rigal ghal ganni - european commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf ·...

24
Rigal ghal Ganni ¯ ·

Upload: others

Post on 24-Mar-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

Rigal ghal Ganni

¯ ·

Page 2: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet. Jista’ jsir aċċess għalihapermezz tas-server ta’ l-Europa (http://ec.europa.eu).

Id-Data ta’ katalogar tista’ tinstab fl-aħħar ta’ din il-pubblikazzjoni.

Il-Lussemburgu : L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, 2008

ISBN 978-92-79-08126-2doi 10.2779/12843

© Il-Komunitajiet Ewropej, 2008Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata jekk jissemma s-sors oriġinali.

Printed in Belgium

STAMPAT FUQ KARTA RIĊIKLATA LI NGĦATAT L-ECO-TIKKETTA TA’ L-UE GĦALL-KARTA GRAFIKA (HTTP://EC.EUROPA.EU/ECOLABEL)

L-EUROPE DIRECT huwa servizz li jwiegeb

il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea.

Numru tat-telefon ġdid bla ħlas* :

00 800 6 7 8 9 10 11

*Ċerti operaturi tat-telefown ċellulari ma jippermettux aċċess għan-numri 00800 jew dawn it-telefonati jistgħu jkunu bi ħlas.

Din il-pubblikazzjoni kienet editjata minn DĠ Ambjent.

Il-pubblikazzjoni hi disponibbli wkoll fis-sit ta’ l-Internet ta’ DĠ Ambjent għaż-Żgħażagħ u l-Ambjent :http://ec.europa.eu/environment/youth/index_mt.html

Test : Benoît CoppéeStampi : Nicolas ViotProduzzjoni teknika : European Service Network

Page 3: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

1

Xi sħana ħelwa ! X’nagħsa tajba ! Mmm.. Fil-buskett favorit tagħha, Lila l-volpi kienet qiegħda titmattar. Minn qalb il-weraq, hi ttawlet lejn id-dar ta’ Tom. Lila għolliet ix-xagħar ta’ għajnejha. Is-Sinjura Borġ, il-ġara, kienet qiegħda titkellem ma’ omm Tom. Is-Sinjura Borġ kienet qiegħda ġġorr lil binha, iċ-ċkejken Ġanni. Iż-żewġ ommijiet dehru mħassbin. Is-Sinjura Borġ poġġiet lil Ġanni fil-karozza tagħha. Il-bibien instabtu. Il-karozza s-safra saqet b’ħeffa lejn il-Belt ta’ Merlin.

Page 4: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

- X’inhu jiġri, Mamà ? staqsa Tom.

- Il-ġar iċ-ċkejken tagħna… Iċ-ċkejken Ġanni… It-tifel tas-Sur u s-Sinjura Borġ… Mela… Bela’ batterija ! qalet il-Mamà b’nifs qawwi.

- Batterija ! ? stagħġeb Tom.

- Il-batterija kienet fil-ġugarell…

- Is-sitwazzjoni gravi ? staqsa Tom.

- Tista’ tkun gravi ! wieġbet il-Mamà.

2

Page 5: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

3

- Ara, jekk il-batterija tinfetaħ f’żaqq Ġanni, il-prodotti li jinsabu ġewwa l-batterija jistgħu jikkawżaw xi ħruq…

- Ħruq f’żaqq Ġanni ! ? qal imħasseb Tom.

Il-Papà qal “iva” b’rasu.

- Jien ma rridx li Ġanni jinħaraq ! għajjat Tom.

- Is-Sinjura Borġ wegħditna li żżommna infurmati qalet il-Mamà minn taħt l-ilsien.

- Ara, jien ħrabt nixtri rigal għal Ġanni ! għajjat Tom.

- Stenna ! għajjat il-Papà.

Iżda Tom kien diġà tbiegħed.

Page 6: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

Tom għadda jiġri fit-toroq tal-Belt ta’ Merlin. Daħal fi FLASH TOYZ, l-akbar ħanut tal-ġugarelli fil-Belt ta’ Merlin. Għal Ġanni kien ser jixtri l-isbaħ rigal tad-dinja. Għax Tom xtaq jurih l-imħabba kollha tiegħu ! Tom ħaffef ġol-ħanut. Mar lejn l-akbar sezzjoni. U hemm, oh xi sbuħija, għexieren ta’ rigali meraviljużi kienu qegħdin jistennewh. Għajnejn Tom tbissmu ma’ l-idea li jagħti lil Ġanni l-akbar rigal fost ir-rigali kollha !

4

Page 7: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

Ir-rigal, hemm hu ! Kelb meraviljuż tal-plastik li kien jinbaħ “WIF-WUF-WAF-WAF” meta tagħmlu fuq “ON”. Il-kelb kellu kaxxa tassew sabiħa. Tom, tassew kburi, mar quddiem il-kaxxiera. F’daqqa waħda, min-naħa l-oħra tal-ħanut, instema’ ħoss qawwi. Kobba suf ġriet lejn Tom u qalbitu. Il-ħabib tagħna telaq ir-rigal minn idejh. Bum ! Il-kobba suf ġarret lil Tom barra minn FLASH TOYZ. Tom għaraf lil Lila.

- Imma nsomma, Lila, xi ġralek ? irrabja Tom.

5

Page 8: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

Lila dehret irrabjata. Għajnejha kienu donnhom ragħad. Tom tħasseb. Ħares fiss f’għajnejn Lila u hemm, inkredibbli, qata’ l-ħsieb ta’ ħabibtu l-volpi ! Tom qata’ kliem bħal:

“Tom, inti qed tixtri ġugarell mingħajr ma tistaqsi lilek innifsek mistoqsijiet importanti ! Għaldaqstant, dan il-kelb tal-plastik fil-kaxxa kbira tiegħu, jirrispetta l-ambjent ? Ma jniġġisx ? Huwa verament ġugarell sabiħ għal Ġanni ?”

Tom tħasseb. Qatt ma kien irrealizza li ġugarell seta’ jkun ta’ periklu għan-natura.

6

Page 9: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

Lila kompliet tixgħel l-għajnejn kbar tagħha:

“Tom, dan il-ġugarell ser juża l-batteriji eżatt bħal dik li bela’ Ġanni. Tgħid dik idea tajba ?”

Tom baqa’ mistagħġeb.

- Ħeq, Lila, issummajtni b’dawn il-mistoqsijiet ! qal Tom minn taħt l-ilsien. Dak il-ħin Tom lemaħ lis-Sinjura Borġ.

Omm Ġanni resqet lejn Tom u qaltlu “Ġanni qiegħed l-isptar ! Sejra noħodlu t-Teddy Bear favorit tiegħu…”

- L-isptar ? qal Tom, inkwetat.

7

Page 10: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

Omm Ġanni tbegħdet. Lila messet lil ħabib tagħha fuq wara b’geddumha.

- Trid immorru nimxu ? staqsa Tom.

Lila tbissmet waħda kbira.

- Tajjeb wisq ! Għal warajk ! qal minnufih Tom.

Tom u Lila kienu bilqiegħda fuq għolja żgħira. Tom kien qed igerrem biċċa fergħa.

- Kemm hu diffiċli li wieħed jagħżel rigal tajjeb ! qal il-ħabib tagħna. Għall-ambjent, x’inhu l-aħjar, ġugarell tal-plastik jew ġugarell ta’ l-injam ?

Lila għolliet spallejha. Tom kompla.

- L-aħjar li wieħed jagħżel ġugarell bil-batteriji ? Jew ġugarell mingħajr batteriji ? U mbagħad… dawn il-kaxxi kollha x’nambuhom ? X’nambuhom ċerti ġugarelli ?

8

Page 11: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

Lila ħakket widnitha. Tom żied jgħid.

- L-aħjar nagħżlu ġugarell li jiżolana mill-ħbieb tagħna ? Jew ġugarell li jressaqna lejhom ?

Lila xenglet rasha. Tom tniehed.

- Taf xiex, Lila… Finalment, nixtieq nagħti lil Ġanni rigal li nkun għamilt jien stess ! B’hekk inkun tajtu ftit ‘minni’ !

Lila tbissmet.

- FERROVIJA ! Nibnu ferrovija ta’ l-injam għal Ġanni !

Lila fetħet l-għajnejn kbar tagħha !

- Ferrovija b’ħafna vaguni !

9

Page 12: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

10

Tom ħa lil Lila lejn ix-xmara tal-Belt ta’ Merlin.

- Ara, Lila, ix-xmara mimlija bir-rikkezzi !

Tom kien ser itir bil-ferħ.

- Dawn iċ-ċagħaq bojod żgħar, nistgħu nibnu vagun bihom ! Ser nieħu minnhom kemm jesgħuli l-bwiet !

Lila kienet kuntenta. Tom kien qiegħed jiġri f’kull direzzjoni.

- U hemm, Lila, dik il-biċċa zokk, fuq in-naħa l-oħra tax-xmara, tista’ sservina biex nagħmlu r-roti !

B’qabża waħda, Lila marret fuq in-naħa l-oħra tax-xmara. Qabdet il-biċċa zokk bejn snienha. Kienet tassew kburija.

Page 13: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

11

- Hawn, Lila, ċagħaq suwed żgħar ! Dawn jgħinuna nagħmlu vagun ieħor !

Lila marret lura fejn Tom.

- U hemm, dak iz-zokk meraviljuż ! Donnu magna tal-ferrovija ! Kważi għandna l-ferrovija tagħna ! Dan il-materjal kollu disponibbli għalina ! Mingħajr ma nagħmlu ebda ħsara ! Biżżejjed inħarsu u nbaxxu ‘l isfel !

Tom tgeddes ma’ Lila.

- Kemm ninsabu tajbin, Lila. Għax-xemx. Kemm jien ferħan li ser nagħti r-rigal tagħna lil Ġanni.

Tom u Lila ttamaw li Ġanni jinsab tajjeb. Ġanni… Hemm. Fl-Isptar Ġenerali l-Abjad tal-Belt ta’ Merlin.

Page 14: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

12

Tom u Lila ħadu dak li sabu lejn id-dar. Friegħi, zkuk, ċagħaq… Teżor ta’ vera ! Il-Papà baqa’ sorpriż b’daqstant meravilja. Il-Mamà ma setgħetx temmen lil għajnejha.

- Papà, Mamà… Nixtieqkom tgħinuni nibni ferrovija għal Ġanni !

Dak il-ħin stess il-Papà xammar il-kmiem, qabad is-serrieq u beda jaqta’, jaqta’, jaqta’…

- Dawn għar-roti ! għajjat il-Papà ! Dawn għall-vaguni !

- Jien, qalet il-Mamà, ser nieħu ħsieb it-tiżjin ! Nippreżentaw il-ferrovija f’din il-qoffa ħelwa ! Biex insebbaħha, ser niksiha b’dan id-drapp tassew sabiħ imżejjen bl-istensil ! Ejja, Tom, ħalli ngħallmek it-teknika tat-tiżjin bl-istensil !

Page 15: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

13

- Xi ħlew ! stagħġeb Tom.

- Ser tkun sabiħa mmens ! insistiet il-Mamà.

Tom serraħ geddumu fuq il-bank fejn kien qiegħed jaħdem il-Papà.

- Kemm jien ferħan, Papà ! L-ewwelnett, qegħdin naħdmu flimkien, nitgħallmu… Barra minn hekk, dan ir-rigal li qed nagħmlu għal Ġanni, naħseb li jirrispetta l-pjaneta…

Il-Papà waqaf jaqta’ bis-serrieq.

- Ser ikun rigal naturali, bl-użu ta’ prodotti naturali, magħmul mingħajr ma ħoloq tniġġis ! tbissem il-Papà.

- Hu tassew importanti, lissen Tom.

Page 16: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

14

Sar ħin it-tè. Il-Mamà kienet qiegħda tħejji pastini tassew tajbin. Tom u l-Papà kienu qegħdin jammiraw il-kapolavur tagħhom fuq il-bank tal-kċina.

- Tom, tista’ tkun tassew kburi bl-idea tiegħek ! Dan rigal meraviljuż !

- Grazzi ta’ l-għajnuna tiegħek, Papà ! Mingħajrek u mingħajr il-Mamà, qatt ma kien jirnexxieli !

It-telefon instema’ jdoqq.

- Naħseb din omm Ġanni ! qal il-Papà.

Il-Mamà resqet lejn it-telefon. Hi rrispondiet:

- Hello ! ? Iva, iva.. Iiiva.. A ! ? …. Eh mela… U dażgur…

Page 17: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

15

Il-Mamà poġġiet it-telefon f’postu.

- Kienet omm Ġanni ! It-tobba għamlu radjografija ta’ żaqq Ġanni…

- U ? staqsa Tom inkwetat.

- Kollox jidher sew ! serrħitlu moħħu l-Mamà. It-tobba raw il-batterija f’żaqq Ġanni… Suppost il-batterija għandha toħroġ weħidha !

- Minn fejn ser toħroġ ? staqsa Tom.

Il-Papà daħaq.

- Ser toħroġ mal-….

- Tajjeb, tajjeb ! qalet il-Mamà. Tridx nitkellmu fuq xi ħaġa oħra ! Nixtieq inħabbrilkom li nistgħu nżuru lil Ġanni !

Page 18: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

16

Tom qabeż bil-ferħ. Qabad il-ferrovija u t-tliet vaguni. Beda jgħajjat kemm jiflaħ.

- Dan hu l-isbaħ jum ta’ ħajti ! Ser niġri, ser intir, ser immur nagħti r-rigal tiegħi lil Ġanni !

Quddiem id-daħla ta’ l-Isptar Ġenerali l-Abjad, raġel anzjan b’mustaċċi kbar resaq lejn Tom. Ir-raġel l-anzjan kien qed jisgħol ħafif. “Qeh, qeh”… Minn taħt il-għajn kien qed jifli l-ferrovija daqs li kieku kienet djamant ta’ vera.

- Il-aħwa x’biċċa xogħol sabiħa, tfajjel ! U jien nifhem, ta ! Qeh, qeh… Fi żmieni, kont insuq il-ferrovija ! Qeh, qeh… U din, emminni, kapolavur ta’ vera ! Qeh…

Tom ħmar bil-ferħ.

- Grazzi, Sinjur ! Grazzi ! Ser infittex immur nagħti r-rigal tiegħi lil Ġanni !

Page 19: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

17

Page 20: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

18

Fl-intrata ta’ l-isptar, xi viżitaturi, tobba, infermiera u xi persuni oħrajn kienu qegħdin josservaw lil Tom u r-rigal tiegħu.

- Dak x’inhu ? staqsiet waħda mara.

- Dan hu r-rigal tiegħi għal Ġanni ! wieġeb kburi Tom. Għamiltu jien stess b’idejja !

Tom sar tassew famuż. Ipprova jgħaddi minn bejn il-folla.

- Skużawni ! Nixtieq ngħaddi, jekk jogħġobkom ! Nixtieq immur fil-kamra ta’ Ġanni !

Tom resaq lejn raġel.

- Ara, is-Sur Sindku ! stagħġeb Tom. X’qiegħed tagħmel hawn ?

Page 21: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

19

- Għandi ħafna uġigħ ta’ snien, ibni… Aħħ… Ajjj… Ġejt nara lid-dentist tiegħi ! Aħħ ! Imma, għidli, dik il-ferrovija tant sabiħa mnejn ġejja ?

- Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess !

Tom ħakk rasu.

- Kont ser nixtri rigal u mbagħad, grazzi għal Lila, biddilt il-ħsieb…U bnejt din il-ferrovija !

Is-Sindku tal-Belt ta’ Merlin baqa’ mistagħġeb.

- Huwa veru wara kollox qal is-Sindku: X’neħtieġu l-aktar…ix-xhieda tal-ħbiberija jew l-oġġett ?

- Fil-fehma tiegħi, qal Tom, Ġanni ser ikun tassew kuntent li jirċievi l-ħbiberija tiegħi. U naħseb li l-ferrovija għandha togħġbu wkoll. Dak rigal sabiħ li sar b’mod speċjali għalih !

Is-Sindku beda jidħaq.

- Biex nilqa’ din l-idea tajba, Tom, ser nawgura dalwaqt ‘Wirja tal-ġugarelli magħmulin mit-tfal tal-Belt ta’ Merlin fir-rispett tan-natura’ !

Page 22: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

20

Tom imbotta ġentilment il-bieb tal-kamra ta’ Ġanni. Bil-mod, hu ta r-rigal tiegħu lil Ġanni. Għajnejn Ġanni xegħlu bil-ferħ. Ġanni ressaq id waħda lejn il-ferrovija sbejħa u t-tliet vaguni tagħha. F’daqqa waħda, Ġanni għajjat “Wow x’rigal dan ! ! ! !” Tom tbissem. Barra, wara t-tieqa, Lila kienet emozzjonata. Id-dmugħ beda nieżel minn għajnejha. F’idejn Ġanni kien qiegħed jiddi l-isbaħ teżor tad-dinja. Teżor li m’għandux prezz. It-teżor tal-ħbiberija.

Page 23: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

Il-Kummissjoni Ewropea

Rigal għal Ġanni

Il-Lussemburgu : L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

2008 – 20 pp. – 16.2 x 22.9 cm

ISBN 978-92-79-08126-2doi 10.2779/12843

Kopji ta’ din il-pubblikazzjoni huma disponibbli b’xejn sakemm iservi l-istokk mingħand il- :Kummissjoni EwropeaDirettorat Ġenerali ta’ l-AmbjentĊentru tat-Tagħrif (BU-9 0/11)B-1049 Brussell

http://bookshop.eu/

Page 24: Rigal ghal Ganni - European Commissionec.europa.eu/environment/pubs/children/pdf/timmy/mt.pdf · 2016. 4. 19. · - Dan rigal għal ħabibi Ġanni ! Għamiltu jien b’idejja stess

KH

81

08

18

4M

TC