi u tar-Romagna. Ħafna prietki u struzzjonijiet kien jiktibhom u kien iżomm korrispondenza estiża.

Fl-1708, ipprietka r-Randan, Livorno. Wasal ħafi b’libsa mqatta’ bil-kaxxa fuq spallejh. Għall-ewwel il-fidili ma ridux imorru jisimgħuh. Fl-aħħar ħareġ rebbieħ u s-snin ta’ wara kellu jipprietka r-Randan f’xi waħda mill-ibliet ewlenin tal-Italja.

Ma kienx jorqod aktar minn tliet sigħat, fuq twavel, u kien isum tliet darbiet fil-ġimgħa.

16 SIGNUM FIDEI

Fl-1716, waqa’ ġuħ kbir fl-Italja Ċentrali: il-beatu ħaseb għal erba’ mitt ruħ. Kien għad għandu 52, iżda mqadded bil-ħidma u bil-penitenzi ma felaħx aktar.

Miet Pofio, ħdejn Veroli, fis-7 ta’ November tas-sena ta’ wara, waqt missjoni Carpineto, fejn kien jgħix mal-familja Pecci.

Il-Papa Ljun XIII ibbeatifikah fl-1893. Riflessjoni: Il-Feddej, f'aktar minn okkażjoni waħda u minn aspetti diversi, tkellem fuq is-salib. Meta ppriedka fuq il-passjoni u l-mewt tiegħu, huwa kellu ċar quddiem għajnejh l-injam tal-istrument tat-tortura li kellu jtemmlu ħajtu. Iżda s-salib kien simbolu tat-tbatija kollha marbuta miegħu meta qal: “Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux jissejjaħ dixxiplu tiegħi,” jew, “Min irid jiġi warajja għandu jiċħad lilu nnifsu, jaqbad salibu u jimxi warajja”. Is-salib hu diffiċli, imur kontra n-natura, hekk li min jerfgħu, ikun qisu qabad it-triq tal-mewt. U dan il-piż, id-dixxiplu ta' Ġesù jrid jitqanna bih fuq spalltu kuljum.

Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 180, silta mit-2 punt

Oh, how powerful the word of God is to touch hearts! It is, says Saint Paul, living and effective; it pierces the heart better than a two edged sword; it enters and penetrates even to the secrets of the soul. How happy you would be if this divine word penetrated so deeply into your heart that you would no longer be attached to any creature! Yet you will not be worthy of your ministry except insofar as you have this disposition. This is the first thing God requires of those who wish to be his disciples. Nothing contributes more to this than solitude. Because you cannot seek anything but God there, your first thought is to empty your heart of all created things in order to be able to fill it entirely with God.

TALBA

Issa li sejjaħtli biex inxandar il-kelma tiegħek,

għinni ngħix bik, Mulej, u nkun strument tal-paċi tiegħek.

Ġorrni mit-Tabor tal-kontemplazzjoni, lejn il-witja tal-impenn fil-ħajja ta’ kuljum.

U jekk l-għemil inixxifli ħajti, mexxini lejn il-għolja tas-silenzju.

Minn hemm fuq nikxef is-sigrieti tal-kontemplazzjoni, u l-ħarsa tiegħi missjunarja tasal aktar malajr

lejn it-trufijiet tal-art. Ammen.

Don Tonino Bello – Kliem ta’... Fidi – Pub. ĊAK Missierna ...

SIGNUM FIDEI 17

Il-Ħamis, it-8 ta’ Novembru

Il-Beata Eliżabetta tat-Trinità – verġni Il-Beatu Ġwann Duns Scotus - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Filippin 3: 3-8ª Dak kollu li għalija kien qligħ, jien għaddejtu bħala telf

minħabba Kristu. 2. Salm 104: 2-7 Tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu ’l-Mulej! 3. Luqa 15: 1-10 Ikun hemm ferħ fost l-anġli ta’ Alla għal midneb wieħed li

jindem.

IL-BEATU ĠWANNI DUNS SCOTUS (c.1266-1308) - saċerdot Franġiskan. Twieled f’Duns, ftit mili ’l bogħod minn Berwick-upon-Tweed, fl-Iskozja.

Jingħad li kien edukat minn ħu missieru fil-kunvent tal-Franġiskani f’Dumfries u mbagħad hu nnifsu daħal Franġiskan meta kellu 15-il sena. Hu mar jistudja f’Oxford. Kien ordnat saċerdot ta’ 24 sena f’Northampton fis-17 ta’ Marzu 1291.

Wara l-ordinazzjoni tiegħu mar Pariġi biex jieħu l-Masters Degree fit-Teoloġija, fejn baqa’ sal-1296.

Fl-1297, reġa’ kien lura f’Oxford – u anki Cambridge – jagħti konferenzi fuq is-Sentenzi ta’ Pietru Lombardo, li hu kien dejjem jirrevedi sal-1301.

Fl-1302 irritorna Pariġi, imma kellu jitlaq minn hemm għax ma riedx jissapportja l-appell tar-Re Franċiż Filippu IV s-Sabiħ (li ħakem bejn l-1285 u 1314) biex isir konċilju ġenerali kontra l-Papa Bonifaċju VIII (1294-1303). Il-kwistjoni bejn dawn iż-żewġ mexxejja kienet tirrigwardja r-relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Istat.

B’danakollu, Ġwanni Duns Scotus ma tantx dam wisq imbiegħed minn Pariġi, u meta rritorna ħa miegħu ittra ta’ rakkomandazzjoni minn Gonsalvos Hispanus li kien is-surmast tiegħu f’Pariġi bejn 1293-1296 u li issa kien il-Ministru Ġenerali tal-Ordni Franġiskan. Fl-ittra Gonsalvos jirreferi għall-“ħajja ta’ min ifaħħarha” ta’ Scotus u “l-ġenju mill-aktar sottili” tiegħu – aktar tard hu ġie mlaqqam id-“Duttur Sottili”.

Fl-aħħar, fl-1305, Scotus kiseb il-grad għoli tant mixtieq ta’ magister regens mill-Università ta’ Pariġi u għadda s-sentejn ta’ wara jgħallem hemm.

Fl-aħħar tal-1307, Scotus iddefenda pubblikament it-tagħlim tiegħu – li allura sa dak iż-żmien kien kontroversjali – li l-fidwa ta’ Ġesù kienet applikata bil-quddiem lil Marija minħabba li hi kellha tkun l-Omm ta’ Alla magħmul bniedem. Biex jevitawh minn xi ħsara, kien mibgħut fl-Università ta’ Cologne (il-Ġermanja) fejn iddefenda (l-Ortodossija) t-twemmin Kattoliku kontra l-Begardi u l-Begini. (Dawn kienu membri ta’ gruppi ta’ lajċi, li bdew jiffurmaw ruħhom fis-seklu 12, u li l-awtoritajiet ekklesjastiċi kienu jħarsu lejhom b’suspett).

18 SIGNUM FIDEI

Il-Beatu Ġwanni Duns Scotus miet f’Cologne is-sena ta’ wara, fit-8 ta’ Novembru 1308, meta kien għad kellu biss 43 sena. Kien midfun fil-knisja tal-Franġiskani f’Cologne u mill-ewwel beda jingħatalu l-ġieħ ta’ qaddis.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, fl-20 ta’ Marzu 1993, ikkonferma uffiċjalment il-kult lejh bħala Beatu u ried li jkun imweġġah mhux biss mill-Ordni Franġiskan imma mill-Knisja kollha.

Riflessjoni: Xi drabi ninsew li għal Ġesù din ma kinitx xi mħabba faċli, bi prezz irħis. Il-vanġeli jsemmu l-ewwel reazzjonijiet negattivi għal Ġesù proprju meta hu ħafer id-dnubiet ta’ wieħed raġel (ara Mk. 2:1-12). Kien bniedem li qed ibati doppjament: għax ma setax jimxi u għax kien qed iħossu “fl-iżball”. U Ġesù jifhem li t-tieni tbatija hi ikbar mill-ewwel waħda, tant li minnufih jilqgħu b’aħbar ta’ ħelsien: “Ibni, dnubietek maħfura!” (v.5). Jeħilsu minn dak is-sens ta’ jasar li jħossu fl-iżball. Hawn xi kittieba – dawk li jaħsbu li huma perfetti: jiġuni f’moħħi tant Kattoliċi li jħossuhom perfetti u jżebilħu lill-oħrajn…, x’għafsa ta’ qalb, dan… – xi kittieba li kienu hemm ħassewhom skandalizzati minn dak il-kliem ta’ Ġesù, li jidwu bħal xi dagħwa, għax Alla biss jista’ jaħfer id-dnubiet. Il-Papa Franġisku, Udjenza Ġenerali 9 t’Awwissu 2017 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, silta mit-2 punt

Prayer, says Saint John Chrysostom, is a divine medicine that drives out of our hearts all the malice it finds there and fills them with all justice. This is why, if we wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than to devote ourselves to prayer. No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer, to obtain the grace of repentance and pardon. Ask God, then, to give you a pure heart that has an aversion and a horror not only for the most grievous sins but also for whatever can stain your conscience and make you displeasing to God.

TALBA

Verb Etern, kelma ta’ Alla tiegħi,

irrid ngħaddi ħajti nisimgħek: irrid noqgħod dejjem attenta

biex nitgħallem kollox mingħandek. Il-Beata Eliżabetta tat-Trinità

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 19

Il-Ġimgħa, id-9 ta’ Novembru

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran f’Ruma

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżekjel 47: 1,2,8,9,12 Rajt l-ilma ħiereġ mit-tempju. jew 1 Korintin 3: 9b-11,16,17 Intom it-tempju ta’ Alla. 2. Salm 45: 2,3,5,6,8,9 Tifraħ il-belt ta’ Alla. 3. Ġwanni 2: 13-23 Ġesù tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu. ID-DEDIKAZZJONI TAL-BAŻILIKA TAL-LATERAN F’RUMA Mill-Martiroloġju Ruman It-tradizzjoni tgħidilna li bħal-lum, sa mis-seklu 12, isir l-anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-bażilka li l-Imperatur Kostantinu kien bena fuq l-għolja tal-Lateran. Għall-ewwel din il-festa kienet issir f’Ruma biss, imbagħad bdew jagħmluha wkoll dawk kollha li jużaw ir-rit Ruman, bħala xiehda ta’ ġieħ lill-bażilka li hi “l-Omm u r-ras tal-knejjes kollha tal-Belt u tad-Dinja” kif ukoll bħala sinjal ta’ mħabba u għaqda mal-Katedra ta’ Pietru, li skont Injazju ta’ Antjokja, “tippresiedi fuq il-ġemgħa kollha magħquda fl-imħabba.” Storja - inkunu xhieda ta’ Fidi: Missier waħda li kienet fil-klassi tagħha mitilha missierha. It-tfal tal-klassi tagħha kollha attendew għall-funeral tiegħu. Id-devozzjoni u l-imġiba tat-tfal waqt il-quddiesa kienet tassew sabiħa. Ġimgħa wara wieħed raġel mar għand il-Kappillan u talbu jgħallmu r-reliġjon bi preparazzjoni għall-Magħmudija biex jingħaqad mal–Knisja Kattolika. Il-Kappillan ġietu l-kurżità u staqsa lil dan ir-raġel kif kien ħa din id-deċiżjoni u r-raġel wieġeb: ‘‘Jiena attendejt il-quddiesa tal-funeral u bqajt kommoss u mistagħġeb b’dak kolllu li smajt speċjalment bid-devozzjoni li wrew it-tfal.’’ Tagħlima: L-aħjar mezz biex tgħin lill-oħrajn biex jiddedikaw lilhom infushom għal Ġesù,

huwa, li wieħed jiddedika lilu nnifsu kollu kemm hu. Wieħed ftit jagħti kas ta’ li ngħidu fuq ir-reliġjon tagħna, aktar jara kif qed

ngħixuha! Jeħtieġ ngħaddu qalbiena minn bosta tbatijiet biex niddefendu s-sewwa u l-

verità. Bro. Louis Camilleri

20 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Kristu waqqaf Knisja waħda: “U fuqek nibni l-Knisja tiegħi u l-bibien tal-infern ma jkunux jistgħu għaliha.” Knisja waħda għax il-verità hija waħda ... dik li fil-Knisja Kattolika minn żmien l-Appostli kienet rikonoxxuta fil-Maġisteru li l-milja tiegħu tinsab fis-Sede Petrina – jiġifieri, fil-Papa.

It-Teżor tal-Fidi, Joe Fenech – (Pub. Dumnikani) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 188, silta mill-1 punt

Reflect that the custom of consecrating churches to God is very holy and very ancient; innumerable holy places were built and consecrated by the Apostles and their successors. God, who is indeed everywhere by his immensity, is, nevertheless, present in a very special way in those places where he has willed buildings to be in his honor, like so many tabernacles where he has chosen to dwell with people, to be adored, and to receive their prayers. In these sacred places, God wishes the holiest of actions to be performed and the most august services of religion to be offered. For this reason, we are commanded to attend these ceremonies with respect; destruction threatens those who profane these churches by their irreverence and misbehavior.

TALBA

Mulej Ġesù Kristu, li qabel il-passjoni tiegħek tlabt għad-dixxipli tiegħek

biex jibqgħu magħqudin sal-aħħar taż-żminijiet, hekk kif inti fil-Missier u l-Missier fik,

warrab il-ħitan li qed jifirdu gruppi ta’ Nsara minn xulxin. Għallem lill-bnedmin li s-siġġu’ ta’ Pietru,

il-Knisja qaddisa ta’ Ruma, hija l-Fondazzjoni, iċ-Ċentru u l-Istrument tal-Għaqda.

Iftħilhom qalbhom għall-verità li konna nsejna, li l-Papa huwa l-Vigarju;

biex kif nifhmu li hemm għaqda qaddisa fis-sema, hekk ukoll ikun hemm għaqda waħda fuq l-art li tistqarr u tigglorifika l-Isem Mqaddes Tiegħek

Ammen. Il-Kardinal John Henry Newman

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 21

Is-Sibt, l-10 ta’ Novembru San Iljun il-Kbir – papa u duttur tal-Knisja

San Andrea Avellino – saċerdot 1521-1608

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filippin 4: 10-19 Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini. 2. Salm 111:1,2,5,6,8,9 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej. 3. Luqa 16: 9-15 Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? San Ljun il-Kbir († 461) - papa u duttur tal-Knisja San Ljun dam Papa 21 sena u insista ħafna fuq il-primat tal-Papa billi

għallem u fisser ċar dan it-tagħlim. Għadhom jeżistu 96 prieka tiegħu, il-biċċa l-kbira qosra u li għamilhom fi ġranet ta’ festi.

Kien bniedem spiritwali ħafna u kellu fiduċja kbira fil-provi denza ta’ Alla. L-istorja tfakkar il-laqgħa ta’ Ljun ma’ Attila sultan tal-Unni

f’Mantova fis-sena 452 u kif il-Papa pperswadieh li ma jeqridx lil Ruma billi jitħallas tribut kull sena u hekk Attila rtira ’l hemm mid-Danubju.

123 ittra tiegħu juruna li kien bniedem eżatt, metodiku. Hu kellu ġenju għat-tmexxija u kien jieħu deċiżjonijiet l-aktar għaqlin. Kien jiddefendi bil-qawwa l-liġi u t-tradizzjonijiet tal-Knisja. L-akbar kisba tiegħu kienet it-tmexxija ċerta li wasslet għall-Konċilju ta’ Kalċedonja fis-sena 451.

Meta nqrat l-ittra tiegħu, it-Tome, li kienet stqarrija klassika fuq iż-żewġ naturi ta' Kristu magħqudin f'persuna waħda, il-ġemgħa ta’ aktar minn 600 approvawha unanimament u qalu: “Pietru tkellem permezz tal-Papa Ljun.”

Riflessjoni, silta minn omelija ta’ San Ljun il-Kbir: “... Għeżież, hija diffiċli għall-bniedem li jemmen dak li ma jarax u li jittama f’dak kollu li ma jafx. Għalhekk dawk li kellhom jiġu mħarrġa għat-tradizzjonijiet divini, kien jeħtieġ li jibbenifikaw b’mirakli li jaraw b’għajnejhom u jmissu b’idejhom, biex b’hekk ma jkollhom l-ebda dubju mill-unità sħiħa tat-tagħlim ta’ Ġesù meta jesperjenzaw il-ħlewwa tal-poter tiegħu. B’hekk Alla għażel li jfejjaq lill-bniedem fiżikament, bħala introduzzjoni għall-fejqan internament. Sabiex wara li jfejjaq il-ġisem jkun jista’ jikkura r-ruħ ...” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 114, it-2 parti Saint Leo’s zeal for strengthening the Church and for defeating her enemies and the heresies that arose in his time manifested itself in an extraordinary manner. He was eminently successful in this; having assembled several Councils, especially the Fourth General Council, he confirmed the faith of the entire Church in the mystery of the Incarnation.

22 SIGNUM FIDEI

When we are called to an apostolic work, if we do not know how to join zeal to action, all we do for our neighbor will have little effect. In your work you ought to devote your effort to oppose the interior and exterior enemies that would prevent the progress of your disciples in piety, mainly, their wayward companions and their own evil inclinations. There is no means you must fail to use to prevent your students from being corrupted by either one of these enemies. Is this what you try especially to do to procure the good of their souls? Often reflect that it is for this purpose that God has commissioned you.

TALBA

“Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej! Kollha bil-għerf għamilthom;

mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek. Dan il-baħar ta’ kobor u wisa’ bla tarf,

li fih jimraħ ħut bla għadd; bhejjem żgħar u bhejjem kbar.

Id-dgħajjes jimxu fuq il-mewġ tiegħu, fih jitliegħeb il-Levjatan, li int għamilt.

Minnek jistennew il-ħlejjaq kollha li tagħtihom ikilhom f’waqtu. Inti tagħtihom u huma jiġbru; tiftaħ idejk u jixbgħu bil-ġid. Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej.”

(Salm 103, 24-28.35).

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Dominic Rosso (2011) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

SIGNUM FIDEI 23

Il-Ħadd, il-11 ta’ Novembru It-32 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.1Slaten 17: 10-16 L-armla għamlet ftira żgħira u ġibitha lil Elija. 2. Salm 145: 7-10 Faħħar, ruħ tiegħi, ’il-Mulej! 3. Lhud 9: 24-28 Kristu offra lilu nnifsu darba biss. 4. Mark 12: 38-44 L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Iċ-ċanfira ta’ Ġesù lill-kittieba hija ċara ħafna, b’awtorità jikxef id-dnub tagħhom – l-ipokresija – li kultant tinbet anke fil-mod kif tiġi interpretata ir-reliġjon. Il-Mulej jispjega kif l-ipokresija hi li “tagħti miż-żejjed” jew minn dak li jibqa’ b’hekk ma nħossux in-nuqqas tiegħu. Ilkoll nafu din kemm tagħmel ħsara. Tiffalsifika l-ħajja personali u dik soċjali, u tnaqqar il-fiduċja fir-relazzjonijiet.

Iżda Ġesù biss għamel konnessjoni bejn l-ipokresija u “ż-żejjed”, u jfiehemna kif biex naħarbu minn l-ewwel waħda rridu wkoll nevitaw it-tieni waħda, billi nagħtu dak li għandna u nimpenjaw dak kollu li aħna bl-aħjar mod.

Din hija kundanna iebsa għall-fariżej u l-kittieba li kienu jaħsbu li biex jogħġbu lil Alla biżżejjed li josservaw il-Liġi b’mod metikoluż, mingħajr ma jipprattikaw dak il-kmandament li jiġbor u jagħti sens sħiħ lill-oħrajn kollha. “Ħobb mela ’l-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’moħħok kollu u bil-qawwa tiegħek kollha… Ħobb lill-għajrek bħalek innifsek”, kif qrajna il-Ħadd li għadda.

Dan jgħodd għalina u għall-bnedmin ta’ kull żmien u post. Jekk fil-fatt dan Alla li Ġesù rrivelalna hu l-Missier ħanin li jingħata mingħajr riservi, allura kull darba li nippruvaw inżomm xi ħaġa għalina quddiem Alla bħal dan; isir tradiment lejn imħabbtu. Kull tentazzjoni biex ma nqiegħdux dak li għandna u dak li aħna għad-disposizzjoni tal-proxxmu ssir attentat kontra l-ġustizza u l-paċi.

Fil-qari tal-lum għandna żewġ mudelli awtentiċi ta’ kif għandna ngħixu r-reliġjon, iż-żewġ romol li jagħtu kull ma kellhom. Il-ġenerożità assoluta mingħajr kalkoli, tiġbed il-grazzja t’Alla. Tikxef mhux biss l-ipokresija tal-kittieba imma wkoll l-imġiba falza tagħna.

Illum tiġi ċċelebrata Quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Addolorata b’suffraġju għall-Brothers u l-membri tal-familja Lasalljana, fl-10 ta’ filgħodu

24 SIGNUM FIDEI

Naraw kif fil-ħajja ta’ kuljum malli naqbżu l-familja u l-ħbieb l-iktar intimi, r-relazzjonijiet jinbidlu; m’għandix biżżejjed flus, m’għandix ħin. U Alla - jew ma jeżistix jew jekk jeżisti jaf kemm aħna mħabbtin bil-problemi tagħna u ma jibqax ħin għalih. Din is-soċjetà hekk hi għax tqiegħed il-qies tal-kuntentizza fuq l-akkwisti fuq id-dehra, fuq il-virtwali.

B’xorti tajba il-ħanin Alla ma jieqaf qatt jgħarrex għal dawk li, bħall-armla mingħajr ma jafu jikkumbattu l-ipokresija bl-għotja tagħhom infushom, billi jaqdu lil ħuthom bl-umiltà, u b’fidi li ma tqis xejn imma tafda kollox f’idejn Alla anke l-ħajja.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.189, l-1 parti

Illum taħbat il-festa ta’ S. Martin Isqof. San Ġwann Battista De La Salle kiteb meditazzjoni fuq dan il-qaddis: While still quite young, Saint Martin became a soldier, and he remained one until he was 40, but he had even more care to enroll in the Christian militia than in that of the emperor. Although born of a pagan father, he had his name entered in the Church on the list of catechumens when he was only eleven years old. Afterward he devoted himself entirely to piety and to the service of God in such a way that he was admired for his virtue even among those who had already received the grace of Baptism. He had especially such great tenderness for the poor that when he was still in the military and had come upon a naked man who begged him for something to cover himself, Saint Martin cut his own mantle in two and gave the beggar half. This led Jesus Christ to let him know that he acknowledged this gift as made to himself. He appeared to him the next night, wearing the half-mantle and saying, Martin, although he is only a catechumen, clothed me with this mantle. You, enrolled in the army of Jesus Christ, are in his service and, as it were, on his payroll. Do you have the service of God as much at heart as Saint Martin did? Are you also as charitable toward the poor as he was, even though he was still only a catechumen? Every day you are with the poor, and you are commissioned by God to clothe them with Jesus Christ and with his Spirit.

TALBA

Alla Missierna, int it-triq, il-verità u l-ħajja,

tħallina qatt nitbiegħdu minnek int li inti t-TRIQ;

lanqas tonqsilna l-fiduċja fik, int li inti l-VERITÀ;

lanqas li noqogħdu fuq xi ħadd iktar minnek int li inti l-ĦAJJA.

Għallimna nagħmlu kollox bil-għaqal, nemmnu b’fidi ferma fl-Aħbar it-Tajba,

u li nħobbu lil xulxin b’tenerezza. Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 25

It-Tnejn, 12 ta’ Novembru San Teodoru Studita, abbati - Tifkira (abjad) jew

San Ġosofat, isqof u martri – Tifkira (aħmar)

Illum jaħbat l-anniversarju ta’ Br. John Johnston. Kien superjur ġenerali tal-Brothers.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Titu 1: 1-9 Aħtar presbiteri, skont ma ordnajtlek. 2. Salm 23: 1-6 Dan hu n-nisel li jfittxek, Mulej. 3. Luqa 17: 1-6 Jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek, ‘jisgħobbija,’ aħfirlu.

SANTA FRANĠISKA XAVIER CABRINI (1850-1917) Franġiska Xavier Cabrini twieldet fil-15 ta’ Lulju 1850, f’Sant’Angelo, 20 mil

’il bogħod minn Milan, l-Italja. Missierha kien bidwi li kien jaqlagħha mhux ħażin. Kienet waħda minn 13-il wild.

Missierha, wara l-ikla ta’ filgħaxija kien iħobb joqgħod jaqralhom dwar il-missjoni fiċ-Ċina. Dan żera’ x-xewqa li tmur missjunarja fiċ-Ċina fiċ-ċkejkna Franġiska.

Ħadet l-edukazzjoni għand is-sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù u laħqet għalliema. Xtaqet tidħol reliġjuża ma’ dawn is-sorijiet, però ġiet irrifjutatha, minħabba saħħitha li kienet fraġli ħafna.

Bdiet xogħol karitattiv f’orfanatrofju tal-Providenza ġo Cadogno. Fl-1877, għamlet il-voti hemmhekk stess u ħadet l-abitu reliġjuż.

Meta l-arċisqof tad-djoċesi għalaq l-orfanatrofju, poġġa lil Franġiska bħala superjura tas-Sorijiet Missjunarji tal-Qalb ta’ Ġesù. Seba’ tfajliet mill-orfanatrofju ngħaqdu magħha.

Il-Papa Ljun XIII bagħatha għall-missjoni fl-Istati Uniti, flimkien ma’ sitt sorijiet oħra, biex taħdem fost l-eluf ta’ emmigranti Taljani li kienu qed jgħixu hemm.

Waslet New York u sabet diffikultajiet kbar f’kull pass li kienet tagħmel, tant li l-arċisqof taha l-parir li terġa’ lura l-Italja. Iżda Franġiska, mara ta’ qlubija liema bħalha kienet determinata li tiftaħ orfanatrofju fil-post u b’kuraġġ kbir irnexxiela.

Fl-1909 ħadet iċ-ċittadinanza tal-Istati Uniti. Kellha fiduċja għamja fl-imħabba infinità t’Alla. Dan taha s-saħħa biex tkun

mara kuraġġuża u twettaq ix-xogħol ta’ Kristu. F’35 sena Franġiska Xavier Cabrini rnexxiela twaqqaf 67 istituzzjoni ta’ kura

għall-foqra, l-abbandunati u l-morda. Billi bdiet tara li l-fidi kienet qed tonqos b’rata mgħaġġla fost l-immigranti Taljani, organizzat skejjel u klassijiet edukattivi għall-adulti.

Meta kienet għadha żgħira kienet tibża’ ħafna mill-ilma. Kienet tibża’ li tegħreq. Madanakollu qasmet l-Oċean Atlantiku iżjed minn 30 darba.

26 SIGNUM FIDEI

Hija mietet bil-malarja fl-isptar tagħha stess, f’Colombus, Chicago, fit-22 ta’ Diċembru 1917. Kellha 67 sena.

Fis-7 ta’ Lulju 1946, il-Papa Piju XII, ikkanonizzaha. Qal dawn il-kelmiet waqt il-kanonizzazzjoni: “Għalkemm persunità kienet fraġli, kellha spirtu tant qawwi, li meta kienet tkun ċerta li hi r-rieda t’Alla, ma kienet tħalli xejn ifixkilha li twettaq dak li kien jidher mhux fil-kompitu u s-saħħa ta’ mara.”

Kienet l-ewwel ċittadina tal-Istati Uniti li ġiet ikkanonizzata. Hija l-patruna tal-emigranti, tal-każi impossibbli u tal-amministaturi tal-

isptarijiet. Riflessjoni, nemmen fil-maħfra tad-dnubiet: “Il-magħmudija hi l-ewwel sagrament u s-sagrament prinċipali għall-maħfra tad-dnubiet. Għad-dnubiet li jitwettqu wara l-magħmudija, Kristu waqqaf is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni jew Penitenza, li permezz tiegħu l-imgħammed jerġa’ jirrikonċilja ruħu ma’ Alla u mal-Knisja. Kristu ta lill-Knisja l-missjoni u s-setgħa li taħfer id-dnubiet: ‘Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma” (Ġw. 20,22-23). Il-Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, it-2 parti In the Gospel Jesus Christ gives two reasons for the efficacy of prayer. The first is the faith and confidence we have in praying. Whatsoever you ask in prayer with faith, says Jesus Christ, you will receive. He says all whatsoever, and he makes no exceptions. Would anyone believe that faith would have such an effect that we would obtain infallibly whatever we ask of God, if the Son of God, who is Truth, had not assured us of this? He not only made this known to you by his words but also gave you a great example of it in the Canaanite woman. She had insistently prayed and entreated with Jesus Christ to deliver her daughter, who was possessed by a demon. Because of her faith, she merited that Jesus Christ give her what she requested. Oh woman! exclaimed Jesus, how great is your faith! Let it be done as you desire. Be convinced, then, that God is ready to refuse you nothing that you ask of him with faith and confidence in his goodness.

TALBA Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura,

li għandu d-dnub tiegħu mistur! Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej

u ma għandu ebda qerq f'qalbu! Jien bqajt sieket u nfena ġismi,

jiena u nokrob il-jum kollu. Għax lejl u nhar it-toqol ta' idek fuqi; saħħti nfniet bħal bis-sħana tas-sajf.

Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek u l-ħażen tiegħi ma ħbejtulekx.

Jien għedt: "Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti." U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi. Salm 32: 2-5

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 27

It-Tlieta, 13 ta’ Novembru San Staniżlaw Kostka

Santa Agostina Pietrantoni - verġni San Diegu minn Alcalà

Il-Beatu Artemidis Zatti - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1.Titu 2: 1-8,11-14 Ngħixu bit-tjieba, u nistennew id-dehra ta’ Ġesù

Kristu. 2. Salm 36: 3,4,18,23,27,29 Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej. 3. Luqa 17: 7-10 Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu. STANISLAW KOSTKA - reliġjuż (1550-1568) Dan il-qaddis kien it-tieni iben ta’ senatur Pollakk. Huwa talab biex jidħol fil-Kumpanija ta’ Ġesù wara li għadda diversi snin fl-

iskola tagħhom fi Vjenna. Iżda l-provinċjal beża’ li l-ġenituri ta’ Stanislaw jagħmlu oppożizzjoni u għalhekk il-qaddis telaq bil-moħbi lejn il-Ġermanja fejn S. Pietru Kanisju ppruvah f’xogħlijiet ħfief għal tliet ġimgħat u mbagħad bagħtu għand il-Ġeneral tal-Ġiżwiti f’Ruma.

Dan kien S. Franġisk Borgia, li aċċetta lin-novizz minkejja t-theddida ta’ missieru li kien ser jaħdem għat-tkeċċija tal-Ġiżwiti mill-Polonja.

Ħuh ikbar minnu, Pawlu, intbagħat Ruma biex jieħu lura lejn id-dar lil Stanislaw b’kull mezz. Iżda xħin Pawlu wasal Ruma sab li ħuh Stanislaw kien mejjet.

Ġimagħtejn qabel il-festa tal-Assunta l-qaddis qal li kien jittama li jkun fis-sema għall-festa.

Huwa marad fl-10 ta’ Awwissu u miet fil-15 tal-istess xahar, ftit wara li qal lill-qassis li kien jassistih, li kien ra lill-Madonna.

Stanislaw miet ta’ 17-il sena wara 9 xhur bħala novizz Ġiżwita. Illum huwa wieħed mill-padruni tal-Polonja.

Riflessjoni: Il-bniedem li jqis lilu nnifsu żgħir huwa tassew kbir f’għajnejn Alla l-Imbierek, għaliex hu bniedem li jgħix fil-verità. Iqis bħala xejn kull sodisfazzjon, kull rebħ u ġieħ li d-dinja tista’ tagħtih, għax iqis lil Alla bħala l-ewwel u l-aqwa ġid tiegħu. Iżjed ma naqqas mill-istima tiegħu nnifsu, aktar jogħla ’l fuq lejn Alla tal-verità. Meta wieħed li jkollu xi kwalità tajba jaħseb li din ġejja minnu biss, ikun qiegħed ifixkel il-grazzja t’Alla milli tgħollih għall-perfezzjoni vera. Kull perfezzjoni tibda billi wieħed jammetti sinċerament il-verità fuqu nnifsu, li hu mhu xejn, jiġifieri li jkun umli.

Anthony J Paone S.J., Ħobżna ta’ Kuljum, It-Tieni Ktieb, silta mill-Kap. 47

28 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38,silta mit-3 parti

The second reason why God grants everything to those who pray is the humility with which they ask him for what they need. As the Wise Man so rightly says, God resists the proud and gives his grace to the humble. In other words, he grants nothing to the proud and refuses nothing to the humble. This is what Jesus Christ made abundantly clear in the parable of the Pharisee and the publican, who were both praying in the Temple. The publican went home justified, says our Lord, but not the Pharisee. The reason for this, as he immediately adds, is that whoever exalts himself will be humbled, while whoever humbles himself will be exalted. 7

TALBA

Kemm inħossni nistrieħ meta nħalli ’l qalbi tobdi l-liġi tiegħek.

Għaliex għandek biss insib l-għerf biex ma naqax fis-sakra ta’ din id-dinja,

li ma tixrobx ħlief il-pjaċiri biex tirnexxi fil-ħajja bit-tajjeb jew bil-qerq.

Nixtieq li jiena nafda fik Mulej. Nisma’ u nagħti kas ta’ leħnek biss

u nibqa’ fidil lejk għax int biss il-Mulej!

B’hekk biss nista’ ngħix il-vera Ħajja li ngħixuha kuljum

taħt il-kenn tal-imħabba tiegħek li fik insib l-għaxqa tiegħi.

Ammen. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 29

L-Erbgħa, l-14 ta’ Novembru San Nikola Tavelić u sħabu - martri San Ġużepp Pignatelli - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Titu 3: 1-7 Konna nies li tilfu t-triq, iżda Alla fil-ħniena tiegħu salvana. 2. Salm 22: 1-6 Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. 3. Luqa 17: 11-19 Ma kien hemm ħadd minnhom li reġa’ lura biex jagħti glorja ’l Alla ħlief dan il-barrani!

SAN NIKOLA TAVELIC U SĦABU MARTRI

Twieled fil-belt ta’ Sibenik, fil-Kroazja, madwar l-1340. Daħal mal-Franġiskani Konventwali ta’ belt twelidu u sar saċerdot madwar l-1365.

Għal 20 sena ħadem fil-Bosnija kontra l-ereżija tal-Patareni u tal-Manikej. Imma meta t-Torok daħlu fis-Serbja u fil-Kroazja, San Nikola deherlu li l-aħjar ħaġa li kellu jagħmel kienet li jmur missjunarju fl-Art Imqaddsa, biex jikkonverti lill-Misilmin.

Telaq għalhekk ma’ tliet patrijiet oħra, Dijodatu minn Rodez, Franċiż, Stiefnu minn Cuneo, Taljan, li dawn kienu Konventwali bħalu, u Pietru minn Norbonne, Franċiż ukoll, li dan kien dixxiplu tal-Beatu Pauluccio Trinci, il-fundatur fl-1368, tar-Riforma Osservanti.

Għexu għal xi żmien fil-kunvent ta’ Sijon, ħdejn iċ-ċenaklu. Imma fil-11 ta’ Novembru 1391, marru fil-Moskea ta’ Omar, mibnija flok it-tempju ta’ Ġerusalemm, u b’kuraġġ li ma jitwemminx, qalu lill-Qadi, li jekk ma jsirx Nisrani, ma jistax isalva. Il-Qadi wieġeb li jekk huma ma jsirux Misilmin jieħdu l-mewt.

Wara tlett ijiem, dawn l-erba’ Franġiskani mietu martri għal Kristu, imqattgħin biċċiet bix-xwabel. Il-metodu tagħhom illum ma nifhmuhx, imma huma fil-fatt ħadu l-mewt biex ixandru lil Kristu.

Għalhekk il-Papa Pawlu VI mar jikkanonizzahom fil-21 ta’ Ġunju 1970. Il-fdal ta’ San Nikola Tavelic jinsab meqjum fil-knisja ta’ San Franġisk ta’

Sibenik, tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Konventwali.

Riflessjoni: Il-ħajja ta’ Ġesù, qabel xejn fit-tliet snin tal-ministeru pubbliku tiegħu, kienet laqgħa kontinwa mal-persuni. Fost dawn, il-morda kellhom post speċjali. Kemm paġni tal-Vanġelu jirrakkontaw dawn il-laqgħat! Il-magħtub, l-għama, l-imġiddem, l-imxajtan, dak li kien ibati b’tal-qamar, u għadd bla tarf u ta’ kull xorta … Ġesù resaq qrib ta’ kull wieħed u waħda minnhom u fejjaqhom bil-preżenza u l-qawwa tas-setgħa

30 SIGNUM FIDEI

tiegħu li jagħti mill-ġdid il-ħajja. Għalhekk, ma jistax jonqos li fost l-opri tal-ħniena jkun hemm dik li nżuru u ngħinu lill-morda.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Udjenza Ġenerali, id-9 ta’ Novembru 2016

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 66, silta mill-1 punt The lepers kept their distance. This detail shows us how far removed impure people are from our Lord, who, being pure, does not want to have any association with those who even to the least degree manifest this vice, just as lepers were not allowed to have any association with other Jews. They cried out in a loud voice to beg Jesus Christ to have compassion on them. This reminds us of what our Lord says in another place in the Gospel, that the first remedy for impurity and for the temptations that lead to it is to have recourse to prayer. These clamorous, insistent voices are a figure of the fervor and the insistence with which we ought to pray to obtain the cure of this infirmity. According to the Wise Man, we cannot be pure unless God gives us the grace for it; therefore, we cannot ask this of him too often or with too much earnestness, because this malady is very dangerous and has very unfortunate consequences. If you sometimes feel tormented by impure thoughts, do not cease imploring God until you are completely delivered from them.

TALBA O Ġesù,

agħtina x-xorti tajba li fid-dar u l-imkejjen kollha fejn naħdmu

joħorġu minn qalbna u mill-imġiba tagħna r-raġġi tal-ħlewwa u l-umiltà

sabiex inkunu fil-grazzja tiegħek kull fejn ngħammru.

B’hekk insiru ċentri ta’ serħan, tgawdija, sabar u faraġ.

Ammen Dun Ġużepp Cauchi – Saċerdot Għawdxi 1900-1955

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 31

Il-Ħamis, il-15 ta’ Novembru

San Albertu l-Kbir - isqof u duttur tal-Knisja Il-Beata Madalena Morano - verġni

Il-Beata Marija tal-Passjoni - fundatriċi tal-Franġiskani Missjunarji ta’ Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Filemon 7-20 Ilqgħu, mhux bħala lsir, imma bħala ħuk għażiż. 2. Salm 145: 7-10 Hieni min f’Alla jsib il-għajnuna tiegħu. 3. Luqa 17: 20-25 Is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda. SAN ALBERTU L-KBIR – isqof u duttur tal-Knisja San Albertu l-Kbir twieled f’Lauingen f’xatt id-Danubju, fil-Ġermanja, għall-ħabta tal-1206. Studja Padova u Pariġi. Daħal fl-Ordni tal-Predikaturi u għallem f’ħafna postijiet. Sar isqof ta’ Regensburg, u tħabat bla heda għall-paċi bejn il-popli u l-istati. Kiteb ħafna kotba ta’ għerf kbir fuq it-Teoloġija u x-Xjenzi Naturali. Miet f’Köln fl-1280. IL-BEATA MADDALENA MORANO – Verġni (1847-1908) Maddalena Caterina Morano twieldet f’Chieri, fil-provinċja ta’ Turin, l-Italja,

fil-15 ta’ Novembru 1847. Meta kellha biss 8 snin miet missierha u hi bdiet tgħin lil ommha fix-xogħol, biex trabbi l-familja.

Bil-għajnuna ta’ zijuha, kompliet l-istudji tagħha u ta’ 17-il sena kisbet iċ-ċertifikat ta’ għalliema.

Ta’ 19-il sena bdiet tgħallem f’Montaldo Torinese, u għamlet hemm 14-il sena. Kienet għalliema kompitenti ħafna u kisbet stima u rispett kbir min-nies tal-post.

Maddalena, fuq il-parir tad-Direttur Spiritwali tagħha, marret tkellem lil Don Bosco, li diġà kienet għamlet konoxxenza tiegħu f’Asti xi 16-il sena qabel.

Dan idderiġiha biex tmur tgħallem Mornese għand is-sorijiet, u Madre Mazzarello laqgħatha b’idejha miftuħa.

Fl-1880, ikkonsagrat ruħha lil Alla u ħadet il-voti perpetwi u fl-1881, l-Arċisqof ta’ Katanja bagħatha tieħu ħsieb dar ta’ tagħlim fi Trecastagni, fejn mexxiet għal 4 snin.

Reġgħet marret Turin, u kienet Direttriċi tal-Komunità ta’ Valdocco, iżda damet biss sena, għaliex reġgħet inbagħtet Sqallija bħala direttriċi. Kellha l-impenn li tifforma komunitajiet ġodda ta’ sorijiet qaddisa. Ma’ Sqallija kollha rnexxielha tiftaħ skejjel, orfanatrofji, oratorji, residenzi għal studenti u żgħażagħ u workshops. Il-katekisti kollha ta’ Katanja kienu taħt is-superviżjoni tagħha.

Iż-żelu u l-ispirtu ta’ komunità li kienet toħloq madwarha, nibbtu ħafna vokazzjonijiet. Kellha devozzjoni kbira lejn San Ġużepp u Marija l-Għajnuna

32 SIGNUM FIDEI

tal-Insara, li kienu jiggwidawha f’kull biċċa xogħol li hija twettaq. Kienet timxi ħafna fuq il-kariżma ta’ Don Bosco.

Hija mietet bil-kankru fis-26 ta’ Marzu tal-1908, f’Katanja. Sa mewtha kienet ħalliet 18-il dar fi Sqallija, 142 soru, 20 novizza u 9 postulanti.

Fil-5 ta’ Novembru 1994, il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II, ibbeatifikaha, f’Katanja. Il-fdalijiet tagħha jinsabu għall-qima, f’Terme ġewwa Messina.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, L-Ewwel Ktieb, kap. XX: Liema ħaġa hi, mis-sema ’l isfel, li ma tintemmx? Forsi jidhirlek li għandek ixxabba ’l ruħek, issibilha l-hena tagħha; imma jfallilek. Agħmel kont li tara kulma fiha d-dinja; xi tkun rajt, ħlief frugħa? Arfa’, arfa’, mela, għajnejk lejn Alla fis-smewwiet, u itolbu maħfra ta’ dnubietek, tal-ħtijiet tiegħek. Il-ħwejjeġ fiergħa ħallihom għall-boloh: int biss iftaħ għajnejk għal dak li jikkmandak Alla. Agħlaq biebek u sejjaħ lil Kristu maħbub tiegħek biex jiġi ħdejk: għammar miegħu ġewwa ċ-ċella għax żgur li band’oħra ma ssibx paċi hekk ħelwa. Li ma kont qatt ħriġt minn hemm ġew biex tisma’ l-ħafna għajdut tad-dinja kieku tinsab fl-aktar paċi kbira; imma la darba kont tieħu gost tisma’ ħwejjeġ ġodda, x’għaġeb li qalbek ħassejtha mħabbtha? Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, parti mit-3 punt

By thinking about God at all times, we fulfill this commandment and also by referring to him all our thoughts about creatures in such a way that we do not think about anything that relates to them unless it leads us to love God or keeps us in his holy love. Nothing shows better that we love another person than when we cannot help thinking about that person. How happy you would be if all your thoughts tended only to God and were only for God! Then you would have found your paradise in this world, because you would be engaged in the same activity as the saints, and the happiness that they are enjoying would be yours. True, there would still be this difference, that the saints see God clearly in his own nature, whereas we enjoy God only by faith. But this view of faith gives so much pleasure and joy to a soul who loves God that even in this life it has a foretaste of the delights of heaven.

TALBA X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, bin il-bniedem, biex taħseb fih?

Ftit inqas mill-allat għamiltu, bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu.

Mulej, sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!

(Salm 8) Missierna ...

SIGNUM FIDEI 33

Il-Ġimgħa, is-16 ta’ Novembru San Ġeltrude - verġni

Santa Margarita tal-Iskozja San Rokku Gonzalves - Ġiżwita u sħabu martri

Il-Beatu Brother Aurelio Maria u sħabu martri - frère

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Ġwanni: 4-9 Min jibqa’ fit-tagħlim, għandu sew lill-Missier u sew

lill-Iben. 2. Salm 118:1,2,10,11,17,18 Hieni min jimxi fil-liġi tal-Mulej. 3. Luqa 17: 26-37 Hekk ikun il-jum li fih jidher Bin il-Bniedem. IL-BEATU BROTHER AURELIO MARIA U SĦABU TA’ ALMERIA (1936-37) Il-belt ta’ Almeria tinsab fir-reġjun ta’ Andalusia, fin-naħa ta’ nofsinhar lvant

tal-Kosta ta’ Spanja. Il-Brothers fetħu skola hemmhekk, wara li fl-1904 ġew imkeċċija minn Franza

u l-kolonji tagħha, wara l-liġi ta’ Combes. Fit-22 ta’ Lulju 1936, ħames Brothers ġew arrestati fil-bini tal-iskola u

mitfugħa l-ħabs. Tnejn oħra ġew arrestati fit-triq waqt li kienu sejrin jimpustaw xi ittri lill-qraba tagħhom. Brothers Analio, Edmigio u Valerio baqgħu miżmuma l-ħabs għal tliet ġimgħat u wara ġew trasferiti f’bastiment tal-faħam li kien mibdul bħala ħabs. Fil-lejl tat-30 t’Awwissu ġew meħuda ħdejn bir u b’riġlejhom marbuta wara daharhom, kienu maqtula b’tir f’rashom. Wara, ġisimhom kien mitfugħ f’bir. Meta nstabu l-fdalijiet tagħhom, minn testijiet li saru skoprew li Br. Valerio ġie mitfugħ ħaj ġol-bir.

Brothers Teodomiro u Evencio kienu ilhom sitt ġimgħat morda ġo ċella, meta ħaduhom barra l-belt u b’pistola ma’ rashom interrogawhom. Wara ttieħdu fl-istess bastiment tal-faħam u fit-8 ta’ Settembru ġew xkubettjati f’post imwarrab.

Lid-direttur, Br. Aurelio, u lil Br. Josè dawruhom f’diversi ħabsijiet sakemm fl-aħħar sparawlhom fl-iskola tagħhom u tefgħuhom ukoll f’bir.

Dawn is-seba’ Brothers ġew ibbeatifikati nhar l-10 ta’ Ottubru 1993, flimkien ma’ żewġ isqfijiet.

Bejn l-1934 u l-1939, ġew maqtula 165 Brother mill-1432, li kien hemm ġewwa Spanja. Dan għaliex kienu għalliema reliġjużi.

Riflessjoni: Ma ngħixu għal xejn iżjed ħlief għas-saltna tas-sema, li jeħtieġ inħarsu lejha bla waqfien bl-għajnuna tal-fidi, nimxu f’din id-dinja bħallikieku ma konniex ta’ din id-dinja, mingħajr ebda tħassib għall-affarijiet ta’ barra, u nieħdu ħsieb ħaġa waħda biss: li nqisu, li nħobbu lil Missierna tas-sema u nagħmlu r-rieda tiegħu.

Il-Beatu Charles de Foucauld

34 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.17, parti mit-2 punt

What ought to induce a soul truly given to God to be always ready to meet temptation is what Job says: human life is a temptation or, according to the Vulgate, a constant warfare. From this we may conclude that if God wishes a soul to be tempted in this world, it is because there is a need to struggle constantly against the demon and our own passions and inclinations, which will continue to wage war as long as the soul will be in this life. This led Saint Jerome to say that it is impossible for our soul to escape temptation in this life, that if Jesus Christ, our Savior, was tempted, no one can hope to cross the stormy sea of this life without being exercised by temptation.

TALBA

Mulej Alla, agħmel li xhieda tal-martri t’Almeria

isaħħaħna fil-fidi. Agħmel li l-martirju tagħhom ikun żerriegħa

biex nikbru fil-qdusija. Għinna biex ninkuraġixxu d-dgħajfa,

niddefendu n-nies bla saħħa, ikollna l-kuraġġ li f’nofs id-diffikultajiet

inkunu sinjal tas-saltna tiegħek, ma’ dawk li int tibgħat f’nofsna.

Agħtina l-qawwa tal-Ispirtu biex infittxu l-ftehim u l-maħfra, u ngħixu ħajja ġusta u fil-paċi bħala aħwa ta’ Ġesù ibnek.

Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 35

Is-Sibt, is-17 ta’ Novembru Santa Eliżabetta tal-Ungerija

Id-Dedikazzjoni tal-Knisja ta’ San Ġwann Battista De La Salle

Tibda s-sena tal-Ġublew f’għeluq it-300 sena mill-mewt ta’ San Ġwann Battista de La Salle

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 3Ġwanni: 5-8 Għandna nilqgħu lil ħutna, ħalli b’hekk nissieħbu magħhom fil-

ħidma għat-tixrid tal-verità. 2. Salm 111: 1-6 Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej. 3. Luqa 18: 1-8 Alla jagħmel ħaqq lill-magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar.

Mill-istorja tal-istitut: Kien fl-1937, li twettqet ix-xewqa ta’ De La Salle - hu dejjem kellu x-xewqa li jmur Ruma - meta l-fdalijiet tiegħu ġew meħuda Ruma u tqiegħdu fil-knisja tal-istitut. Il-knisja tinsab fin-nofs tad-Dar Ġenerali f’Ruma u nbniet fl-1936. Kien fis-17 ta’ Novembru tal-1951, meta l-knisja ġiet sollennament iddedikata lill-Fundatur. F’din is-sena kienu qed isiru ċelebrazzjonijiet speċjali f’għeluq it-300 sena mit-twelid ta’ San Ġwann Battista De La Salle. Fid-Dar Ġenerali tiġi ċċelebrata l-liturġija solenni ta’ din l-okkażjoni.

SANTA ELIŻABETTA TAL-UNGERIJA (1207-1231) S. Eliżabetta hi l-patruna tat-Terzjarji Franġiskani u tal-Karitajiet kollha

Kattoliċi. Eliżabetta kienet bint is-sultan Andrea II tal-Ungerija, iżda rċeviet l-edukazzjoni tagħha fil-qorti tat-Turinġja fil-Ermanja. Minn tfulitha kienet devota u tgħin kif tista’ lill-proxxmu.

Bilkemm kellha 14-il sena meta żżewġet lill-futur Lwiġi (Ludvig) IV tat-Turinġja. Kellha tlett itfal. Il-ħajja miżżewġa tagħhom, minkejja li kienet waħda qasira, kienet għal Eliżabetta perijodu ta’ hena kbir.

F’dan iż-żmien l-ewwel Patrijiet Franġiskani daħlu fil-pajjiżi Ġermaniċi, u nġibdet tant mill-ispirtu Franġiskan, li qanqal f’din id-dukessa żagħżugħa x-xewqa għal ħajja (ta’ tgħakkis) mortifikata.

Il-.ħajja tagħħa nbidlet meta f’daqqa meta żewġha li kienet tant tħobb miet fi triqtu għall-Palestina biex jieħu sehem fil-Kruċjata (1227), 18-il ġurnata wara t-twelid tat-tielet tarbija tagħha Ġertrude.

Eliżabetta, li issa kellha 20 sena, waqgħet f’faqar kbir għax il-qraba tagħha (min-naħa ta’ żewġha?) ċaħħdu lil din l-armla żagħżugħa minn kull kenn u mezzi għaliha u għal uliedha. Hi kellha tmur minn post għal ieħor tittallab il-karità, imma l-virtujiet tagħha kienu akbar mill-isfortuni tagħha.

Irrifjutat li terġa’ tiżżewweġ. Daħlet Terzjarja Franġiskana. Xejn ma seta’ jtellef jew inaqqas il-ġentilezza jew it-tjubija tagħha, lanqas is-severità eċċessiva tas-saċerdot li għażlet bħala direttur spiritwali tagħha.

36 SIGNUM FIDEI

Fl-aħħar, kisbet lura xi ftit mill-ġid li kellha u permezz tiegħu ħasbet għall-futur ta’ wliedha imma qassmet il-bqija tas-sehem tagħha f’opri ta’ karità.

Waqqfet sptar f’Marburg u għaddiet il-bqija ta’ ħajjitha ddur bil-morda u tgħin lill-fqar.

Mietet fis-16 ta’ Novembru 1231 ta’ 24 sena. Il-virtujiet tagħha tant impressjonaw lin-nies ta’ żmienha li erba’ snin biss wara mewtha kienet ikkanonizzata bħala “It-Tieni Santa Klara."

Riflessjoni: Fl-1952, Mother Teresa rat mara abbandunata fit-triq, litteralment qed tiġi mikula bin-nemel u l-ġrieden. Refgħet lill-mara u ħaditha l-isptar imma dawn m’aċċetawhiex. Wara, Mother Teresa ħadet lill-mara quddiem l-uffiċjali tal-belt, titlobhom biex jieħdu xi azzjoni. Qamet diskussjoni. U mbagħad Mother Teresa talbet għal xi post għall-kenn fejn setgħet tieħu ħsieb lil din il-mara u oħrajn vittmi bħala. Kuntenti li ħelsu mill-problema, ħadu lil Mother Teresa f’post abbandunat, li xi darba kien jintuża minn pellegrini Induist. B’hekk bdiet l-ewwel dar ta’ Mother Teresa għan-nies abbandunati u qed imutu. Mother Teresa għexet il-Vanġelu kelma b’kelma – baqgħet titlob sakemm ħadet li riedet. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 190, l-1 parti

The piety of Saint Elizabeth was so great that from the age of five, she took no pleasure except to be in church or in her room in order to pray there to God. This led her to speak rarely, because she knew that it is easy to converse often with God when we talk rarely to people and that silence is one of the best means to avoid sin and to keep ourselves in fervor. So that her children might belong entirely to God, she had the custom of taking them in her hands, as soon as they were born, to offer them to the Lord with fervent prayer… Following this saint’s example, let us practice piety, for, says Saint Paul, Piety is a great wealth, and it is useful for everything; to it the good things of this life and those of the future life have been promised. Act, then, to procure these benefits by using this means, which is very sure and without which you cannot succeed in possessing the true goods that alone ought to be the object and the goal of all your desires.

TALBA

Mal-Knisja kollha jien nipproklama l-fidi tiegħi f’Alla wieħed li hu l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.

Bil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu jiena nista’ nagħraf aktar fil-fond

il-misteru tat-tliet persuni f’Alla wieħed. Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 37

Il-Ħadd, it-18 ta’ Novembru It-33 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Danjel 12: 1-3 F’dak iż-żmien il-poplu tiegħek jinħeles. 2. Salm 15: 5, 8-11 Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn. 3. Lhud 10: 11-14,18 Kristu għamel perfetti għal dejjem ’il dawk li huwa jqaddes. 4. Mark 13: 24-32 Jiġbor flimkien il-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Jekk saħansitra s-setet l-iktar fundamentalisti m’għadhomx ibassru l-jum li fih għad tispiċċa d-dinja , sinjal li din it-tip t’ aħbar m’għada tinteressa lil ħadd, forsi għaliex biżżejjed naraw ix-xeni tat-terroriżmu internazzjonali biex nitwerwru. Huma biss l-ambjentalisti u l-klimatoloġi li jallarmawna dwar it-taqlib tan-natura u l-possibiiltà tal-qerda tar-razza umana. Lanqas dawn ma jirnexxielhom jikkonvinċu lil dawk li ma jarawx fil-bogħod jew ma jridux jaħsbu fil-futur, mehdijin kif inhuma bl-impenji immedjati biex jippruvaw iżommu kollox taħt kontroll assolut. Propju għalhekk il-bniedem għandu bżonn min ifakkru li xi darba jrid imut, li anke s-sistemi politiċi miżmuma b’daqshekk reqqa mis-setgħanin tad-dinja jridu jisfaw fix-xejn.

Il-Knisja għal dawn l-aħħar elfejn sena, fl-aħħar tas-sena liturġika tagħha tfakkarna fl-aħħar tad-dinja li ħadd ma jaf kif u meta se tiġri. Messaġġ inkoraġġanti għal dawnk li jħossuhom skomdi f’din ir-realtà li ngħixu fiha imma skomdu għal dawk li huma arroganti u prużuntużi.

Messaġġ ċar għal dawk li jgħixu bil-fidi, theddida għal dawk li jinnegaw l-oriġini divin u jisirquh lill-fqar. Messaġġ li jfakkarna li kollox irid jispiċċa max-xemx u l-qamar, il-vanità u t-tlellix tad-dinja. Bħal susa, il-Kelma t’Alla tnaqqar fl-għeruq ta’ din is-sistema inġusta li żżomm id-dinja kif inhi. Għaliex kif hu ċert li d-dinja u s-sistemi tagħha ser jiġu fix-xejn, daqshekk ieħor huwa żgur li kollox, aħna inklużi, mexjin lejn dak it-tmiem li l-Bibbja ssejjaħ “sema ġdid u art ġdida” – il-persuna ta’ Ġesù, il-bidu tal-umanità ġdida. Għal dawk kollha li issa jbatu minħabba l-għatx għall-ġustizzja, għall-fqar, għall-umli, għal dawk li jġibu l-paċi, m’hemmx aħbar isbaħ minn din.

Il-vanġelu tal-lum iħabbrilhom li l-ħażen li donnu jiggverna d-dinja mhuwiex l-aħħar kelma, għaliex kollox għad jgħaddi minbarra l-kelma t’Alla li hi Kristu – il-bniedem il-ġdid u miegħu dawk kollha li bil-paċenzja u bil-fidi stennew il-miġja tiegħu.

Il-parabbola tat-tina li tarmi l-ewwel weraq titfa’ raġġ ta’ dawl f’dan id-diskors inkwetanti ta’ Ġesù. Hija turina x’inhi t-tama Nisranija, ħaġa żgħira quddiem il-poteri tad-dinja u trid tkun imwieżna mill-fidi u l-karità. Iżda t-tama ma tintrebaħx għaliex hi marbuta mal-wegħda t’Alla u timxi lejn it-twettieq tagħha waqt li tegħleb it-tfixkil kollu bil-perseveranza taż-żgħar u l-paċenzja tal-fqar.

38 SIGNUM FIDEI

Ħsieb: It-tajjeb u l-ħażin jimxu id f’id – dan Alla jippermettih biex jagħti ’l-bniedem il-libertà li jagħżel. Fil-parabbola tas-Sikrana, Kristu jwieġeb: “Erħuhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal żmien il-ħsad, ngħid lill-ħassadin: ‘iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta’ qatta’ għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi’” (Mattew13:30). Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.32, parti mit-3 punt

At the sight of Jesus Christ, Saint Thomas, filled with this light and this conviction inspired by faith, cannot keep from crying out: My Lord and my God! because up to then he saw Jesus Christ only with eyes weakened and blinded by the darkness of incredulity. He was not able to perceive the divinity veiled beneath the shadows of human nature. But now, thanks to this light of faith, which the presence of the Risen Savior strongly imparted to him, he sees all that is divine in our Lord. His faith, strengthened this way, gives him the courage to confess that he who had died on the cross and had been buried in the tomb is his Lord and his God.

TALBA

O Missier ħanin, waqt it-talba tal-Missierna

nitolbuk biex ma nidħlux fit-tiġrib. O, Missier, aħna nafu

li xi drabi inti tippermetti li f’ħajjitna niġu mġarrba.

Nitolbuk, biex waqt din il-prova, l-imħabba tiegħek tieħu ħsiebna

sabiex nibqgħu sodi fil-fidi. Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 39

It-Tnejn, id-19 ta’ Novembru San Rafel Kalinowski ta’ San Ġużepp - presbiteru

Santa Matilde - verġni Santa Anjeże ta’ Assisi - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 1: 1-4; 2: 1-5a Ġib quddiem għajnejk fiex waqajt u indem. 2. Salm 1: 1-4,6 Lir-rebbieħ nagħtih jiekol mis-siġra tal-ħajja. 3. Luqa 18: 35-43 “Xi tridni nagħmillek? - Li nara, Mulej.” SANTA ANJEŻE TA’ ASSISI (c.1197-1253) Twieldet f’Assisi. Irruftat proposta għaż-żwieġ, u ta’ 15-il sena telqet mid-dar

u marret fil-kunvent tas-sorijiet Benedittini ta’ Sant’Angelo di Panzo fejn ukoll oħtha akbar minnha, Klara, sittax-il ġuranta qabel kienet marret.

Kienet determinata biex fuq l-eżempju ta’ San Franġisk, hi wkoll tgħix ħajja ta’ faqar u penitenza.

Niesha ma qablux mal-ġest tagħha imma Anjeże rreżistiet t-tentattivi tagħhom biex terġa’ lura d-dar.

San Franġisk laqa’ l-professjoni tagħha, qatgħalha xuxitha, libbisha l-abitu u bagħatha fil-kunvent ta’ San Damiano flimkien ma’ Klara u b’hekk ngħata bidu għall-Ordni tal-Klarissi Fqar.

Fl-1219 hija ġiet maħtura badessa (superjura) tal-kunvent tal-Klarissi ta’ Monticelli qrib Firenze minn San Franġisk innifsu. Waqqfet kunventi ġodda f’Mantova, Venezja u f’Padova, u għenet lil oħtha Klara fil-ġlieda tagħha għall-vot ta’ povertà fl-ordni tagħhom.

Anjeże kienet ħdejn oħtha Klara waqt il-mewt tagħha, u Anjeże mietet tliet xhur wara, fis-16 ta’ Novembru 1253, jingħad kif ħabbritilha Klara stess.

Ħafna mirakli jingħad li saru fuq il-qabar tagħha fil-knisja ta’ Santa Kjara f’Assisi.

Riflessjoni mill-Imitazzjoni ta’ Kristu – Ir-Raba Ktieb, kap. XVI: Ħares lejja, Sinjur, arani kif ninsab quddiemek fqir u fil-għera tiegħi; ġejt nitolbok il-ħniena tiegħek bid-dmugħ f’għajnejja. Xabba’ l-ġuħ ta’ dal-fqajjar tiegħek; kebbes il-bruda tiegħi bin-nar tal-imħabba tiegħek; agħti d-dawl lill-għama tiegħi bid-dija tal-preżenza tiegħek. Biddilli l-ħwejjeġ kollha tad-dinja fi mrar; għallimni nieħu paċenzja b’kull għawġ u bis-slaleb, u li nixħet taħt riġlejja u ninsa għal kollox il-ħwejjeġ ta’ din l-art. Erfagħli qalbi lejn is-sema, u la terħilix niġġiera mad-dinja. Agħmel li minn dal-ħin sal-aħħar taż-żminijiet jien fik biss insib il-għaxqa tiegħi; għax int waħdek int l-ikel u x-xorb tiegħi, l-imħabba u l-hena tiegħi, il-ħlewwa u l-ġid tiegħi.

40 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 26, it-3 parti

The love of Jesus Christ for us led him to institute this divine sacrament in order to give himself entirely to us and to remain always with us. He knew that immediately afterward he would suffer and die for us, that this offering he would make of himself on the cross would occur only once, and that after his Ascension into heaven, he would no longer app ear among us. This is why, to give us a sign of his tender love and goodness before dying, he left to his Apostles and to the whole Church in their person, his body and blood to be for us in the ages to come a precious proof of the tender love he feels for us. Today, receive this gift with respect and thanksgiving. Give Jesus love in return for his love, considering what a great benefit you receive. May this love you have for him and the desire you have to be united with him lead you to have a great love for frequent Communion.

TALBA fuq Salm 146.5 – “Hieni min f’Alla ta’ Ġakobb

isib l-għajnuna tiegħu.” Mulej, Int li tferraħni biex

bl-umiltà nimxi pass pass fit-triq,

nirringrazzjak li fi triqti laqqajtni mal-aħwa

subien u bniet biex flimkien inkunu

ta’ għajnuna lil xulxin. Agħmel li l-preżenza tiegħek,

li ma narawx, imma li nemmnu fiha, issaħħaħna u flimkien nagħtuk ġieħ u foħrija

u nirringrazzjawk. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 41

It-Tlieta, l-20 ta’ Novembru San Feliċ ta’ Valois

Il-Beata M. Fortunata Viti - verġni Il-Beatu Baskal Fortuno Almela u sħabu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 3: 1-6,14-22 Jekk xi ħadd jiftaħli l-bieb, jien nidħol għandu u niekol miegħu. 2. Salm 14: 2-5 Ir-rebbieħ joqgħod maġenbi fuq it-tron. 3. Luqa 19: 1-10 Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva ’l-mitluf. IL-BEATA MARIA FORTUNATA VITI (1827-1922) Anna Felicia Viti twieldet ġewwa Veroli fl-Italja fil-provinċja ta’ Frosinone,

nhar l-10 ta’ Frar 1827. Missierha kien Luiġi Viti, li għalkemm kien sid ta’ ħafna artijiet, kellu l-vizzju tal-logħob tal-azzard u tax-xorb. Ommha, Anna, mietet meta Maria kellha 14-il sena.

Maria kienet it-tielet wild minn disa’ aħwa u minħabba f’hekk kellha tieħu ħsieb il-familja wara l-mewt t’ommha.

Biex ikollha l-flus għall-familja ħarġet taħdem bħala seftura. Kellha proposta għaż-żwieġ imma ddeċidiet li minflok tagħti ħajjitha għall-

ħajja reliġjuża. Fil-21 ta’ Marzu, 1851, fl-età ta’ 24 sena, Maria ngħaqdet mal-Benedittini fil-

Monasteru ta’ Santa Maria de’ Franconi, ġewwa Veroli. Għaddiet aktar minn 70 sena fl-ordni u peress li baqgħet illitterata, għaddiet

ħajjitha tagħmel xogħol tal-ħjata, ħasil u tiswija tal-ħwejjeġ – ħajja verament umli. Iżda kellha devozzjoni kbira lejn is-Sagrament Imqaddes.

Mietet fl-20 ta’ Novembru 1922 u ħdejn il-qabar tagħa seħħew ħafna mirakli. Matul ħajjitha kienu rrapurtati xi mirakli u jingħad li kellha d-don tal-profeżija.

Darba fost l-oħrajn, waqt quddiesa nstemgħet tibki għax kellha viżjoni li l-qassis li kien iqaddes kien ser jitlaq il-vokazzjoni tiegħu. Jingħad ukoll li żewġ tfajliet fiequ mill-marda tal-meninġite wara t-talb tagħha.

Fl-1935, il-fdalijiet tagħha twasslu fil-knisja tal-monasteru hekk kif beda l-proċess tal-kanonizzazzjoni.

Fit-8 ta’ April, 1964, il-Papa Pawlu VI ddikjaraha venerabbli, u fit-8 t’Ottubru ġiet ibbeatifikata. Il-kawża tal-kanonizzazjoni tagħha għadha sejra.

Riflessjoni: Hu li huwa s-Sultan tal-glorja, bilqiegħda 'l fuq mill-Kerubini (S. 80, 2)... Hu li s-smewwiet ma jistgħux jesgħuh (1Sl. 8, 27)... Kien miġnun il-Maħbub tagħna biex qagħad jiġi fuq l-art ifittex il-midinbin ħalli jagħmilhom ħbiebu, ta' ġewwa, jixbhuh, hu li kien hieni perfettament flimkien maż-żewġ Persuni Meqjuma tat-Trinità!... Aħna qatt mhu se naslu biex nagħmlu għalih il-bluhat li Hu għamel għalina; u dak li nagħmlu aħna qatt mhu se jkun jistħoqqlu l-isem ta' ġenn, għax mhuwiex għajr atti skont ir-raġuni żżejjed u ħafna aktar 'l isfel minn dak li mħabbitna tkun tixtieq

42 SIGNUM FIDEI

twettaq. Hija d-dinja, mela, li hi bla sens, għax ma tagħtix kas ta' dak li għamel Ġesù biex isalvaha; hija d-dinja li tikkapparra u tqarraq bl-erwieħ, u tiġbidhom lejn għejjun bla ilma (Ġer. 2,13) ... Santa Tereża tal-Bambin Ġesù Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, siltiet mit-3 punt Saint Zechariah, the father of Saint John the Baptist, says, in the canticle he sang at the birth of his son, that the reason why Saint John is to walk before Jesus Christ and to prepare the way for him is to bring to his people the knowledge of salvation. But this knowledge is not enough; it is necessary for God, through Jesus Christ, our Lord, to show us the path we must follow and to inspire us to walk in the footsteps of his Son... Beg God, therefore, to lead you on the way to heaven by the path he has traced out for you. Ask him to help you embrace the perfection of your state, because he is the one who brought you into it and who consequently desired, and still desires, that you find in it the way and the means to be sanctified.

TALBA Missier

f’idejk nerħi dawk l-affarijiet li ma nistax nagħmel. Missier f’idejk nintelaq

għal dawk id-drabi meta għaddejt mit-tiġrib

ta’ ruħi u ġismi. Missier f’idejk nintelaq

jien għax int turini minn fejn għandi ngħaddi.

Għaliex jiena naf li dejjem nista’ nafda fik

Br. Louis Camilleri Missierna ...

SIGNUM FIDEI 43

L-Erbgħa, il-21 ta’ Novembru Il-Preżentazzjoni tal-Imqaddsa Verġni Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Żakkarija 2: 14-17 Għajjat bil-ferħ, Sijon, għax il-Mulej ġej. 2. Salm Luqa 1:46-55 Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja ’l Bin il-Missier

etern. 3. Mattew 12: 46-50 Medd idu lejn id-dixxipli u qal: dawn huma ommi u ħuti.

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA Din il-festa tfakkar il-jum tal-konsagrazzjoni (fis-sena 543) tal-knisja ta’ Santa

Marija mibnija qrib it-tempju ta’ Ġerusalemm. Permess ta’ din il-festa, aħna niċċelebraw il-“konsagrazzjoni” ta’ Marija lil

Alla, li sa minn ċkunitha tatu lilha nnifisha kollha kemm hi, imqanqla mill-Ispirtu s-Santu li mlieha bil-grazzja tiegħu fit-tnissil tagħha bla tebgħa.

Skont tradizzjoni antika ħafna, meta l-Madonna kienet għadha tifla żgħira, il-ġenituri tagħha, Sant’Anna u San Ġwakkin, għamlu vjaġġ ta’ madwar mija u tletin kilometru, minn Nazzaret għal Ġerusalemm, biex jippreżentawha lil Alla, u jħalluha f’idejn in-nisa twajba tat-tempju.

Dan għamluh biex iżommu wegħda li kienu għamlu, li jekk ikollhom tarbija jikkonsagrawha lil Alla.

Minn dak iż-żmien il-Madonna ġiet imrobbija u edukata ma’ tfal oħra, minn dawn in-nisa.

Għalhekk il-Madonna kibret f’ambjent ta’ talb, meditazzjoni u fil-qadi tas-sagrifiċċju lil Alla.

Din il-festa oriġinat fis-Sirja u daħlet fil-Punent fiż-żmien meta l-Papiet kienu f’Avignon, mill-Papa Girgor XI.

Għall-ewwel kienu jiċċelebrawha biss il-Patrijiet Franġiskani Minuri, iżda ma damitx ma bdiet tiġi ċċelebrata wkoll fil-kurja tal-Papa f’Avignon.

Mill-Istorja tal-Istitut:

Bħal-lum fl-1691, San Ġwann Battista De La Salle flimkien ma’ Brother Nicholas Vuyart u ma’ Brother Gabriel Drolin, inġabru fl-oratorju mingħajr ma kienu jafu lill-Brothers l-oħra, u għamlu wegħda li jibqgħu magħqudin flimkien fis-soċjetà, akkost li jmorru jittalbu u jgħixu bil-ħobż biss. Din il-wegħda saret fiż-żmien li l-fundatur kien qed jara li n-novizzi ma komplewx fil-vokazzjoni, li ma kienx qed ikun hemm vokazzjonijiet ġodda, li l-għalliema fl-iskejjel l-oħra qajmu kampanja kontra tiegħu. F’mument hekk ta’ dlam għamel Att ta’ Fidi f’Alla flimkien mat-tnejn l-oħra.

44 SIGNUM FIDEI

Għaliex għamlu dan il-vot? o Il-fundatur kien qed jara li n-novizzi qed jitilqu. o Ma kienx hemm novizzi ġodda. o L-għalliema tal-iskejjel l-oħra qajjmu kampanja kontra tiegħu. o Għamlulu kawżi waħda f’waħda. o Għalhekk irrikorra lejn Ġesù fl-ewkaristija. o Għażel żewġ Brothers li kien jorbot ħafna fuqhom. o It-tnejn kienu diretturi ta’ skola.

F’mument ta’ dalma għamlu att ta’ fidi f’Ġesù Ewkaristija.

Riflessjoni - Marija hi sinjal ta’ tama u faraġ: Omm Ġesù, li kisbet diġà fil-ġenna l-glorja tal-ġisem u r-ruħ, hija xbiha tal-knisja meta fiż-żmien li għad irid jiġi, tikseb il-glorja; hija l-bidu ta’ din il-kisba. Sadanittant, hawn fuq l-art, sakemm jasal il-jum meta jiġi l-Mulej, hi (omm Ġesù) tassew hi s-sinjal jiddi tat-tama u l-faraġ tal-poplu t’Alla fil-pellegrinaġġ tiegħu.

“Lumen Gentium” – Il-Konċilju Vatikan II

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.191, silta mit-2 punt

The Most Blessed Virgin dedicated herself entirely and without any reservation to God on this holy day. Her parents, who had accompanied her for this holy action, left her in the Temple to be brought up in its precincts with other virgins and to devote herself there to the practice of all kinds of virtues. It was quite right that God, who one day would want to make of Mary a temple for his divinity, would do something great for her from her childhood by the eminence of the grace with which he would honor her and by the excellence of the virtues he would produce in her. This is why a pious author says that she constantly occupied herself in the Temple in the service of God and in the holy exercise of fasting and prayer, which she practiced day and night. In this way the all-pure virgin lived a holy life during the entire time she spent in the Temple.

TALBA

O Alla, int ħlaqt kollox mix-xejn. Kollox jiddependi fuqek

għall-eżistenza tagħhom. Għinni biex nistagħġeb b’dan il-kobor tiegħek

fil-ħwejjeġ li jien qed nara. Ammen.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Hilary Aquilina Clews (1998) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

SIGNUM FIDEI 45

Il-Ħamis, it-22 ta’ Novembru Santa Ċiċilja – verġni u martri

San Salvatore Lilli u sħabu - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 5: 1-10 Il-Ħaruf il-maqtul fdiena b’demmu minn kull poplu u ġens. 2. Salm 149 : 1-6,9 Int għamiltna għal Alla tagħna saltna u qassisin. 3. Luqa 19 : 41-44 Mhux li għaraft imqar int ukoll x’inhu ta’ ġid għalik. IL-BEATU SALVATORE LILLI U SĦABU – martri Patri Salvatore Lilli twieled il-Kappadoċja, provinċja ta’ Aquila fl-Italja, nhar

id-19 ta’ Ġunju 1853. Ta’ età żgħira, ta’ 17-il sena, daħal mal-Ordni tal-Franġiskani Minuri.

Fis-snin 70 tas-seklu dsatax, l-Italja kienet għaddejja minn żmien diffiċli, allura Fra Lilli kellu jkompli l-istudji tiegħu fil-Lvant Nofsani.

Għal xi żmien għex ġewwa Betlem, fejn studja l-Filosofija, u wara mar jistudja t-Teoloġija f’Ġerusalemm.

Fis-6 ta’ April, 1878, laħaq presbiteru, u baqa’ jagħti s-servizz tiegħu fil-knejjes ta’ San Saver u l-Bażilika tas-Sepulkru Mqaddes.

Fl-1880, mar għall-missjoni fil-belt ta’ Marase, it-Turkija, fejn qatta’ l-aħħar 15-il sena jaħdem fost l-Armeni. Wettaq l-appostolat tiegħu b’ħeġġa kbira u rnexxielu jressaq lura ħafna kattoliċi li kienu tbiegħdu mill-Knisja. Stabilixxa żewġ villaġġi u xtara xi artijiet sabiex in-nies ikunu jistgħu jiżviluppawhom.

Fl-1891, faqqgħet il-kolera u damet għal madwar sitt ġimgħat. Ħadem bis-sħiħ biex jgħin lill-morda.

Fl-1894, laħaq kappillan u superjur tal-kunvent tal-Franġiskani. Matul dan il-perjodu fit-Turkija kien hemm ħafna vjolenza ċivili, taqlib politiku, u ħafna kattoliċi kienu qed jiġu maqtula. Il-kappillan u xi nies mir-raħal ġew arrestati u mġegħla jiċħdu l-fidi Nisranija. Iżda Dun Salvatore u sħabu żammew sħiħ fil-fidi. Ta’ dan ġew maqtula bl-aktar mod krudili. Wara l-iġsma tagħhom ġew maħruqa.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, ibbeatifika lil Patri Salvatore u sħabu nhar it-3 ta’ Ottubru 1982. Il-Papa b’dan ried ifakkar li żmien il-martri għall-fidi għadu ma spiċċax.

Riflessjoni: Ejjew inħarsu lejn is-sbuħija tan-natura u l-opri ta’ Alla, għaliex din is-sbuħija hija tassew vera; dak kollu li joħroġ minn idejn Alla huwa tajjeb. Iżda ma nibqgħux hemm. Nitilgħu mal-ewwel iżjed ’il fuq, lejn is-sbuħija eterna li tagħha din is-sbuħija eterna maħluqa hija biss ir-rifless.

Il-Beatu Charles De Foucauld

46 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 17, silta mit-2 punt What ought to induce a soul truly given to God to be always ready to meet temptation is what Job says: human life is a temptation or, according to the Vulgate, a constant warfare. From this we may conclude that if God wishes a soul to be tempted in this world, it is because there is a need to struggle constantly against the demon and our own passions and inclinations, which will continue to wage war as long as the soul will be in this life. This led Saint Jerome to say that it is impossible for our soul to escape temptation in this life, that if Jesus Christ, our Savior, was tempted, no one can hope to cross the stormy sea of this life without being exercised by temptation... Be convinced that it is a great misfortune not to experience any temptation, because this is a sign that we are not victorious in any way and that we are allowing ourselves to be easily conquered by our passions.

TALBA

Mulej Alla, San Benedittu għallimna

li l-akbar xogħol tagħna huwa fl-att ta’ qima u adorazzjoni.

Għinni sabiex kuljum nagħmel minn kollox

u nsib ħin għat-talb u l-adorazzjoni. Ammen.

Missierna …

SIGNUM FIDEI 47

Il-Ġimgħa, it-23 ta’ Novembru San Klement I - Papa u martri

San Kolumbanu - abbati Il-Beatu Mikiel Pro - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 10: 8-11 Jien ħadt il-ktieb żgħir u blajtu. 2. Salm 118: 14,24,72,103,111,131 Kemm hi ħelwa l-wegħda tiegħek, Mulej. 3. Luqa 19: 45-48 Id-dar ta’ Alla għamiltuha għar tal- ħallelin. IL-BEATU MIKIEL PRO – Ġiżwita u martri (1891-1927) Twieled fi Guadalupe l-Messiku fit-13 ta’ Jannar tal-1891, minn familja ta’

ħaddiema fil-minjieri. Kien it-tielet minn 11-il wild, li 4 minnhom mietu meta kienu trabi.

Tnejn minn ħutu daħlu sorijiet u hu daħal mas-Soċjetà ta’ Ġesù (il-Ġiżwiti), f’El Llano, fil-15 ta’ Awwissu tal-1911. Studja Nicaragwa, il-Belġjum u Spanja, u kien ordnat saċerdot fl-1925.

Dejjem kien iħobb jgħin lil dawk fil-bżonn u ħa l-vokazzjoni għaliex bħala saċerdot seta’ jkun iżjed viċin tal-batut.

Fl-1926 faqqgħet il-persekuzzjoni mdemma kontra l-Insara. Dun Mikiel kien dejjem qalb il-morda u l-moribondi u jagħti l-għajnuna u s-sapport lill-Kattoliċi ppersegwitati. Kien jilbes pajżan u jwettaq dan ix-xogħol b’kuraġġ u ottimiżmu kbir. Klandestinament kien jiċċelebra l-Ewkaristija u jgħallem il-katekiżmu. Kellu sens umoristiku qawwi u sikwit kont tarah jaqbad il-kitarra u jipprovaha biċ-ċajt u l-kant tiegħu jgħolli l-moral tal-imsejkna Kattoliċi. Kellu devozzjoni kbira lejn il-Qalb ta’ Ġesù.

Il-pulizija kienet il-ħin kollu għajnejha fuqu u fl-aħħar, wara li ġie akkużat bla ħtija li kien kompliċi f’komplott biex joqtlu ġeneral, ġie arrestat, u mingħajr dritt ta’ ġurija ġie kkundannat. Patri Mikiel Pro ġie xkubettjat fit-23 ta’ Novembru 1927.

L-awtoritajiet ippruvaw li l-eżekuzzjoni tiegħu tiġi mxandra mill-gazzetti u ssir qisha spettaklu, sabiex mingħalihom li jagħtu twiddiba lill-Kattoliċi u jippreżentawhom bħala beżżiegħa, però l-media rrappurtat l-eroiżmu ta’ Patri Pro.

Għall-funeral tiegħu attendew madwar 20,000 ruħ għalkemm kien hemm l-liġijiet kontra l-Kattoliċi.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II bbeatifika lil Dun Mikiel Pro fil-25 ta’ Settembru 1988.

Riflessjoni: Ħadd ma għandu jitqarraq billi jaħseb li l-bini tal-Knisja li llum sar tempju glorjuż, kbir u sabiħ għall-glorja ta’ Alla, għandu jerġa’ jiċċekken għall-qisien ċkejkna tal-

48 SIGNUM FIDEI

bidu tiegħu, bħallikieku biss dik l-għamla ta’ ċokon hija vera u leġittma. Lanqas ħadd ma għandu jitqarraq mix-xewqa li jġedded l-istruttura tal-Knisja b’mezzi kariżmatiċi bħallikieku din hija l-qagħda ġdida u vera fil-Knisja, li tkun ġejja minn ħsibijiet ta’ xi wħud, illi billi huma reliġjużi u xi drabi jaħsbu li għandhom xi ispirazzjoni minn Alla, jistgħu bil-ħolm tagħhom ta’ riforma barra minn lokha, iħassru l-vera forma tal-Knisja. Aħna għandna nservu l-Knisja kif inhi, u nħobbuha billi nifhmu sewwa l-istorja u nfittxu bl-umiltà r-rieda ta’ Alla, li jmexxi u jassisti l-Knisja anki meta jħalli li d-dalma taqa’ fuq id-dija ta’ wiċċha u fuq il-qdusija ta’ għemilha, minħabba l-fraġiltà tal-bnedmin. Aħna qed infittxu li nkattru din il-qdusija u din id-dija. San Pawlu VI, Papa, silta mill-Enċiklika Ecclesiam Suam Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 62, siltiet mill-1 punt

You are here in a house of prayer, and prayer ought to be your principal occupation. God’s Spirit will not reside here, and God will not pour out his blessings here, except insofar as it will be a house of prayer. When you lose the spirit and the love of prayer, God will look upon you with displeasure as someone who is both unworthy of a work that is his own work and like those who make his house a den of thieves... If, then, you do not belong to God, if you do not frequently turn to God in prayer, if you teach only external matters to children, and if you do not put all your care to give them the spirit of religion, must you not be considered by God as a thief who has broken into his house, who remains there without his consent, and who, instead of inspiring students with the Christian spirit as you ought to do, only teaches them things that will be of use to them in this world?

TALBA Mulej Alla,

aħna nsebbħuk permezz tat-tempji li nibnu b’idejna

għall-glorja tiegħek. Iżda wisq aktar

nixtiequ nsebbħuk bit-tempju ta’ ġisimna,

li hu aħna. Ammen

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 49

Is-Sibt, l-24 ta’ Novembru Sant Andrija Dung-Lac u Sħabu – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 11: 4-12 Dawn iż-żewġ profeti kienu jaħqru lil min jgħammar fuq l-

art. 2. Salm 143: 1,2,9,10 Imbierek il-Mulej, il-blata tiegħi. 3. Luqa 20: 27-40 Mhuwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin.

SANT ANDRIJA DUNG-LAC U SĦABU – martri Il-kanonizzazzjoni ta’ 117-il martri tal-Vjetnam saret mill-Papa Ġwanni Pawlu

II fid-19 ta’ Ġunju 1988. Kienet waħda mhux tas-soltu fl-istorja tal-kanonizzazzjoni tal-qaddisin.

In-numru kien 117, l-ikbar għadd ta’ qaddisin martri li qatt kienu kkanonizzati f’daqqa. Fosthom kien hemm tmien isqfijiet, ħamsin saċerdot, seminarista u lajċi. Minnhom 96 kienu Vjetnamiżi, 11 Spanjoli u 10 Franċiżi. Kien hemm 35 patri mill-Ordni Dumnikan, 10 kienu saċerdoti tas-soċjetà tal-Missjoni Estera ta’ Pariġi, oħrajn kienu minn fost il-kleru indiġenu u seminarista.

Barra minn hekk fost il-lajċi kien hemm missirijiet ta’ familji, omm, 16-il katekist, sitt suldati, erba’ tobba, ħajjat, bdiewa, sajjieda u kapijiet ta’ komunitajiet Insara.

Sitta minnhom inqatlu fis-seklu 18, waqt li l-oħrajn fis-seklu 19 bejn l-1835 u l-1862.

Ħamsa u sebgħin minnhom mietu bi qtugħ ir-ras, oħrajn mgħallqin, oħrajn maħruqin ħajjin, oħrajn qattgħulhom ġisimhom biċċa, biċċa, oħrajn mietu minħabba t-turmenti kbar li sofrew.

Ngħidu xi ħaġa fil-qosor fuq wieħed minnhom. Sant’Andrija Dung-Lac twieled fit-tramuntana tal-Vjetnam, fl-1795, minn ġenituri pagani li fdawh f’idejn wieħed katekista. Meta kiber sar katekista, imbagħad saċerdot fl-1823, u ħadem f’bosta nħawi tal-pajjiż. Tefgħuh il-ħabs iktar minn darba. Miet martri fl-1839, fl-età ta’ 44 sena.

Riflessjoni: Il-fidwa tagħna hija parteċipazzjoni fil-grajja eżistenzjali ta’ Kristu u fil-qawmien miksub minnha permezz ta’ Kristu fil-magħmudija. Quddiem il-qawmien ta’ Kristu irid jirrispondi l-qawmien morali tagħna. U dan kollu għandu l-grajja tiegħu fis-sagrament tal-magħmudija li huwa daħla fil-qabar tal-ilma tal-fonti biex inqumu bħala ħlejjaq ġodda. Jekk aħna mitna ma’ Kristu, nemmnu li għad ngħixu ma’ Kristu. U dan il-qawmien huwa għall-eternità għax ir-rebħa li kisbilna u li ġiet mgħoddija lilna bħala wlied id-dawl hija għall-eternità. Jonqos biss li aħna nemmnu f’din il-fidwa, li nħossu din il-qawwa u li kuljum il-ġlieda tagħna għandha tkun ir-rifjut tad-dnub.

Mitt Minuta mal-Mulej, Pubblikazzjoni Dumnikana

50 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: MTR. 16, it-3 parti

The sight of God fills all the powers of a person’s soul in such a way that all consciousness of self is lost, so to speak. The person is entirely present within the divinity and totally penetrated with God. This is the happiness that will be possessed in heaven by those who have procured the salvation of souls, who have done this in a way that has been useful to the good of the Church, who have by their care restored the robe of innocence to a great number of their disciples, who might have lost it through sin, and who have helped preserve the innocence of many others who have never lost it. This will happen to those who have carried out the role of Guardian Angels for the children whom Providence has entrusted to them and who have had ardent zeal in their work, practiced this zeal continually, and saved a great number of these children.

TALBA

Mulej Alla ibgħat l-ispirtu tal-qawwa tiegħek fuqi, matul il-jiem kollha ta’ ħajti.

Aqbadni minn idejja, erfgħani mit-toqol tiegħi

hekk kif inħossu fil-ħajja ta’ kuljum! Semmgħani l-kelma tiegħek itmagħni bil-ħobż tas-sema,

sabiex il-ħajja tiegħi jkollha l-qawwa tiegħek,

u nkun nista’ nagħtiha l-impenn sħiħ tul iż-żminijiet.

Ammen. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 51

Il-Ħadd, il-25 ta’ Novembru Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Danjel 7: 13,14 Il-ħakma tiegħu, ħakma għal dejjem. 2. Salm 92 : 1,2,5 Il-Mulej isaltan, il-kobor libes. 3. Apokalissi 1: 5-8 Kristu huwa l-prinċep tas-slaten tad-dinja. 4. Ġwanni 18 : 33b-37 Int qiegħed tgħid li jien sultan. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Jekk immorru lura lejn il-vanġelu biss, nistgħu neħilsu l-festa ta’ Kristu Re mill-ambigwità li hemm marbuta magħha. Din il-festa bdiet tkun iċċelebrata fil-bidu tas-seklu l-ieħor bħala reazzjoni tal-Knisja għall-klima politiko-kulturali mwiegħra u ppruvat tirbaħ fuq l-ostilità li kienet tezisti. It-tentazzjoni kienet minn dejjem kif jurina l-vanġelu ta’ San Ġwann: mogħmija bil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż, in-nies riedu jagħmluh sultan, iżda hu warrab u mar waħdu fuq muntanja. Lanqas it-titlu “bin David” kif sejħulu l-folol waqt id-daħla trijonfali f’Ġerusalemm ma jogħġob lil Ġesù għaliex ried li jkun riekeb fuq ħmar. Huwa biss waqt li kien quddiem Pilatu fl-agħar sitwazzjoni possibbli, li Ġesù jipproklama li hu sultan.

Dan il-paradoss huwa biss frott tal-loġika ta’ ħajja iebsa. Quddiem Pilatu, Ġesù jaqleb ir-rwoli u jurina kif hu l-priġunier tal-poter meta Hu kien l-uniku weħed tassew ħieles. Peress li huwa xhud u qaddej tal-verità, Alla jagħtih l-awtorità li jiġġudika Hu lil min ried jiġġudikah filwaqt li s-saltna tiegħu hi awtentika propju għaliex “mhijiex ta’ din id-dinja” għaliex ma timxix fuq ir-regoli tas-setgħat tad-dinja.

Il-vanġelu tal-lum juri kif is-saltna tiddependi fuq il-verità għalhekk il-veru re huwa dak li jħalli l-verità tirrenja. L-esperjenza tagħna tgħallimna mod ieħor. Fil-fatt illum bħal qabel ma tantx hemm x’jgħaqqad il-poter mal-verità anzi donnha teżisti oppożizzjoni sħiħa. Mhijiex milqugħa kif jurina Pilatu “l-verità x’inhi?” Xettiċiżmu bħal ta’ Pilatu qabad sewwa fostna. Ħafna, iżżejjed huma dawk li tgħallmu jfasslu verità għall-użu u l-bżonnijiet personali tagħhom. L-aħħar għajta hi waħda li tibdel din il-virtù iebsa u eżiġenti, mal-iktar kapaċitajiet flessibbli tal-ispontanjetà u s-sinċerità li bihom wieħed jiżvoga x-xewqat u s-sentimenti. Dawn jingannaw tassew imma r-riżultati li jġibu ma jigdbux, juru kif ċerti setgħanin huma fil-poter biss minħabba t-titlu li għandhom.

Ġesù mhux hekk, ipproklamat Re tal-Univers propju għax qered mill-għeruq l-idea falza li d-dinja torbot mar-regalità. Biex jurina l-awtorità tiegħu, Kristu mhux biss jikkundanna kull tip ta’ vjolenza u ’l kull min jaħbi u jgħawweġ il-verità, imma jirrifjuta li juża l-armi biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu. Ir-regola tas-saltna tiegħu hija l-Beatitudni u jwettaqha b’ħajtu stess. Għalhekk Alla

52 SIGNUM FIDEI

jagħtih l-art bħala wirt. Ġesù huwa re għax ħabb lil kulħadd sa ma’ ta ħajtu, sar qaddej biex jagħtina d-dinjità ta’ wlied Alla.

Il-verità hija inkarnata fil-Mulej u ssaltan għal dejjem u minkejja kull tentattiv biex jaħbuha, hi toħroġ rebbieħa. Allura ma jifdlilna xejn aktar x’nagħmlu ħlief li nħalluh isaltan fl-ubbidjenza tal-ispirtu tal-verità, li fl-imħabba infinita t’Alla għandu l-bidu tiegħu, u fl-għaqda bejn l-aħwa jsib il-milja tiegħu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.96, parti mit-3 punt

At this sight, how could the Magi not fear to have been deceived? Are these the marks of a king? asks Saint Bernard. Where is his palace, his throne, his court? The stable, the saint says, is his palace; the crib serves as his throne, and his court is the company of the Most Blessed Virgin and Saint Joseph. This stable does not appear to the Magi as deserving of disdain. These poor swaddling clothes are not shocking in their eyes. They feel no disappointment at seeing a poor child being nursed by his mother. They prostrate themselves before him, says the Gospel. They honour him as their King and adore him as their God. Behold the faith that profoundly filled their spirit and caused them to respond in this way.

TALBA

Mulej, sultan tiegħi, jien kont bħal nagħġa mitlufa u inti ġejt tfittixni, ħadt ħsiebi

u erġajt daħħaltni mal-merħla tiegħek u jien erġajt ħadt ir-ruħ.

Ngħidlek grazzi, Kristu Sultan tiegħi. Ibqa’ miegħi ħalli nibqa’ fil-merħla tiegħek,

biex ngħin lil nagħaġ oħra, li huma mitlufa … li huma dgħajfa …

li huma minsijin, li huma mwarrbin … Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Sylvester Antione Borg (1915) Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

SIGNUM FIDEI 53

It-Tnejn, is-26 ta’ Novembru San Silvestru Gozzohn - abbati

San Leonardu minn Porto Maurizio - presbiteru San Ġwann Berchmans - reliġjuż

Santa Katerina ta’ Lixandra

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 14: 1-5 Kellhom isem Kristu u isem missieru miktub fuq ġbinhom. 2. Salm 23: 1-6 Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfitxxu ’l wiċċek, Mulej. 3. Luqa 21: 1-4 Ra waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus. SANTA KATERINA MINN LIXANDRA († 310) – verġni u martri Ma għandna l-ebda aħbar ta’ din il-qaddisa, la fil-letteratura u lanqas fil-

liturġija, ħlief minn żewġ dokumenti tardivi, il-Passio u l-Conversio, ta’ madwar is-seklu tmienja.

Skont dawn l-Atti tagħha, Katerina kienet ta’ nisel irjali ta’ Lixandra, kienet studjuża ħafna, u kienet semgħet bil-Kristjaneżmu.

L-ewwel lejl wara l-magħmudija kellha viżjoni, fejn saret għarusa mistika ta’ Ġesù quddiem il-Madonna.

Fil-persekuzzjoni ta’ Massenzju (Massiminu), imperatur ta’ Lixandra, Katerina, ta’ 18-il sena, marret iċċanfru għat-tiranija tiegħu. L-imperatur ma kellux il-ħila jweġibha, u sejjaħ 50 għaref biex iweġbuha. Dawn ikkonvinċew ruħhom bl-argumenti tagħha u l-imperatur inkurlat, ħaraqhom għax saru Nsara.

Katerina ħarġet rebbieħa, u Massenzju, wara li sawwatha, qafilha ġo ħabs. Wara dan telaq; iżda meta reġa’ ġie lura, sab li martu Fawstina marret iżżur lil Katerina fil-ħabs, u saret Nisranija flimkien ma’ 200 suldat tal-għassa. Ġew kollha maqtulin, u lill-qaddisa kkundannawha biex tiġi maqtula b’rota mdawra bl-imsiemer.

Meta ġew biex joqtluha, il-ktajjen tagħha nħallu u r-rota nkisret, waqt li l-imsiemer taru fl-arja u qatlu xi wħud li kienu preżenti. Fl-aħħar qatgħulha rasha.

Kienu l-monaċi li ġarrew il-ġisem tagħha fil-knisja li l-Imperatur Ġustinjanu kien bena għad unur tagħha, u minn dak iż-żmien il-monasteru beda jissejjaħ ta’ Santa Katerina.

Riflessjoni: L-istorja tal-Vanġelu tal-lum hi tassew dwar l-armla fqira. Hi stqarret li ħajjitha hi ta’ Alla. U għarfet sewwa li kollox għandu jmur lura għandu: "Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix." [Lq. 21:3-4]

54 SIGNUM FIDEI

Jekk dawk iż-żewġ muniti kienu kull ma kellha f’ħajjitha, allura f’dik l-offerta hi tat ħajjitha kollha lil Alla. Ġewwa fih jinsab l-għejjun tal-ħajja tagħha, kollox imur lura għandu, bħala għotja ta’ sagrifiċċju tagħha personali. Dun Pawl Sciberras Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.62, silta mit-2 punt

Not only do you live in a house of prayer but also your body is a house of prayer. Do you not know, as Saint Paul says, that your body is the temple of the Holy Spirit, who dwells in you, who has been given to you by God, and that you are no longer your own since you have been bought at a great price? From this Saint Paul concludes, Glorify God, therefore, and bear him in your body. This is true if your body is a house of prayer. In this same spirit and in this sentiment, Saint Paul in another passage implores you, by the mercy of God, to offer God your body as a living sacrifice, holy and acceptable in his eyes. Do you sometimes reflect on what a blessing it is for you that the Holy Spirit dwells in your body as in his temple and that he prays in you and for you?

TALBA

Alla Missier, noffrilek dan il-jum,

bit-talb, il-ħsibijiet, il-kliem, il-ħidma, il-ferħ u t-tbatija kollha tiegħi,

f’għaqda sħiħa ma’ Ġesù Ibnek, li jkompli joffri lilu nnifsu fl-Ewkaristija

għall-ħelsien tad-dinja. Agħmel li l-Ispirtu s-Santu

li mexxa lil Ġesù, imexxi lili wkoll u jkun ta’ qawwa għalija,

biex inkun xhud tal-imħabba tiegħek. Ma’ Marija, omm il-Mulej u omm il-Knisja,

nitolbok b’mod speċjail skont il-fehmiet tal-Papa. Ammen

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 55

It-Tlieta, is-27 ta’ Novembru Il-Madonna tal-Midalja Mirakoluża

San Franġisk Anton Frasani – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 14: 14-19 Midd il-minġel tiegħek u aħsad, għax waslet is- siegħa biex taħsad, għax il-ħsad fuq l-art misjur ħafna. 2. Salm 95: 10-13 Il-Mulej ġej jagħmel ħaqq mid-dinja. 3. Luqa 21: 5-11 Ma tibqax ġebla fuq oħra. Il-Madonna tal-Midalja Mirakoluża Il-Madonna dehret diversi drabi lil Santa Katerina Labouré, soru tal-Karità ta’

San Vinċenz, fil-monasteru ta’ Rue du Bac, Pariġi, meta Katerina kienet għadha novizza. Dawn id-dehriet bdew f’Novembru tal-1830 u komplew sa kważi sena wara.

L-aktar dehra importanti minn dawn kienet dik tas-27 ta’ Novembru, li fiha l-Verġni Marija talbitha biex tagħmel medalja f’għamla ovali skont id-dettalji li wrietha. Jiġifieri, fuq naħa kien hemm ix-xbiha tal-Madonna fuq globu, b’riġlejha tgħaffeġ ras is-serpent, b’idejha miftuħin li minnhom ħerġin ir-raġġi, [li aktar tard il-qaddisa fissret bħala l-grazzji li l-Madonna lesta tagħti lil min jitlobhomlha] u mad-dawra ovali kien hemm il-kelmiet: O Marija, imnissla mingħajr dnub oriġinali, idħol għalina li nirrikorru lejk. Fuq in-naħa ta’ wara kien hemm l-ittra ‘M’, li minn ġo fiha kienet għaddejja strixxa u li fuq din l-istrixxa kien hemm salib. Madwar dawn is-simboli kien hemm tnax-il kewkba, waqt li taħt l-ittra ‘M’ kien hemm żewġt iqlub, waħda inkurunata bix-xewk u l-oħra minfuda bis-sejf.

Katerina ma għarrfet lil ħadd dwar dawn id-dehriet ħlief lill-konfessur tagħha M. Aladel, li f’Ġunju tal-1832 għamel l-ewwel domni skont kif xtaqet il-Madonna.

Bdew jiġu rrapportati tista’ tgħid mill-ewwel każijiet ta’ fejqan tal-għaġeb, konverżjonijiet kbar u favuri spiritwali, marbutin ma’ din il-medalja, tant li popolarment bdiet tissejjaħ il-Medalja Mirakoluża.

Fl-1836, tribunal f’Pariġi approva l-medalja bħala waħda ta’ oriġini sopranaturali. Imma l-medalja kisbet prestiġju kbir bil-konverżjoni f’daqqa waħda u bla mistennija għall-Fidi Kattolika tal-Lhudi Alfonsu Ratisbonne, bniedem ateu u antikattoliku waqt li kien imlibbes biha meta żar knisja f’Ruma biex jirranġa għall-funeral. Ratisbonne aktar tard waqqaf il-kongregazzjoni reliġjuża ta’ Sidtna Marija ta’ Sijon biex taħdem għall-ftethim bejn il-Lhud u l-Insara.

Fl-umiltà kbira tagħha Katerina Labouré rnexxielha żżomm is-sigriet dwar dawn id-dehriet tagħha sa mewtha 40 sena wara.

56 SIGNUM FIDEI

F’Malta, id-devozzjoni lejn il-Midalja Mirakoluża kienet imxerrda ħafna mill-qaddej t’Alla San Ġorġ Preca, u llum il-fdal tiegħu jinsab midfun fil-Blata l-Bajda taħt l-unika knisja f’Malta li hi ddedikata lill-Madonna taħt dan it-titolu.

Riflessjoni: Fid-dehra ta’ Marija li Katerina Labouré kellha nhar is-27 ta’ Novembru, Marija fetħet il-qalb ta’ Katerina għall-dimensjoni globali waqt li kienet qiegħda żżomm globu żgħir tad-deheb u qaltilha: “Dan il-globu jirrapreżenta lid-dinja kollha u lil Franza, u partikularment kull persuna.” Bħala Omm il-bnedmin kollha, Marija terfa’ l-umanità kollha f’idejha. Talbet lil Katerina biex tkun oħt il-bnedmin kollha u tagħraf kull persuna bħala l-aħwa tagħha. Jekk inħallu lil Marija tinfed lil qalbna u lil għajnejna, aħna mbagħad inkunu kapaċi nagħrfu s-sinjali tas-saltna t’Alla fid-dinja tal-lum. Il-globu żgħir tad-deheb jissimbolizza l-preżenza ħajja ta’ Alla fil-qalb u l-ħajja ta’ kulħadd.

The Message of Mary to Saint Catherine Labouré Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 1, silta mill-1 punt

Speaking of the Last Judgment ..., Jesus Christ says that all people will see the Son of Man coming on a cloud with great power and majesty. The regal aspect in which Jesus Christ will appear and the great power he will display when he comes to judge the world ought to make us fear his coming. This is what Saint Jerome says, commenting on these words of the Prophet Malachy: Who can think of the day of his coming? If no one dares think of the day of the Last Judgment, because of the majesty and power of him who will be the judge, who will be able to endure the strictness of his judgment? This will be all the more difficult, he adds, because the One who will act as witness will also be the One who will judge; this is what ought to lead us to dread this judgment all the more..

TALBA O Verġni glorjuża Omm ħanina tagħna,

verament li inti l-Madonna tal-Mirakli għall-grazzji kbar li xerridt

u għadek ixxerred fuq dawk li fin-niket tagħhom lejk jirrikorru.

Jien mill-fond ta' qalbi u bid-dmugħ f'għajnejja nitolbok, O Omm ħanina, ikollok ħniena minni,

itlob lill-Iben Maħbub tiegħek li jagħtini l-grazzja li tant nixtieq

u jiena nwiegħdek li nfittex inkabbar id-devozzjoni lejk

u l-imħabba lejn Ġesù Salvatur tagħna. Ammen

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 57

L-Erbgħa, it-28 ta’ Novembru

Santa Katerina Labouré San Ġakbu Gangala – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 15: 1-4 Huma jgħannu l-kantiku ta’ Mosè u l-kantiku tal-Ħaruf. 2. Salm 97: 1-3,7-9 Tal-għaġeb l-għemejjel tiegħek, Mulej. 3. Luqa 21: 12-19 Kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi; imma xagħra

waħda minn raskom ma tintilifx. SANTA KATERINA LABOURÈ (1806-1875) – verġni Twieldet Yonne, u ta’ erbatax-il sena daħlet mas-Sorijiet tal-Karità Chatillon-

sur-Seine, ħdejn Pariġi (1820), fejn għaddiet ħajjitha ddur bil-morda fil-kunvent ta’ Rue de Bac.

Fl-1830, fil-kappella tal-kunvent, il-Madonna dehritilha għal tliet darbiet, u rrikmandatilha li tħabrek biex jagħmlulha midalja f’ġieħ il-ħniena tagħha bħala Omm Alla – dik il-midalja magħrufa bl-isem tal-“Midalja Mirakuluża”.

Dik is-sena stess (1830) saru 1,500 midalja. Il-konverżjoni tal-Lhudi Alfonse Ratisbonne fl-1842, permezz tal-midalja,

meta ra lill-Madonna bl-għamla tal-Midalja Mirakoluża fil-knisja ta’ San Andrea delle Frate, Ruma, kompliet tkattar id-devozzjoni lejn din il-midalja.

Mill-1832 sa mewtha, il-qaddisa għexet fil-kunvent ta’ Enghien-Reuilly, bħala purtinara u bħala infermiera max-xjuħ tal-isptar.

Il-funeral kien popolari, u tifel ta’ tnax, magħtub minn twelidu, fieq b’miraklu fuq qabarha ftit snin wara li difnuha.

Ibbeatifikata mill-Papa Piju XI, fl-1933. Il-Papa Piju XII ikkanonizzaha fis-27 ta’ Lulju 1947.

Xi tagħrif: Il-Lhudi Alfonse de Rotisbonne, imwieled fl-Alsace aċċetta li jilbes waħda minn dawn id-domni, u kellu wkoll l-esperjenza tal-viżjoni ta’ Marija. Ftit wara kkonverta, u sar Kattoliku – li għamlet ħoss kbir fl-Ewropa. Sar saċerdot u anke waqqaf ordni ta’ patrijiet u sorijiet taħt l-isem ta’ Sion – imxerrdin mad-dinja. Fl-ewwel sitt snin minn meta bdiet tinxtered id-Domna Mirakoluża, kienu tqassmu 30,000 waħda. F’Malta kien San Ġorġ Preca li xerred id-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Domna Mirakoluża u l-membri tas-Soċjetà tal-Museum baqgħu u għadhom ixerduha sal-lum. Fil-knisja tal-Mużew tad-Dar Ċentrali bnew kappella ddedikata lill-Madonna, fejn hemm statwa tassew sabiħa, ta’ kif Katerina Labourè rat il-Madonna fil-viżjoni.

58 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Il-kapijiet u l-qassisin il-kbar jibqgħu ma jistgħux jiftħu qalbhom għall-mod qawwi u ta’ fejqan li Kristu kien qed jaħdem permezz tal-Appostli tiegħu u l-Knisja. Mhix ħaġa kbira li anki llum diversi soċjetajiet u pajjiżi jaraw il-Knisja bħala tfixkil meta titkellem għall-ġustizzja f’isem dak Kristu li bata u miet. L-Appostli jisfidaw bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu l-poter inkwiżitorju u juru l-falsità ta’ min ried jifga kull sens Kristoloġiku fil-predikazzjoni tiegħu. Itennu li l-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka. Kemm qegħdin nemmnu u nagħtu xhieda li huwa biss b’Ġesù Kristu li nistgħu niksbu s-salvazzjoni?

Mitt Minuta mal-Mulej, Publikazzjoni Dumnikana

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, silta mit-3 punt

Be assured, then, that once you have placed yourself in God’s hands, willing to suffer whatever and as much as he may desire, although he still leaves you in sorrow, he will help you by his grace to endure this trial, perhaps in a way that is not obvious, or else he will deliver you from it by surprising means and at a time when you least expect it. This is what David assures us he experienced in his own difficulties, when he says: I waited on the Lord with great patience, and finally he heard me; he granted my prayers and withdrew me from the depths of misery and from the deep pit. He set my foot upon a rock and guided my steps. Many people, on seeing this marvel, have learned to revere God and to place all their confidence in him.

TALBA

Mulej Ġesù, inti dħalt f’konflitt mat-tentatur biex lilna ssalvana u teħlisna

mill-ħakma li hu jrid jeżerċita fuqna. Aħna nfaħħruk

għall-mewt u l-qawmien tiegħek, li ħelsuna mill-jasar u mexxewna

għas-saltna ta’ Alla. Ammen.

‘Doorway to Faith’ Missierna ...

SIGNUM FIDEI 59

Il-Ħamis, id-29 ta’ Novembru Il-Beatu Dionisju tan-Natività - presbiteru u l-Beatu Redent tas-Salib - reliġjuż u

martri Il-Beatu Federiku minn Regensburg - reliġjuż

Il-Beatu Bernardu Franġisk de Hoyos - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 18: 1,2,21,23; 19: 1-3,9 Iġġarfet Babel il-kbira. 2. Salm 99: 2-5 Henjin dawk li huma mistiedna għall-ikla tat-tieġ tal-Ħaruf. 3. Luqa 21: 20-28 Ġerusalemm tibqa’ tintrifes taħt saqajn il-ġnus sa ma jkun għadda żmien il-ġnus. IL-BEATI DJONISJU TAN NATIVITÀ U REDENT TAS-SALIB († 1638) - martri Il-Beatu Djonisju kien saċerdot u l-Beatu Redent kien ajk, it-tnejn Karmelitani

Skalzi (Tereżjani) u sofrew il-martirju f’Sumatra. Djonisju kellu 37 sena, kien għadu kif ġie ordnat saċerdot u kien ilu biss 4

snin Karmelitan. Qabel huwa kien navigatur professjonali u jagħmel il-mapep. Xi mapep tiegħu jinsabu ppreservati fil-Mużew Brittaniku.

Hu kien jismu Pierre Berthelot u twieled fin-Normandija, beda jaħdem fuq il-baħar u nqabad mill-pirati Olandiżi fl-ewwel vjaġġ tiegħu lejn l-Indji. Wara li nħeles mill-ħabs f’Ġava huwa mar f’Malacca, innegozja xi ftit għal rasu u ħa l-kmand ta’ vapur Portugiż.

Kien f’Goa meta ġie f’kuntatt mal-Karmelitani Tereżjani. Il-Beatu Djonisju nħatar kappillan ta’ spedizzjoni Portugiża f’Sumatra u l-

Beatu Redent, li qabel serva bħala suldat fl-Indja qabel ma daħal ajk, ingħażel bħala assistent tiegħu.

Huma nqabdu priġunieri kważi mill-ewwel malli waslu u nqatlu għax ma ridux li jħaddnu l-Islam.

Riflessjoni, Ġesù jtemm ir-rivelazzjoni: Wara li Alla ħafna drabi u b’ħafna manjieri tkellem permezz tal-profeti, “f’dan l-aħħar żmien huwa kellimna permezz ta’ Ibnu’’ (Lhud 1, 1-2). Għaliex huwa bagħat ’l ibnu, jiġifieri l-Verb Etern, li jdawwal il-bnedmin kollha, biex jgħammar fost il-bnedmin u jgħarrfilhom il-misteri l-aktar profondi ta’ Alla (Ġw. 1, 1-18). Għalhekk Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, mibgħut bħala “bniedem lill-bnedmin,’’ jitkellem il-kliem ta’ Alla (Ġw. 3,34) u jwassal sat-tmiem l-opra tas-salvazzjoni li fdalu l-Missier (cf. Ġw. 5,36; 17,4). Għalhekk hu, li min jara lilu jara lill-Missier (cf. Ġw. 14,9), bl-għemil, bis-sinjali u bil-mirakli, u l-aktar bil-mewt u bil-qawmien glorjuż tiegħu mill-imwiet, u fl-aħħarnett billi bagħat l-Ispirtu tal-verità,

60 SIGNUM FIDEI

ikompli u jikkompleta r-rivelazzjoni u jsaħħaħha bix-xhieda ta’ Alla, jiġifieri li Alla hu magħna biex jeħlisna mid-dlamijiet tad-dnub u tal-mewt u jqajjimna għall-ħajja ta’ dejjem. Dak li ġara fl-inkarnazzjoni ta’ Kristu skont il-pjan ta’ Alla, inkwantu hu alleanza ġdida u definittiva, ma jgħaddi qatt iżjed, u ma għandna nistennew l-ebda rivelazzjoni pubblika oħra qabel id-dehra glorjuża ta’ Sidna Ġesù Kristu (cf. 1 Tim. 6,14; Tit. 2,13).

Dei Verbum – ir-4 punt Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med . 200, silta mill-1 punt

As told in the Acts of the Apostles, every day, both in the Temple and in homes, they never stopped teaching and proclaiming Jesus Christ. It followed that every day the Lord increased the number of faithful and the union of those who were being saved. The zeal that the holy Apostles had to announce the teaching of Jesus Christ caused the number of disciples to increase, so they chose seven deacons to distribute alms to the faithful and take care of their other needs, so greatly did these holy Apostles fear to encounter any obstacles able to distract them from preaching the word of God. If the holy Apostles acted this way, it was because Jesus Christ had given them the example, for it is said of him that he was teaching every day in the Temple, where all the people listened to him with attention, and at night he would withdraw and go to pray on the Mount of Olives.

TALBA Mulej,

bid-diżubbidjenza ta’ Adam aħna tbegħdna minnek;

filwaqt li bl-ubbidjenza ta’ Ġesù Kristu aħna erġajna tħabbibna miegħek mill-ġdid.

Grazzi Mulej talli bgħattilna lill-ibnek biex jerġa’ jagħmilna mill-ġdid

ħbieb tiegħek. Ammen.

Missierna ...

SIGNUM FIDEI 61

Il-Ġimgħa, it-30 ta’ Novembru

Sant’Andrija - appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 10: 9-18 Il-fidi tiġi mis-smigħ u s-smigħ permezz tax-xandir tal-

kelma ta’ Kristu. 2. Salm 18: 2-5 Mal-art kollha jasal leħinhom. 3. Mattew 4: 18-22 Minnufih telqu x-xbiek u marru warajh. SAN ANDRIJA - appostlu Dan l-appostlu jissemma ġeneralment ma’ Ġakbu u Ġwanni, it-tliet appostli

l-aktar qrib ta’ Ġesù. Il-Knisja Griega ssejjaħlu “L-Ewwel Imsejjaħ”. L-evanġelju ta’ S. Ġwann juri lil Andrija bħala dixxiplu ta’ S. Ġwann Battista

u l-għada li sab lill-Messija, ġab lil Pietru. Ir-rakkont skont il-vanġeli sinottiċi juri lil Pietru u lil Andrija bħala l-ewwel li rċevew l-istedina biex jimxu wara Kristu.

S. Andrija għamilha ta’ medjatur bejn Ġesù u l-Griegi, li riedu jarawh. Huwa wkoll ġibed l-attenzjoni dwar it-tifel li kellu 5 ħobżiet tax-xgħir u żewġ

ħutiet li bihom Ġesù tema’ ’l fuq minn 5,000 ruħ. Ewsebju jsemmi tradizzjoni li S. Andrija xandar il-Vanġelu f’parti mir-Russja,

fit-tramuntana tal-Baħar l-Iswed. Huwa padrun tar-Russja u tal-Iskozja. F'Malta, il-parroċċa ta' Ħal Luqa hija ddedikata lilu. Statwa mdaqqsa tiegħu

tinsab fix-xatt ta' Marsaxlokk u oħra fix-Xlendi Għawdex billi l-qaddis hu l-padrun tas-sajjieda.

Sant’Andrija Itlob għalina Riflessjoni, il-kobor tal-konsagrazzjoni reliġjuża: Ir-reliġjużi għandhom jagħmlu kull ma jistgħu biex permezz tagħhom, il-Knisja tkun xhieda kull jum aħjar, kemm għal dawk li jemmnu u kemm għal dawk li ma jemmnux, ta' Kristu li jikkontempla ’l Alla fuq il-muntanja, jew li jħabbar lill-folol is-saltna ta' Alla, jew ifejjaq ’il-morda u ’l-midruba, jew jikkonverti lill-midinbin, jew ibierek lit-tfal, jew jagħmel il-ġid lil kulħadd, iżda li qiegħed dejjem jobdi r-rieda tal-Missier li bagħtu. ‘Lumen Gentium’

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 78, parti mill-1 punt

Saint Andrew, who was for a time a disciple of Saint John the Baptist, became a follower of Jesus Christ when our Lord, passing along the shore of the sea, called him with his brother, Saint Peter, and told them to come with him and he would make them fishers of men. Saint Andrew left everything at once and followed

62 SIGNUM FIDEI

Jesus Christ. He had the advantage of knowing Jesus sometime previously, because Saint John the Baptist had pointed him out to him, and from that moment he followed him. That is how this saint had the honor of being the first disciple of Jesus Christ, who always showed him very special affection and often had him as his companion. The way to be specially loved by Jesus is to be attached to him, to give up everything for him and without hesitation, and to do everything he asks and everything he inspires in us as soon as we hear his voice.

TALBA

Grazzi Mulej, għall-fedeltà tal-Appostli,

li kontinwament taw xhieda ta’ Kristu anke fil-mument tal-mewt tagħhom.

Illum nitolbuk għas-suċċessuri tagħhom. Ammen.

Missierna ...

JGĦIX ĠESÙ

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

SIGNUM FIDEI 63

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil: Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

64 SIGNUM FIDEI

TALBA

GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil

San Ġwann Battista De La Salle

biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ;

qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel

li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ,

sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna,

li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu,

għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen.