rekord ta' studenti fl-universita' - futur fis-sod

8
Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 2,000 student megħjuna biex jissoktaw jistudjaw barra minn Malta L-Università ta’ Malta b’numru rekord ta’ studenti żgħażagħ u adulti Gvernijiet Laburisti dejjem fallew bil-kbir fil-qasam tax-xogħol ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Il-popolazzjoni fl-Università ta’ Malta llum hi ta’ madwar 10,500 student. X’qabża minn meta kien hemm il-Malta Labour Party fil-Gvern u li biex tidħol l-Università kien ikollok bżonn il-parrinu! Illum min irid ikompli jistudja jista’ jagħmel dan bl-akbar libertà. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fetaħ il-bibien tal-Università għal kulħadd... u matul dawn il-ħames snin li għaddew l-Università ta’ Malta introduċiet 208 korsijiet ġodda u b’hekk illum qed toffri 703 korsijiet differenti li minnhom jistgħu jagħżlu l-istudenti biex ikomplu jistudjaw u jagħmlu karriera. Fl-istess medda ta’ snin infetħu wkoll għaxar fakultajiet, istituti jew ċentri ġodda. Dawn huma: • Il-Fakulta tax-Xjenzi tas- Saħħa - Faculty of Health Sciences • Il-Fakulta tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għerf - Faculty of Media and Knowledge Sciences • L-Istitut tas-Sistemi Ambjentali - Institute of Earth Systems • L-Istitut tat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura - Institute for Tourism, Travel and Culture • L-Istitut ta’ Konfuċju - Confucius Institute • L-Istitut tal-Istudji Maltin - Institute of Maltese Studies • L-Istitut għall-Iżvillupp Sostenibbli - Institute for Sustainable Development • Iċ-Ċentru għall-Istudji tal- Familja - Centre for Family Studies Centre for Biomedical Cybernetics • Iċ-Ċentru Ewropew għar- Reżiljenza fl-Edukazzjoni u s-Saħħa Emozzjonali u Soċjali - European Centre for Educational Resilience and Socio-Emotional Health. Matul dawn il-ħames snin li għaddew l-Università ta’ Malta mhux biss żiedet l-għadd ta’ korsijiet li qed toffri, u mhux biss qed tilqa’ numru rekord ta’ studenti Maltin u Għawdxin, iżda qed tilqa’ wkoll għadd akbar ta’ studenti ta’ nazzjonalità barranija. Sadattant fl-Università ta’ Malta twaqqaf ukoll Direttorat għar- Riċerka Korporattiva u t-Trasferiment tal-Għerf li issa qed jistabbilixxi fi ħdanu Uffiċċju għat-Trasferiment tat-Teknoloġija. Twaqqaf Direttorat għall-Kuntratti biex jgħin lill-Università fl-immaniġġjar tal-proġetti ESF u ERDF, b’fondi tal-Unjoni Ewropea, li qed taħdem fuqhom. L-Università introduċiet ukoll il-Konnettività GEANT. Dan hu network Ewropew ta’ komunikazzjoni b’veloċità għolja, iddedikat għar- riċerka u l-edukazzjoni biex ir-riċerkaturi jikkollaboraw aktar flimkien. Din il- konnettività se tiffaċilita aktar dik ir-riċerka li tirrikjedi trasferiment qawwi ta’ informazzjoni b’definizzjoni għolja u interazzjonijiet f’ħin reali, bħal konferenzi bil-vidjow, laboratorji virtwali, korsijiet interattivi tal-multimedja u applikazzjonijiet tal-gradilja. żieda ta’ studenti barranin jistudjaw fl-Università ta’ Malta Rekord ta’ aktar minn 10,500 student fl-Università ta’ Malta L-Università ta’ Malta hi fost l-aqwa universitajiet fl-Ewropa. Grazzi għall-viżjoni tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, l-Università ta’ Malta kompliet tiżviluppa u tilqa’ aktar studenti li jridu jissoktaw bl-istudji tagħhom

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 07-Mar-2016

226 views

Category:

Documents


6 download

DESCRIPTION

Suppliment 'In-Nazzjon' il-Ġimgħa 18 ta' Jannar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Rekord ta' studenti fl-Universita' - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

2,000 student megħjuna biex jissoktaw jistudjaw barra minn Malta

L-Università ta’ Malta b’numru rekord ta’ studenti żgħażagħ u adulti

Gvernijiet Laburisti dejjem fallew bil-kbir fil-qasam tax-xogħolii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jaGħżEL ħażIN

Il-popolazzjoni fl-Università ta’ Malta llum hi ta’ madwar 10,500 student. X’qabża minn meta kien hemm il-Malta Labour Party fil-Gvern u li biex tidħol l-Università kien ikollok bżonn il-parrinu! Illum min irid ikompli jistudja jista’ jagħmel dan bl-akbar libertà.

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fetaħ il-bibien tal-Università għal kulħadd... u matul dawn il-ħames snin li għaddew l-Università ta’ Malta introduċiet 208 korsijiet ġodda u b’hekk illum qed toffri 703 korsijiet differenti li minnhom jistgħu jagħżlu l-istudenti biex

ikomplu jistudjaw u jagħmlu karriera.

Fl-istess medda ta’ snin infetħu wkoll għaxar fakultajiet, istituti jew ċentri ġodda. Dawn huma:• Il-Fakulta tax-Xjenzi tas-

Saħħa - Faculty of Health Sciences

• Il-Fakulta tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għerf - Faculty of Media and Knowledge Sciences

• L-Istitut tas-Sistemi Ambjentali - Institute of Earth Systems

• L-Istitut tat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura - Institute for Tourism, Travel

and Culture• L-Istitut ta’ Konfuċju -

Confucius Institute• L-Istitut tal-Istudji Maltin -

Institute of Maltese Studies• L-Istitut għall-Iżvillupp

Sostenibbli - Institute for Sustainable Development

• Iċ-Ċentru għall-Istudji tal-Familja - Centre for Family Studies Centre for Biomedical Cybernetics

• Iċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza fl-Edukazzjoni u s-Saħħa Emozzjonali u Soċjali - European Centre for Educational Resilience and Socio-Emotional Health.

Matul dawn il-ħames snin li għaddew l-Università ta’ Malta mhux biss żiedet l-għadd ta’ korsijiet li qed toffri, u mhux biss qed tilqa’ numru rekord ta’ studenti Maltin u Għawdxin, iżda qed tilqa’ wkoll għadd akbar ta’ studenti ta’ nazzjonalità barranija.

Sadattant fl-Università ta’ Malta twaqqaf ukoll Direttorat għar-Riċerka Korporattiva u t-Trasferiment tal-Għerf li issa qed jistabbilixxi fi ħdanu Uffiċċju għat-Trasferiment tat-Teknoloġija.

Twaqqaf Direttorat għall-Kuntratti biex jgħin lill-Università fl-immaniġġjar

tal-proġetti ESF u ERDF, b’fondi tal-Unjoni Ewropea, li qed taħdem fuqhom.

L-Università introduċiet ukoll il-Konnettività GEANT. Dan hu network Ewropew ta’ komunikazzjoni b’veloċità għolja, iddedikat għar-riċerka u l-edukazzjoni biex ir-riċerkaturi jikkollaboraw aktar flimkien. Din il-konnettività se tiffaċilita aktar dik ir-riċerka li tirrikjedi trasferiment qawwi ta’ informazzjoni b’definizzjoni għolja u interazzjonijiet f’ħin reali, bħal konferenzi bil-vidjow, laboratorji virtwali, korsijiet interattivi tal-multimedja u applikazzjonijiet tal-gradilja.

żieda ta’ studenti barranin jistudjaw fl-Università ta’ Malta

rekord ta’ aktar minn 10,500 student fl-Università ta’ Malta

L-Università ta’ Malta hi fost l-aqwa universitajiet fl-Ewropa. Grazzi għall-viżjoni tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, l-Università ta’ Malta kompliet tiżviluppa u tilqa’ aktar studenti li jridu jissoktaw bl-istudji tagħhom

Page 2: Rekord ta' studenti fl-Universita' - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

703 korsijiet offruti mill-Università

ta’ Malta

10,000 student full-time

u part-time fl-McaST

10.500 student

fl-Università ta’ Malta

Fatti u Ċifri

2,000student

fil-junior college

2,000student fi skejjel sekondarji ogħla

Illum 73 fil-mija tal-istudenti qed ikomplu l-edukazzjoni post sekondarja filwaqt li fl-2001 kienu biss 45 fil-mija li ħadu dan il-pass. Din iż-żieda kienet dovuta għall-investiment kbir tal-Gvern fl-istess perjodu fl-edukazzjoni post sekondarja, prinċipalment bil-ftuħ tal-McaST, l-iżvilupp kbir li kien hemm fl-ETc u fl-ITS, kif ukoll bis-suċċess miksub mill-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni curmi li toffri programmi speċjalizzati ta’ studju.

Mill-Manifest ElettoraliPartit Nazzjonalista

Meta tagħżel partit biex jiggverna, tkun qed tagħtih il-fiduċja tiegħek biex jieħu deċiżjonijiet li lilek jagħmlulek differenza kbira fil-mod kif tgħix. Gvern kuljum jieħu deċiżjonijiet dwar ix-xogħol, is-servizz tas-saħħa li int tingħata, kemm int jibqagħlek flus fil-but, dwar l-edukazzjoni tiegħek u ta’ wliedek. Dawn huma kollha deċiżjonijiet li jaffettwaw il-livell u l-kwalità tal-għajxien tiegħek.

Mal-Partit Nazzjonalista taf fejn qiegħed. Mal-Partit Laburista qiegħed fil-baħħ. Muscat iħallik fil-għama u ma jgħidlekx x’inhi l-politika tiegħu dwar ix-xogħol, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-well-being. Ma’ Muscat ma tafx fejn int. Muscat ifisser biss wegħdi fiergħa u taxxi.

Il-viżjoni ekonomika tal-Partit Nazzjonalista hi ta’ pajjiż fejn inti tkompli tgħix kwalità ta’ ħajja aħjar, b’ekonomija li tkompli tikber u li toħloq aktar jobs, u jobs b’pagi tajbin, għalik u għall-għeżież tiegħek, aktar flus fil-but u aktar għażla fejn u fiex tonfoq flusek.

Il-viżjoni soċjali tal-Partit Nazzjonalista hi ta’ pajjiż li jkompli joħloq l-opportunitajiet għal kulħadd biex ħadd ma jibqa’ lura – biex int u l-għeżież tiegħek tirnexxu lkoll. Għalhekk l-investiment fl-edukazzjoni.

Pajjiż li jieħu ħsieb l-aktar ħaġa għażiża għalik: is-saħħa tiegħek u tal-għeżież tiegħek.

Pajjiż li jħares l-ambjent u bi kwalità ta’ ħajja li tixraqlek, biex mhux biss tgħix tajjeb, iżda tgħix b’saħħtek ukoll, u meta jkollok bżonn il-kura ssib servizz tas-saħħa li jixraqlek – mingħajr ħlas.

Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jinvesti flus il-poplu fl-oqsma l-aktar importanti tax-xogħol, is-saħħa u l-edukazzjoni, sejrin nibqgħu nkunu ta’ spalla, permezz ta’ għajnuna finanzjarja u sussidji, lill-familji u l-persuni l-aktar fil-bżonn. Familji u persuni kienu megħjuna mill-Gvern fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, filwaqt

li eluf ta’ familji Maltin ingħatatilhom l-opportunità biex jinvestu f’enerġija alternattiva b’riżultat li ħafna ffrankaw fuq il-kont tad-dawl u l-ilma.

Iżda hu biss permezz tal-finanzi fis-sod li nistgħu nkomplu niggarantixxu aktar xogħol u xogħol aħjar, b’pagi tajbin, servizz tas-saħħa tal-aqwa kwalità, edukazzjoni biex it-tfal u ż-żgħażagħ kollha jirnexxu, u aktar flus fil-but tiegħek.

Matul dawn il-ħames snin ta’ ħidma ħloqna 20,000 impjieg ġdid u għandna l-ogħla numru ta’ nies jaħdmu li qatt kellna f’pajjiżna minħabba li poġġejna l-finanzi tal-pajjiż fis-sod. Ma konniex inkunu f’pożizzjoni li nagħtu l-aqwa servizz tas-saħħa mingħajr ħlas li kieku ma poġġejniex il-finanzi fis-sod. Ma kienx ikun possibbli li nagħtu edukazzjoni tal-ogħla kwalità lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna, li kieku ma kienx għall-finanzi fis-sod. Ma konniex ninvestu b’mod qawwi fil-ħarsien ambjentali ta’ pajjiżna.

Mingħajr finanzi fis-sod qatt ma stajna nkomplu nnaqqsu t-taxxi kif għamilna tul dawn il-ħames snin.

Dan kollu jista’ jintilef jekk il-finanzi ta’ pajjiżna ma jibqgħux fis-sod. Deċiżjoni waħda ħażina, għażla waħda li ma tkunx responsabbli, bidla fid-direzzjoni għall-agħar, tħott dak li bnejna flimkien, b’tant għaqal u sagrifiċċju, u tkisser il-finanzi tal-pajjiż minn finanzi fis-sod għal djun rekord, li jfissru qgħad, staġnar ekonomiku u taxxi ġodda.

Biex inkomplu noħolqu xogħol aħjar b’pagi tajbin u npoġġu aktar flus f’butek, biex tkompli tingħata servizz tas-saħħa tal-aqwa kwalità mingħajr ħlas, u biex uliedek jieħdu l-edukazzjoni li jixirqilhom, jeħtieġ li jibqa’ jkollna finanzi fis-sod. Lil min tafu tistaqsix għalih, jgħid il-Malti. U hekk hu, fejn jidħlu dawn l-oqsma – xogħol, saħħa u edukazzjoni – li dejjem kienu sinonimi mal-Partit Nazzjonalista, li dejjem wettaq l-aqwa u l-aħjar f’dawn l-oqsma għax dejjem kien il-partit li mill-gvern dejjem żamm il-finanzi tal-pajjiż fis-sod.

Finanzi fis-Sod għal Viżjoni Sostenibbli

Page 3: Rekord ta' studenti fl-Universita' - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemL-Università ta’ Malta hi fost l-aqwa universitajiet mhux biss fl-Ewropa, iżda saħansitra fid-dinja. L-Università ta’ Malta għandha storja vasta ta’ mijiet ta’ snin u llum tilqa’ fiha numru rekord ta’ studenti, żgħażagħ u adulti

Kontribut kbir lill-pajjiżNaqbel perfettament mal-fatt li l-Università ta’ Malta tat opportunità ikbar, li forsi qabel ma kinitx tezisti, lil dawk l-anzjani li xtaqu jkomplu jistudjaw biex jieħdu xi ċertifikat bħal xi diploma.

L-anzjan għad baqagħlu kontribut x’jagħti lis-soċjetà u billi jibqa’ jistudja jkun jista’ jagħmel dan b’effiċjenza akbar.

Ma ninsewx li llum il-popolazzjoni Maltija qiegħda tgħix iktar u allura mhux se jkun aktar sostenibbli li l-pensjonijiet jingħataw ta’ età kif qiegħed isir illum, allura l-anzjani billi jibqgħu jistudjaw ikunu jistgħu jżommu xogħolhom u jilħqu pożizzjonijiet iktar għoljin.

Naf xi anzjani li daħlu l-Università jistudjaw u qegħdin isibu l-kors veru interessanti u jiddispjaċihom li fil-passat qatt ma kellhom l-esperjenza li jistudjaw għax żgur li kieku kellhom, il-preżent tagħhom hu ferm differenti.

Numru kbir ta’ korsijietIl-Gvern ħadem ħafna fuq l-aspett edukattiv, kemm fi stipendji, edukazzjoni inklużiva u ħafna oqsma oħrajn u dan is-suċċess jidher bl-ammont kbir ta’ studenti li qegħdin jidħlu f’diversi istituzzjonijiet edukattivi.

Jien personalment għadni qatt ma ħadt kors f’xi istituzzjoni partikulari minħabba n-natura tax-xogħol tiegħi imma żgur li kieku wieħed kellu jieħu xi tip ta’ kors relatat mal-impjieg tiegħu żgur li jilħaq aktar u jkollu fejn jimraħ.

Naħseb li tant kienet suċċess il-kampanja tal-Gvern favur l-edukazzjoni matul dawn l-aħħar snin li saħansitra mhux biss l-istudenti żgħażagħ baqgħu jistudjaw iżda wkoll daħlu l-anzjan. Dan hu ta’ sodisfazzjon kbir għax jagħti sinjal lill-investitur barrani li l-edukazzjoni Maltija kapaċi tilqa’ għal kull sfida u li tipproduċi ħaddiema kwalifikati.

Importanza wkoll lill-anzjaniNaqbel li l-anzjan għandu jibqa’ jitgħallem matul ħajtu biex b’hekk jibqa’ aġġornat mal-pass tal-ħajja u dan jista’ jgħinu anki fuq livell personali.

Kif taf, fil-ħajja t-teknoloġija qiegħda tagħmel passi ta’ ġgant u l-anzjan li ma jibqax iżomm ruħu aġġornat jista’ jispiċċa ma jifhimx dak li jkun ta’ utilità bażika. Pereżempju jekk anzjan ma jkunx jaf jaqra, jista’ jixtri xi appart għad-dar u jekk ma jaqrax l-istruzzjonijiet kif iħaddmu, jista’ jispiċċa jweġġa‘.

Mill-banda l-oħra l-Università tat ukoll stimulu biex l-anzjan jistudja u jiggradwa f’dak is-siġġett li xtaq hu u mhux veru li anzjan li jmur jistudja fl-Università hu ħela ta’ żmien, kif isostnu xi wħud.

Kulħadd jaqbel li l-anzjani tagħna fadlilhom ħafna x’jagħtu lil pajjiżna u l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem ta prijorità lill-anzjani bil-miżuri li ħa matul dawn is-snin.

Tagħlim tul ħajjitna kollhaL-anzjan li hu b’saħħtu llum il-ġurnata, grazzi għall-iskemi tal-Gvern, jista’ jkompli jaħdem u jibqa’ attiv fil-lokalità tiegħu, jaqla’ l-paga mingħajr ma titneħħielu jew titnaqqas il-pensjoni. Dan sinjal tajjeb kemm għall-anzjan kif ukoll għall-mentalità Maltija li taħseb li l-anzjan mhux utli jew qiegħed hemm għall-kura biss, li dan mhux veru.

Jien naf numru ta’ anzjani li jmorru jistudjaw kemm fil-kunsilli lokali, bħalma għamilt jien u naf oħrajn li marru fl-Università u kulħadd ħareġ sodisfatt.

Jien kont mort nitgħallem il-kompjuter u llum sodisfatta li naf nimmanuvra tajjeb bil-kompjuter u nżomm kuntatt mal-għeżież tiegħi barra minn Malta.

L-importanti li ħadd ma jaqta’ qalbu u li l-edukazzjoni hi miftuħa għal kulħadd, kemm kbar kif ukoll żgħar u ħadd ma għandu jistħi jieħu l-ewwel pass biex jilħaq jew jitgħallem.

L-Università b’korsijiet għall-istudenti ta’ kull etàHuma interessanti u jien personalment attendejt numru ta’ korsijiet fl-Università fejn wieħed jitgħallem numru ta’ suġġetti interessanti u ta’ interess personali.

Barra minn hekk, meta kont immur il-korsijiet kienu jservu wkoll biex niftħu l-bibien tagħna u mhux nissakkru d-dar. Konna niltaqgħu ma’ nies ta’ livelli differenti fil-ħajja fosthom professuri, għalliema, nies anzjani, nisa tad-djar, ħaddiema tal-fabbrika u s-sabiħ ta’ dan kollu hu li kollha għandhom xi esperjenza jew oħra x’jaqsmu ma’ kulħadd u li tgħinna nistudjaw aħjar.

L-esperjenza tiegħi hi waħda pożittiva anki bil-mod ta’ kif jilqgħuk l-għalliema. Wieħed jista’ jsaqsi u l-għalliema mhux biss ituk it-tweġiba iżda jerġgħu jsaqsuk jekk fhimtx u fejn hemm bżonn, jerġgħu jispjegawlek. Ktieb, dan kollu ma jagħmlux.

ANToNIA VELLA IL-FUrjANA

Ray MUscatBiRkiRkaRa

ANN MArIE BLANTĦAż-żABBAr

PAUL SPITErIĦAL QorMI

LILLIAN MUscatIL-BELT VALLETTA

Page 4: Rekord ta' studenti fl-Universita' - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

L-aqwa edukazzjoni possibbli fil-livelli kollha

Investiment kontinwu mill-Gvern fl-edukazzjoni ta’ wliedna biex jitgħallmu u jitħarrġu u jimxu ‘l

quddiem fit-tagħlim biex hekk jippreparaw lilhom infushom għad-dinja tax-xogħol. Għall-Partit

Nazzjonalista l-edukazzjoni hi prijorità assoluta - l-edukazzjoni hi l-qofol tal-iżvilupp tal-bniedem

F’din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista bena skola ġdida kull sena u dan biex tejjeb b’mod qawwi l-faċilitajiet tat-tagħlim li jingħataw uliedna li ħaqqhom biss l-aqwa u l-aħjar

Page 5: Rekord ta' studenti fl-Universita' - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Is-sodisfazzjon tal-ġenituri u tan-nanniet hu meta jaraw lil uliedhom u lin-neputijiet jimxu ‘l quddiem fil-ħajja billi jitgħallmu u jiksbu suċċess fl-iskola. Għall-Partit

Nazzjonalista uliedna u n-neputijiet tagħna huma speċjali - għalhekk ħaqqhom l-aqwa u l-aħjar edukazzjoni

L-aqwa edukazzjoni u faċilitajiet għat-tfal u ż-żġħażagħ Maltin u Għawdxin mingħajr ħlas għax il-Partit

Nazzjonalista fil-Gvern meta jippjana l-finanzi tal-pajjiż jassigura li s-settur tal-edukazzjoni jibqa’ jingħata

l-importanza kollha li tistħoqqlu

Page 6: Rekord ta' studenti fl-Universita' - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Kull Gvern Laburista fisser: il-Labour ta’ Sant, li Muscat tant appoġġja,

żied il-qgħad meta madwar id-dinja l-ekonomiji kienu sejrin tajjeb ħafna u

ż-żejt kien bit-12-il dollaru l-barmil

...u tbati int

Muscat ma jitkellem xejn dwar ix-xogħol

fil-pajjiż għax jaf li Gvern Nazzjonalista għamel kisba

enormi ta’ 20,000 impjieg ġdid minkejja dak li kien

qed jiġri barra minn Malta

Kull Gvern Laburista fisser qgħad: il-Labour tas-snin 70 u 80 kellu kriżi kontinwa ta’ qgħad li kien jaħbi fil-korpi militari waqt li r-rata uffiċjali tal-qgħad telgħet għal 10%

Muscat jagħżel ħażin...

MUSCAT B’TEAM MArBUT MAL-QGĦAD U L-AWSTErITà TA’ KULL GVErN LABUrISTA(dehret għall-ewwel darba: il-mument 13.11.11)

Page 7: Rekord ta' studenti fl-Universita' - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Dan l-aħħar ħarġu ċ-ċifri dwar l-aktar qasam importanti fit-tmexxija ta’ pajjiż u fl-ekonomija tiegħu, ix-xogħol u l-pagi. Ix-xogħol hu l-kuruna tat-tmexxija tajba f’pajjiż, speċjalment f’atmosfera internazzjonali tant imqallba b’qgħad kbir f’pajjiżi oħra. Ix-xogħol hu l-akbar dritt tal-ħaddiem, id-dritt stess li jkun ħaddiem, u l-garanzija ta’ pagi jiżdiedu.

Dawn iċ-ċifri ħarġu fil-Labour Force Survey, l-istħarriġ dwar is-suq tax-xogħol, li hu stħarriġ li jsir fost kampjun kbir ta’ ħaddiema u li jistaqsi lill-ħaddiema stess x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu u x’pagi qed idaħħlu.

rekord ta’ xogħol b’20,000 impjieg ġdidDan l-istħarriġ jikkonferma

rekord ta’ impjiegi: l-aqwa kisba li gvern qatt jista’ jkollu

li llum f’Malta hawn l-akbar ammont ta’ nies li qatt kien hawn jaħdmu. U meta tqabbel mal-istess ċifri ta’ ħames snin ilu, iċ-ċifri li għadhom kemm ħarġu jikkonfermaw li fl-aħħar ħames snin inħolqu 20,000 impjieg ġdid.

Dan hu riżultat mill-aqwa meta tqis li f’dal-ħames snin madwar id-dinja u speċjalment madwarna, ħafna pajjiżi kienu qed iġarrbu kriżi fil-finanzi u kriżi ta’ qgħad. F’pajjiżi oħrajn Ewropej, il-qgħad tela’ u l-impjiegi naqsu. F’Malta u l-Ġermanja biss żdiedu l-impjiegi u l-qgħad naqas fl-aħħar ftit snin.

żieda qawwija fin-nisa jaħdmuIl-biċċa l-kbira taż-żieda fl-impjiegi f’Malta seħħet fin-nisa. Ċifra interessanti hi

l-persentaġġ ta’ nisa jaħdmu. Fl-etajiet wara l-edukazzjoni terzjarja sa 55 sena, in-nisa jaħdmu żdiedu sew minn 43 fil-mija ħames snin ilu għal 57 fil-mija issa - qabża qawwija ta’ 14-il punt perċentwali.

Il-paga medja 2,600 ewro aktar fis-senaF’dan l-istħarriġ tal-Labour Force Survey, il-ħaddiema jintalbu juru kemm jaqilgħu f’paga. U hawn toħroġ ċifra tajba ħafna. Il-paga medja issa hi 2,600 ewro aktar fis-sena milli kienet ħames snin ilu. Dan hu x’juru l-ħaddiema stess li qalgħu.

U dan juri r-rabta bejn ix-xogħol u l-pagi. Meta jkun hawn ix-xogħol, il-ħaddiem isib jaħdem l-ewwel nett, jista’ javanza fix-xogħol li jkollu, jista’ jibdel għal xogħol aħjar

u l-unions jistgħu jinnegozjaw pagi aħjar. F’ċerti oqsma llum, l-employers għandhom nuqqas ta’ ħaddiema u jiġru wara l-istudenti u n-nies imħarrġin fil-linja tagħhom.

Ir-riżultati tal-investiment li għamel il-Gvern b’deċiżjonijiet bil-għaqalDan hu r-riżultat tal-fatt li l-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar ħames snin kien qiegħed imexxi l-finanzi tal-pajjiż tajjeb, l-ewwel nett - kien qed jara li n-nefqa tal-Gvern tirrendi kemm tista’ - u kien qed jara li jxaqleb in-nefqa tal-Gvern minn sussidji lejn aktar investiment. Kienu deċiżjonijiet ibsin imma għaqlin.

Il-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar ħames snin:

n ġibed fabbriki ġodda lejn Malta,

n għen oħrajn jibqgħu hawn u jkabbru,

n ġibed lejn Malta linji tal-ajru ġodda,

n għen lil-lukandi jkabbru u jinvestu,

n irreklama lil Malta barra bil-qawwi,

n nieda ħafna skemi għan-negozji ż-żgħar ta’ kull tip,

n naqqas l-Income Tax għal kulħadd l-aktar għall-ommijiet,

n nieda proġetti li ħaddmu fihom ħafna nies -

n ġibed lejn Malta industriji ġodda, u

n beda korsijiet fil-linji tagħhom ħalli jsibu n-nies.

U permezz ta’ dan kollu, Gvern Nazzjonalista ħoloq 20,000 impjieg ġdid u rekord ta’ xogħol li hu l-aqwa riżultat li gvern qatt jista’ jikseb.

Żieda qawwija fin-nisa jaħdmu frott il-ħolqien ta’ 20,000 impjieg

ġdid... ix-xogħol iġib ukoll kundizzjonijiet u pagi tajbin kif

inhu kkonfermat bil-fatti

Page 8: Rekord ta' studenti fl-Universita' - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“F’dawn l-erba’ snin li għaddew il-Gvern stinka bl-aktar mod qawwi fl-oqsma tax-xogħol u tal-edukazzjoni. Ir-riżultati inkoraġġanti jidhru u jinħassu f’kull settur. Hekk se jkompli jagħmel il-Gvern fis-snin li ġejjin... se jkompli joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol u se jkompli jsaħħaħ l-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ, għax ix-xogħol u l-edukazzjoni jimxu id f’id.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi