Żmien il-pre-istorja

22

Upload: lena

Post on 08-Jan-2016

570 views

Category:

Documents


6 download

DESCRIPTION

Żmien il-Pre-Istorja. X’nifmhu bil-kelma Pre- Istorja ?. Il-pre-istorja huwa dak iż-żmien meta l-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, u għalhekk ma kien iħalli l-ebda rikordju bil-miktub ta' dak li kien jagħmel u jgħaddi minnu. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Żmien  il-Pre-Istorja
Page 2: Żmien  il-Pre-Istorja

Il-pre-istorja huwa dak iż-żmien meta l-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, u għalhekk ma kien iħalli l-ebda rikordju bil-miktub ta' dak li kien jagħmel u jgħaddi minnu.

Dwar in-nies tal-pre-istorja nafu biss dak li ħallew bħala fdalijiet ta' bini u oġġetti li kienu jagħmlu.

Page 3: Żmien  il-Pre-Istorja

Ħafna snin ilu, Malta u Għawdex ma kinux gżejjer. Kienu magħqudin man-naħa t’isfel ta’ l-Ewropa, ma’ Sqallija. Il-Gżejjer Maltin kienu qishom il-parti ta’ fuq ta’ art li kellha l-għoljiet u l-widien tagħha.

Il-Baħar Mediterran Illum

Page 4: Żmien  il-Pre-Istorja

L-arkeoloġi huma nies xjentisti imħarrġa biex jeżaminaw fdalijiet ta’ għadam ġebli, li ngħidulu fossili, fdal ta’ fuħħar, ġebel u sinjali oħra ta’ ħajja.

Sir Temi Zammit huwa magħruf għax-xogħol ta' arkeoloġija li għamel.Kien hu li ħadem biex fdalijiet tal-pre-istorja f'Malta, ma jintilfux, iżda jiġu mħarsa u studjati sewwa.

Page 5: Żmien  il-Pre-Istorja

Hawn instabu FOSSILI (għadam ġebli) ta‘ annimali bħal iljunfanti, ċriev, orsijiet, ipoppotami u fdalijiet taċ-ċinju.

Għar Dalam hu l-eqdem fdal preistoriku.

Dawn huma xhieda li xi darba Malta ma kinitx gżira iżda kienet imwaħħla ma’ l-Ewropa ul-Afrika.

Page 6: Żmien  il-Pre-Istorja

L-ewwel nies li ġew hawn Malta x'aktarx kienu minn Sqallija. Skond l-arkeoloġisti dawn in-nies kienu jgħixu fl-għerien. Dan il-perjodu fil-pre-istorja jissejjaħ NEOLITIKU li tfisseriż-Żmien il-Ġdid tal-Ħaġar. Tal-ħaġar għaliex dawn in-nies kienu jagħmlu l-għodod tagħhom mill-ħaġar.

Fin-Neolitiku, il-bniedem tgħallem jiżra', jaħdem il-fuħħar, jimmansa u jrabbi l-bhejjem huwa ma baqax nomadu imma sar bidwi.

Page 7: Żmien  il-Pre-Istorja

L-eqdem villaġġ pre-istoriku hu dak ta’ Skorba. Dan jinsab qrib l-inħawi taż-Żebbiegħ qrib l-Imġarr.

Fil-bini tat-Tempji ntużat il- franka; interessanti kieku niskopru kif inġarr dak il- ġebel kbir (megalitiku). Hawnhekk instabu numru ta’ griebeġ kif ukoll statwetti li jmorru lura għal Skorba l-Ħamra. Instabu ħdax-il MITĦNA TA’ L-ID (querns) li kienu jitħnu l-qamħ bihom, oġġetti taż-żnied (flint) u chert (materjal jixbaħ liż-żnied). Instabu wkoll oġġetti ta’ l-ossidjana (qisha lava sewda li tleqq bħall-ħġieġ).

Page 8: Żmien  il-Pre-Istorja

Dan iż-zmien jissejjaħ Żmien Megalitiku li tfisser ġebel kbir.

It-tempji kienu mibnija qishom tliet kappelli nofs tond, bħall-ittra kapitali D, marbutin flimkien qishom werqa, waqt li l-faċċata kienet qisha nofs qamar bil-bieb fin-nofs.

Fit-tempji kienu jinġabru biex jgħidu t-talb tagħhom, jaħarqu l-inċens, u jqimu lill-allat. F’kull tempju jkun hemm altar fejn joffru s-sgrifiċċju ta’ annimali. Kellhom bieqji kbar għall-ħruq tal-ħxejjex, u f’xi rokna kien ikun hem mil-kamra ta’ l-oraklu. Dan kien ikun qassis mistoħbi li jwieġeb it-talbiet tan-nies.

In-Neolitiċi, bdew jibnu tempji kbar biex jagħtu qima lil alla tagħhom. Dan kienu jirrappreżentawh bi statwi kbar forma ta’ mara ħoxna li tfisser alla li jagħti l-għixien jew alla tal-fertilita`.

Page 9: Żmien  il-Pre-Istorja

It-Tempji tal-Ġgantija f’Għawdex

It-Tempji ta’ l-Imnajdra

Ħaġar Qim

Ħal Tarxien

L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni

Ta’ Ħaġrat

Page 10: Żmien  il-Pre-Istorja

It-Tempji tal-Ġgantija jinsabu qrib ix-Xagħra Għawdex u huma f’kundizzjoni tajba ħafna.Fihom intuża l-mazkan (taħlita ta’ zkuk u tafal).Nstabet statwa tal-Mara l-Ħoxna.Huma l-iktar tempji qodma li għandna fil-Gżejjer Maltin. Immoru lura għal 3500 sena QK.

Page 11: Żmien  il-Pre-Istorja

It-Tempji Megalitiċi ta' l-Imnajdra jinsabu ftit 'l isfel mit-Tempji ta' Ħaġar Qim, fid-direzzjoni lejn il-baħar.

Jekk tmur l-Imnajdra waqt tlugħ ix-xemx ta' xi wieħed miż-żewġ equinoxes li jkollna kull sena, jiġifieri meta l-jum u l-lejl ikunu ndaqs (dħul tar-rebbiegħa u dħul tal-ħarifa), tkun tista' tara x-xemx tiela' eżatt minn ġo l-entratura prinċipali tat-tempji.

Page 12: Żmien  il-Pre-Istorja

Instabu kwantitajiet ta’ fdalijiet interessanti: altar imżejjen, żewġ imwejjed li kienu jservu ta’ altari, kif ukoll seba’ statwi tal-Mara l-Ħoxna jew aħjar l-alla tal-Fertilità.

Ħaġar Qim jidher qisu tempju wieħed, imma fil-qrib hemm fdalijiet ta’ tempji oħra.

Il-faċċata hija tipika bħat-TempjiMegalitiċi l-oħra. Insibu ġebel imnaqqax bl-ispiralli, bħal dawk ta’ Ħal Tarxien.

Ħaġar Qim, ġie skavat l-ewwel darba fl-1839 u qiegħed fuq għolja, daqs żewġ kilometri ’l bogħod mir-raħal tal-Qrendi. Minn Ħaġar Qim wieħed jista’ jara sew il-gżira ta’ Filfla.

Page 13: Żmien  il-Pre-Istorja

F’Ħal Tarxien insibu ġabra ta’ tliet tempji mdaqqsa flimkien ma’ wieħed żgħir ta’ żmien bikri.

It-tiftix u l-istudju fuq it-tempji kien bdieh it-Tabib Temi Żammit. Fl-ewwel tempju (tan-Nofsinhar)

insibu ħafna boċċi tal-ġebel qrib il-faċċata tad-daħla. Fuq il-lemin tal-faċċata hemm ħaġra mimduda b’ħames toqbiet fil-wiċċ tagħha. Ġewwa, fl-ewwel kappelel hemm il-fdal ta’ statwa kbira ta’ alla bil-wieqfa.Hemm ukoll l-altar imżejjen b’disinji sbieħ forma ta’ l-ittra S. Jidhru ukoll disinji ta’ frież ta’ annimali f’dan it-tempju.

Page 14: Żmien  il-Pre-Istorja

Minn hawn hemm passaġġ bejn ħaġar kbir wieqaf biex tidħol fit-tempju tan-nofs li hu meqjus bħala dak li għandu l-aktar taqsim. Ma hawnx ieħor bħalu f’Malta. Fih b’kollox sitt kappelel u niċċa jew kappella ċkejkna ħafna fit-tarf. Fih ukoll insibu tinqix fil-ħitan li jirrappreżenta annimali, bħall-barri, ħanżira u qżieqeż żgħar. F’nofs il-passaġġ bejn l-ewwel żewġ kappelel hemm bieqja kbira, waqt li l-qiegħa ta’ l-art hi wkoll miksija b’ħaġar ċatt.

It-tielet tempju (tal-Lvant) hu iżgħar mill-oħrajn u ħdejh hemm il-fdal ta’ tempju ieħor bikri. 

Page 15: Żmien  il-Pre-Istorja

Fih kienu jidfnu l-mejtin kif ukoll jagħtu qima.Hemm l-oraklu u s-Sancta Sanctorum Tpenġija mas-saqaf magħrufa bħala s- Siġra tal- Ħajja.Mqassam fi 3 saffi.Instabet statwa tal-Mara l-Ħoxna.

Mħaffer taħt l-art.Huwa uniku (ma hawnx bħalu fid-dinja kollha). Jinsab Raħal Ġdid.

Page 16: Żmien  il-Pre-Istorja

It-tempji Megalitiċi Ta’ Ħaġrat jinsabu qrib ir-raħal ta’ l-Imġarr. Imorru lura għas-snin 3600-3300 q.K. Kienu l-ewwel tempji li bnew f’Malta. Minn ġewwa fihom biss tul ta’ 15-il metro, allura huma l-iżgħar tempji megalitiċi li għandna. Huma ippreservati mhux ħażin.

It-tempji Ta’ Ħaġrat jixbħu ħafna lil dawk ta’ Skorba, u jinsabu kilometru biss ’il bogħod. F’Ta’ Ħaġrat insibu żewġ tempji, wieħed ikbar mill-ieħor.

Page 17: Żmien  il-Pre-Istorja

In-nies tal-perjodu tat-tempji qishom sparixxew minn Malta.

Għal bosta snin ma nsibu l-ebda informazzjoni dwarhom.

Wara dan l-intervall hemm fdalijiet li jmorru lura sas-sena 1800 QK.

Issa konna dħalna fi Żmien il-Bronż.

Page 18: Żmien  il-Pre-Istorja

In-nies ta’ Żmien il-Bronż, kienu nies ta’ kultura aktar avanzata.L-ewwel fdalijiet ta’ dawn in-nies instabu fiċ-Ċimiterju tat-tempju ta’ Ħal Tarxien. L-oqbra li kienu jibnu dawn in-nies huma msejħa DOLMEN ġebla ċatta minduda u tnejn żgħar. Ta’ din il-fażi wkoll insibu l-cart ruts kanali biex iġorru affarijiet tqal.

Page 19: Żmien  il-Pre-Istorja

Borġ in-Nadur insibu tempju megalitiku f’erba’ taqsimiet li jmur lura għaż-żmien tat-tempji ta’ Ħal Tarxien Dan is-sit iktar tard ġie użat min-nies ta’ Żmien il-Bronż fejn inbnew postijiet ta’ abitazzjoni. Instabu pedamenti ta’ għarajjex, bjar (silos) biex jaħżnu fihom, cart-ruts u ħajt difensiv mill-aqwa. Dawn il-fdalijiet juru li dan is-sit kien użat ħafna fil-perjodu ta’ Żmien il-Bronż.Illum dan is-sit, u speċjalment it-tempju huwa mitluq u fi stat ta’ abbandun totali.

Page 20: Żmien  il-Pre-Istorja

Perjodu Fażi Data Q.KNeolitiku Għar Dalam

Skorba GriżaSkorba l-Ħamra

500045004400

Żmien it-Tempji ŻebbuġMġarr

ĠgantijaSaflieniTarxien

41003800360033003000

Żmien il-Bronż Ċimiterju TarxienBorġ in-Nadur

Baħrija

25001500900

Kif tinqasam il-Pre-Kif tinqasam il-Pre-IstorjaIstorja

Page 21: Żmien  il-Pre-Istorja

Perjodu Fażi Data Q.K

Neolitiku Għar DalamSkorba

Fuħħar,fdalijiet ta’ annimali.Fdal ta’ raħal żgħir qrib l-Imġarr.

Żmien it-Tempji

Żebbuġ

MġarrĠgantija

Saflieni

Tarxien

Oqbra mħaffra fil-blat. Qabar fix-Xagħra Għawdex.It-Tempju Ta’ Ħaġrat.Tempji tal-Ġgantija, Ħaġar Qim, l-Mnajdra. Qabar fix-Xemxija.L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni. Ipoġew iżgħar f’Santa Luċija.It-tempju ta’ Ħal Tarxien

Żmien il-Bronż Ċimiterju Tarxien

Borġ in-Nadur

Baħrija

Dolmen.Raħal fortifikat qrib Birżebbuġa.Poplu ta’ kultura ġdida jasal Malta.

Page 22: Żmien  il-Pre-Istorja

Ms.Mifsud